Il-Kelma tal-Arċisqof

L-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil-ftuħ tas-Sena Forensi

  • Il-Ħamis l-1 ta’ Ottubru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa għall-membri tal-ġudikatura fil-ftuħ tas-Sena Forensi 2015/2016. Il-Quddiesa saret fl-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Din kienet l-ewwel darba li għal din il-Quddiesa annwali attendiet il-President ta’ Malta, l-E.T. Marie Louise Coleiro Preca. Attendew ukoll il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, l-Onor. Owen Bonnici, il-Prim Imħallef Silvio Camilleri, membri tal-ġudikatura u avukati…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-54 sena mit-twaqqif tal-Awtorita’ tax-Xandir

  • Nhar it-Tlieta 29 ta’ Settembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-54 sena mit-twaqqif tal-Awtorita’ tax-Xandir, fl-uffiċċji tagħhom, il-Ħamrun.

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Uffiċċji tal-Awtorità tax-Xandir, il-Ħamrun

    29 ta’ Settembru 2015

    Nibda billi nawguralkom f’dan l-anniversarju. Nixtieq nislet ftit riflessjonijiet mill-fatt storiku li intom ġejtu mwaqqfa fid-29 ta’ Settembru li, tradizzjonalment, fil-kalendarju liturġiku tal-Knisja Kattoliku hija l-festa tat-tlett Arkanġli: Mikiel, Gabrijel u Rafel…

  • Kompli aqra »

Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni ta’ Jum l-Indipendenza 2015

  • It-Tnejn 21 ta’ Settembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fl-okkażjoni ta’ Jum l-Indipendenza.

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Eċċellenza Aġent-President, Onoreveli Prim Ministru, Onorevoli Speaker, Onorevoli Kap tal-Oppożizzjoni, għeżież membri tal-Ġudikatura, personalitajiet distinti; qed nieħu pjaċir nara wkoll diversi Membri Parlamentari u Ministri; Presidenti Emeriti ta’ Malta nixtieq insellmilkom u nirringrazzjakom ta’ dak kollu li għamiltu u għadkom tagħmlu għal pajjiżna…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mit-twaqqif tad-Dar tal-Providenza

  • Nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Settembru, l-Arċisqof Chrales J. Scicluna iċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mit-twaqqif tad-Dar tal-Providenza, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

     Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Kon-katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta 

    18 ta’ Settembu 2015

    Insellem lilek President tar-Repubblika u nirringrazzjak tal-preżenza tiegħek f’din il-festa ta’ ringrazzjament…

  • Kompli aqra »

Id-Dar tal-Providenza tiċċelebra għeluq il-50 sena tagħha b’quddiesa ta’ ringrazzjament fil-Bażilika ta’ San Paolo Fuori Le Mura f’Ruma

  • Nhar is-Sibt 12 ta’ Settembru 2015, Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna iċċelebra  quddiesa ta’ ringrazzjament fil-Bażilika  ta’ San Paolo Fuori Le Mura, f’Ruma, propju f’Jum il-Fundazzjoni tad-Dar tal-Providenza. Din is-sena Id-Dar qed tfakkar b’diversi attivitajiet il-50 sena mit-twaqqif tagħha minn Mons Mikiel Azzopardi fit-12 ta’ Settembru 1965.

    Bħala parti minn dawn l-avvenimenti speċjali, seba’ u għoxrin resident u residenta ittieħdu  Ruma għal laqgħa speċjali ma’ Papa Franġisku l-Ħadd 13 ta’ Settembru wara r-reċita tal-Angelus f’Casa Santa Marta.  Flimkien mal-Arċisqof Scicluna kien hemm jakkumpanjawhom l-Arċisqof Emeritus Mons Paul Cremona O.P, Fr Martin Micallef id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, il-Management tad-Dar kif ukoll għadd ta’ carers

    Għal din il-Quddiesa ta’ ringrazzjament kienu mistiedna wkoll il-Maltin li jgħixu f’Ruma fosthom l-Ambaxxatur ta’ Malta f’Ruma, s-Sinjura Vanessa Frazier…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f’għeluq l-40 anniversarju tal-Komunità Marana thà

  • Nhar il-Ħamis 10 ta’ Settembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa mal-membri tal-komunità Marana thà, f’għeluq l-40 anniversarju ta’ din il-komunità mmexxija minn Dr John Bonnici Mallia. Il-Quddiesa saret fiċ-Ċentru Parrokkjali ta’ Raħal Ġdid. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

    Ċentru Parrokkjali, Raħal Ġdid

    10 ta’ Settembru 2015

     

    Jiena ser nieħu l-qari li l-Mulej ipprovdilna llum, li huwa mill-Ħamis tat-Tlieta u Għoxrin ġimgħa ta’ matul is-sena, bħala l-profezija fuqkom, fuqek għażiż Dr John u fuqna…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-50 sena anniversarju tal-Fergħa Ewkaristika

  • Nhar l-Erbgħa 9 ta’ Settembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-50 anniversarju tal-Fergħa Ewkaristika, fiċ-Ċentru Ewkaristiku, il-Marsa.

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Ċentru Ewkaristiku, Il-Marsa

    9 ta’ Settembru 2015

    Ħamsin sena ilu, is-superjur Gorġ Grima nsista li l-għaqda li beda flimkien mat-tnax ir-raġel li sejħilhom ‘appostli’, tkun tissejjaħ u tiġi rikonoxxuta bl-isem ta’ fergħa, Fergħa Ewkaristika…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Solenni f’Jum il-festa tat-Twelid tal-Verġni Marija

  • Nhar it-Tlieta 8 ta’ Settembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna iċċelebra Quddiesa Solenni fil-Kon-katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fl-okkażjoni tal-festa tat-Twelid tal-Verġni Marija u r-rebħa tal-Assedju l-Kbir. Wara l-Quddiesa, l-Arċisqof, il-Gran Kmandant tal-Ordni, l-E.T. il-Ven. Bailiff Fra Ludwig Hoffmann von Rummerstein, flimkien mal-Gran Kunsill tal-Ordni Sovran, Militari u Ospitalier ta’ San Ġwann, niżlu fil-kripta tal-Granmastri biex jitolbu quddiem il-qabar tal-Granmastru Jean de la Vallette…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum il-Vitorja 2015

  • It-Tnejn 7 ta’ Settembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-Knisja Parrokkjali tal-Mellieħa, fl-okkażjoni ta’ Jum il-Vitorja 2015 u l-450 sena anniversarju mill-Assedju l-Kbir (1565-2015). Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali tal-Mellieħa

    7 ta’ Settembru 2015

    Din is-sena qegħdin infakkru l-450 sena mill-Assedju l-Kbir…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Santa Katerina fiż-Żurrieq u jinseġ il-paniġierku

  • Nhar il-Ħadd 6 ta’ Settembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Solenni fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Katerina, fil-knisja Parrokkjali taż-Żurrieq.

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq

    6 ta’ Settembru 2015

    Xtaqt naqsam magħkom ftit ħsibijiet ibbażati fuq tliet kwadri li huma tradizzjonalment parti mill-ikonografija ta’ Santa Katarina, verġni u martri…

  • Kompli aqra »