Il-Kelma tal-Arċisqof

Il-Professjoni Solenni ta’ Sr Lilian Borg u l-25 Sena mill-Professjoni ta’ Sr Christine Borg fil-Festa tal-Ħniena Divina

  • Il-Madre Prijura Sr Celina Sultana OSJ u Sr Christine Borg jakkumpanjaw lil Sr Lilian Borg fl-okkażjoni tal-investitura tagħha fil-15 ta’ Novembru 2009 (Ritratt: www.orderofmalta-malta.org.mt).

    Monasteru ta’ Sant’ Ursola, Valletta

    12 ta’ April 2015

    Sr Lilian, ippermettili nindirizzalek ħsieb qasir mibni fuq frażi ċkjejkna mill-Vanġelu (Ġw 20,19-31) li għadna kemm smajna.

    Il-Mulej Ġesù lil Tumas jgħidlu: “Ressaq idejk u poġġiha fuq ġenbi”…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna lill-Isqfijiet Maltin tal-Kenja

  • Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana
    10 t’April 2015

    Għeżież ħuti fl-episkopat,
      L-ewwelnett irrid nirringrazzjakom tal-preżenza tagħkom, tax-xogħol li qegħdin tagħmlu fil-Kenja, u li tagħtu ħajjitkom filwaqt li taqdu l-ħidma tagħkom. L-Episkopat jikkonferma x-xhieda tagħkom, għaliex l-Episkopat huwa forma ulterjuri ta’ xhieda u ta’ servizz. Permezz tal-preżenza tagħkom nixtiequ nwasslu s-solidarjetà tagħna mal-poplu ta’ Garissa, il-Kenja. Solidarjetà li tfisser ukoll appoġġ fejn dak kollu li għandna bżonn nagħmlu biex inkunu ta’ għajnuna konkreta, nimpenja ruħi li nagħmluh…

  • Kompli aqra »

L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna fil-festa ta’ San Girgor

  • Knisja ta’ San Girgor, iż-Żejtun

    8 ta’ April 2015

     

    Matul din il-ġimgħa, li l-Knisja tqisha bħala jum wieħed, il-jum tal-Għid, nisimgħu r-rakkonti tal-laqgħat li Ġesù kellu wara l-irxoxt fejn deher lil diversi dixxipli. 

    Illum imiss ir-rakkont tal-laqgħa li saret propju fil-jum ta’ Ħadd il-Għid filgħaxija, ma’ żewġ dixxipli li għalkemm semgħu l-aħbar li rxoxta, kellhom diffikultà li jemmnuha…

  • Kompli aqra »

“Il-Paċi Magħkom” – artiklu tal-Arċisqof Charles J. Scicluna ppublikat fil-ġurnal ‘Illum’

  • “Il-Paċi magħkom” – din hija t-tislima ta’ Ġesù Rxoxt lid-dixxipli tiegħu, li tiġbor mhux biss is-sens ta’ rikonċiljazzjoni li jdawwal Ħadd il-Għid, imma wkoll l-awgurju li r-rikonċiljazzjoni li l-Mulej qed jagħtina bħala rigal, naqsmuha mal-oħrajn. Il-paċi hija għajn li tfawwar mill-qalb tal-bniedem. Fl-istess ħin, id-dgħufija tgħallimna li l-paċi hija wkoll rigal li nilqgħu mingħand il-Mulej.

    Fil-bidu tar-Randan, l-Insara jisimgħu l-istedina tal-Mulej biex il-paċi jfittxuha u jippreparawha permezz tar-rażan…

  • Kompli aqra »

L-Omelija tal-Arċisqof fil-festa ta’ Marija Addolorata

  • 27 ta’ Marzu 2015

    MCAST, Raħal Ġdid

     

    Grazzi ħafna talli ġejtu llum biex flimkien niċċelebraw din l-Ewkaristija. Kif tafu, il-kelma ‘ewkaristija’ ġejja mill-Grieg li tfisser ‘grazzi’. Jekk tmorru Ateni, tirrealizzaw li biex tgħid thank you bil-Grieg trid tgħid eucaristo. U l-Ewkaristija ġejja propju minn dan l-għerq: li tirringrazzja…

  • Kompli aqra »

L-Omelija tal-Isqof Charles J. Scicluna nhar L-Erbgħa tal-Irmied

  • Knisja ta’ Santa Katarina, iż-Żejtun 18 ta’ Frar 2015 ​ Fis-silta li smajna, mill-Evanġelu ta’ San Mark (Mt 6,1-6.16-18), il-Mulej Ġesù jitkellem dwar tlett atteġjamenti: is-sawm, il-karità u t-talb. Jekk nirriflettu ftit fuq dawn it-tlett atteġġjamenti, li b’xi mod huma l-qafas tal-mixja tagħna lejn l-Għid, liema mixja nsejħulha r-Randan, nirrealizzaw li meta nitkellmu fuq is-sawm qed nitkellmu fuq mixja li rrid nagħmel fuqi nnifsi billi nitgħallem niċċaħħad u nitgħallem ir-rażan…
  • Kompli aqra »

Messaġġ Pastorali għar-Randan 2015

    • Sawm: Stennija – Antiċipazzjoni – Wens – Maħfra
  • Għeżież ħuti Nsara, 

    Fil-bidu ta’ dan ir-Randan Imqaddes tas-sena 2015, u bi preparazzjoni għall-mixja li ser nagħmlu f’dan iż-żmien, xtaqt inwassal messaġġ qasir lil kull wieħed u waħda minnkom.

    Darba minnhom, il-Fariżej u l-kittieba staqsew lil Ġesù għaliex id-dixxipli tiegħu ma kinux qed isumu…

  • Kompli aqra »

L-Omelija ta’ Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna waqt il-Quddiesa tal-Ingress Solenni

  •  

    Katidral tal-Imdina

    21 ta’ Marzu 2015

    ‘Tħobbni int?’ Il-kelmiet ta’ Ġesù lil Pietru jgħoddu għal kull wieħed u waħda minna. Ilum, b’mod speċjali, Ġesù jgħidhom lili, magħżul biex inkun ir-Ragħaj tagħkom. Id-domanda ta’ Ġesù tfakkarni fid-dgħufija tiegħi u fil-Ħniena tiegħu. Tfakkarni li l-qofol ta’ kull ministeru pastorali huwa l-imħabba: l-imħabba lejn Ġesù, ir-Ragħaj it-Tajjeb, li ħabbna qabel ħabbejnieh aħna, kif ukoll l-imħabba lejn kull membru tal-merħla tiegħu…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna lill-Onor. Kap tal-Oppożizzjoni Dr Simon Busuttil

  • Palazz tal-President, l-Belt Valletta

    16 ta’ Marzu 2015

    Onor. Dr Busuttil,

    Grazzi ħafna tal-laqgħa ġentili tiegħek, u tal-kliem li għedt. Inħoss li l-preżenza tiegħi f’din id-dar tal-istituzzjonijiet għeżież tagħna, b’mod speċjali tal-Parlament, hija wkoll omaġġ tal-Knisja ta’ Malta għas-servizz li jagħmlu l-politiċi Maltin. Għalija huwa wkoll ta’ garanzija għad-demokrazija, li nista’ niġi għand il-Kap tal-Oppożizzjoni li f’pajjiżna, fl-ispirtu demokratiku tagħna, jagħti standing ukoll lill-partiti li mhumiex fil-Gvern, imma li l-irwol tagħhom huwa essenzjali biex ikollna l-garanzija tal-libertà…

  • Kompli aqra »

L-Omelija tal-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna fil-Pellegrinaġġ Penitenzjali fl-Isla

  • Knisja Parrokkjali tal-Isla

    13 ta’ Marzu 2015

     

    Fil-Vanġelu li għadna kemm smajna, il-Mulej Ġesù jikkonferma r-risposta tal-Għaref tal-Liġi li jiġbor il-liġi kollha f’kelma waħda: l-imħabba!  L-imħabba lejn Alla u l-imħabba lejn il-proxxmu. Jekk jiena ma nħobbx lil ħija li narah, kif nista’ nħobb lil Alla li ma narahx?

    U jekk irridu nifhmu x’inhi l-imħabba vera, inħarsu lejn ix-xbieha għażiża tar-Redentur…

  • Kompli aqra »