Il-Kelma tal-Arċisqof

Il-Messaġġ tal-Milied mill-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Dar tal-Providenza, Siġġiewi
    24 ta’ Dicembru 2015

    Il-paċi magħkom! Din it-tislima tawha wkoll l-anġli lir-ragħajja fil-lejl qaddis tal-Milied meta kantaw: “Glorja lil Alla fl-għoli tas-smewwiet u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba” (Lk 2, 14).

    Għeżież ħuti Maltin u Għawdxin, għandi pjaċir insellmilkom mid-Dar tal-Providenza. F’din  is-Sena tal-Ħniena, nawgura li dan il-Milied jkun Milied ħieni mimli ħniena…

  • Kompli aqra »

Il-Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni ta’ ‘Milied Flimkien’

  • Pjazza de Valette, il-Belt Valletta

    19 ta’ Diċembru 2015

     

    Il-Milied huwa sabiħ jekk niskopru ta’ kull sena s-sinjifikat veru tiegħu: li niċċelebraw flimkien it-twelid ta’ tarbija f’għar f’Betlehem, li ngħatat l-isem ta’ Ġesù li jfisser Alla jsalvana. Isem ieħor ta’ din it-tarbija huma Għimmanu-El, Alla magħna.

    Kif tafu, fil-Knisja Kattolika qegħdin niċċelebraw Sena Ġubilari tal-Ħniena…

  • Kompli aqra »

Jiftaħ il-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena f’Malta

  • Nhar il-Ħadd 13 ta’ Diċembru 2015, it-Tielet Ħadd tal-Avvent, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ta bidu għall-Ġublew Straordinajru tal-Ħniena fl-Arċidjoċesi ta’ Malta. Matul iċ-ċelebrazzjoni, l-Arċisqof fetaħ l-Ewwel Bieb tal-Ħniena fil-Katidral tal-Imdina.

    Iċ-ċelebrazzjoni bdiet fil-Knisja ta’ San Mark, ir-Rabat, u kompliet b’purċissjoni mmexxija mill-Arċisqof lejn il-Katidral tal-Imdina, fejn infetaħ il-Bieb tal-Ħniena u saret Quddiesa Solenni fil-Katidral.

    Fl-omelija tiegħu, l-Arċisqof Charles J…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għat-tfal tal-iskejjel tal-Knisja, tal-Istat u Indipendenti

  • Nhar il-Ħamis 10 ta’ Diċembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa għat-tfal tal-l-iskejjel tal-Knisja, tal-Istat u Indipendenti, bi tħejjija għall-festa tal-Milied, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Kon-Katidral ta’ San Ġwann, Il-Belt Valletta

    10 ta’ Diċembru 2015

    Għeżież tfal, Eċċellenza għażiża President tar-Repubblika, Sur Preca, Onorevoli Ministri, Kapijiet tal-edukazzjoni f’Malta u Għawdex, l-omelija għamluha diġa t-tfal…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-koppji li żżewġu fl-2015

  • Nhar it-Tlieta, 8 ta’ Diċembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna iċċelebra Quddiesa għal dawk il-koppji li żżewġu matul l-2015. Din iċ-ċelebrazzjoni saret fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Wara l-Quddiesa, l-Arċisqof iltaqa’ personalment mal-koppji miżżewġa.

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    8 ta’ Diċembru 2015

    Ħafna jistaqsu, b’mod speċjali bħal-lum, għaliex jintagħżel il-Vanġelu (Lq 1, 26-38) li għadna kemm smajna? …

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa waqt irtir għall-impjegati tal-Kurja, tat-Tribunal u tal-Caritas

  • Nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Diċembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa għall-impjegati li jaħdmu fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Caritas u t-Tribunal Ekkleżjastiku fid-Dar Qalb ta’ Ġesu, Santa Venera. L-impjegati nġabru għal mumenti ta’ talb, waqt li Patri Christopher Caruana O.P. wassal il-meditazzjonijiet għal waqt l-irtir. Fi tmiem l-irtir l-Arċisqof iċċelebra Quddiesa fil-kappella tad-Dar stess. 

  • L-Arċisqof Charles J…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-gradwati l-ġodda tal-MCAST

  • Nhar it-Tlieta l-1 ta’ Diċembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa ta’ ringrazzjament għall-gradwati l-ġodda tal-MCAST, fil-Katidral tal-Imdina. 

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna Katidral tal-Imdina L-1 ta’ Diċembru 2015  

    Nixtieq naqsam ftit ħsibijiet qosra ispirati mill-kelma t’Alla li għadna kemm smajna, u anke mill-okkażjoni li ġabritna hawn illum. L-ewwelnett nixtieq nawgura ħafna u bil-qalb lill-istudenti kollha li spiċċaw b’suċċess l-istudji tagħhom u li ġew hawnhekk biex jirringrazzjaw lill-Mulej…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jitkellem dwar il-viżjoni tiegħu għall-Knisja f’Malta waqt l-Assemblea Djoċesana 2015

  • L-Arċisqof Charles J. Scicluna tkellem dwar il-viżjoni tiegħu għall-Knisja f’Malta waqt it-tieni jum tal-Assemblea Djocesana li saret is-Sibt 21 ta’ Novembru 2015, fil-Katekumenju, il-Mosta, fl-istess post fejn kien tlaqqa’ s-Sinodu Djoċesan.

    L-Arċisqof qal li huwa jiġbor il-viżjoni tiegħu għall-Knisja fil-kelma ‘evanġelizzazzjoni’, u qal li hemm bżonn nevanġelizzaw bil-ferħ tagħna. L-ewwel pass tal-evanġelizzazzjoni qal, huwa li niltaqghu mal-Kelma ta’ Ġesù, u nhalluha tisfidana kuljum.

    Spjega li meta nippreżentaw l-Evanġelu nindunaw li dan iċanfarna…

  • Kompli aqra »

“Min jishar jaf jitgħallem ikun sid tiegħu nnifsu u hekk tassew igawdi l-ħajja” – L-Arċisqof fil-Parroċċa ta’ San Girgor, Tas-Sliema

  • Nhar is-Sibt 28 ta’ Novembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-75 mit-twaqqif tal-Parroċċa ta’ San Girgor, Tas-Sliema.

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Knisja Parrokkjali ta’ San Girgor, Tas-Sliema

    28 ta’ Novembru 2015

    Il-kelma Parroċċa għandha oriġini partikolari li fl-istess ħin ifissru vokazzjoni partikolari…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f’Dar Sagra Familja, in-Naxxar

  • Nhar it-Tnejn 23 ta’ Novembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna żar id-Dar tal-Knisja għall-Anzjani ‘Dar Sagra Familja’, in-Naxxar u ċċelebra Quddiesa b’radd il-ħajr fl-okkażjoni tat-22 sena anniversarju tal-ħidma f’din id-dar tal-Azzjoni Kattolika Maltija. L-Arċisqof iltaqa’ wkoll mar-residenti ta’ din id-Dar u bierek plakka kommemorattiva li tfakkar il-ħidma li saret mill-Azzjoni Kattolika matul is-snin. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna Holy Family Home, Naxxar

    23 ta’ Novembru 2015

     

    Jiena nixtieq insellem u nirringrazzja lill-Azzjoni Kattolika Maltija tal-ħidma li wettqu f’din id-Dar…

  • Kompli aqra »