Il-Kelma tal-Arċisqof

Ċelebrazzjoni fl-okkażjoni ta’ Jum il-Morda

  • Nhar l-Erbgħa, 11 ta’ Frar 2015, l-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku, iċċelebra Quddiesa għall-morda fit-tifkira tal-ewwel dehra tal-Madonna f’Lourdes u fl-okkażjoni ta’ Jum il-Morda, fis-Santwarju ta’ Santa Tereża, Birkirkara.

    L-Omelija tal-Isqof Charles J. Scicluna fil-Quddiesa ta’ Jum il-Morda

  • Santwarju Santa Tereża, Birkirkara
    11 ta’ Frar 2015 Insellem lill-Aġent President ta’ Malta…
  • Kompli aqra »

Quddiesa għall-koppji għarajjes li se jiżżewġu din is-sena

  • Nhar il-Ħadd 8 ta’ Frar 2015, l-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku, iċċelebra quddiesa għall-koppji għarajjes li ser jiżżewġu matul din is-sena. Il-quddiesa ġiet iċċelebrata fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, u ġiet organizzata mill-Moviment ta’ Kana.

    L-Omelija tal-Isqof Charles J. Scicluna lill-Koppji Għarajjes

  • Kon-Katidral ta’ San Ġwann, Il-Belt Valletta
    8 ta’ Frar 2015
    Għeżież għarajjes,

    Nixtieq naqsam magħkom ħsieb qasir ispirat mis-silta tal-Vanġelu (Mk 1, 29-39) li għadna kemm smajna…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjoni fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħajja Kkonsagrata

  • Nhar il-Ħadd 8 ta’ Frar 2015, l-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku, iċċelebra quddiesa għall-koppji għarajjes li ser jiżżewġu matul din is-sena. Il-quddiesa ġiet iċċelebrata fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, u ġiet organizzata mill-Moviment ta’ Kana. L-Omelija tal-Isqof Charles J. Scicluna lill-Koppji Għarajjes
  • Santwarju Santa Tereża, Birkirkara 8 ta’ Frar 2015 Insellem liż-żewġ Isqfijiet reliġjużi, lill-Isqof għażiż Pawlu Cremona u lill-Isqof Adeodato Micallef…
  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjoni fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħajja

  • Nhar il-Ħadd l-1 ta’ Frar 2015, l-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku, ċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħajja, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Għal din il-Quddiesa ġew mistiedna wkoll koppji li qed jistennew tarbija.  L-Omelija tal-Isqof Charles J. Scicluna fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħajja
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    1 ta’ Frar 2015
    Iċ-ċelebrazzjoni tal-Ħadd toffrilna l-opportunità li nieqfu ftit fil-mixja tal-ħajja u ngħidu grazzi…
  • Kompli aqra »

Omelija tal-Isqof Charles J. Scicluna waqt Quddiesa fl-okkażjoni taċ-ċerimonja tad-depożizzjoni tal-kuluri tal-Forzi Armati ta’ Malta

  • Il-Ġimgħa 16 ta’ Jannar 2015 Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    Eċċellenza Għażiż President tar-Repubblika,

    Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta, Personalitajiet Distinti, Uffiċjali u membri tal-Forzi Armati, Inġbarna hawn illum għal okkażjoni importanti u memorabbli – id-depożizzjoni tal-kuluri antiki, issa li l-Forzi Armati ta’ Malta għandhom kuluri ġodda li ġew ikkonsagrati lejn tmiem is-sena li għaddiet. Huwa xieraq li l-kuluri l-qodma, li kienu kkonsagrati fl-1988, jinżammu bil-ġieħ li jistħoqqilhom ta’ emblema u sinjal ikkonsagrat lil Alla, f’dan il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann…

  • Kompli aqra »

Omelija tal-Isqof Charles J. Scicluna waqt Quddiesa għall-koppji li żżewġu fl-2014

  • Is-Sibt 17 ta’ Jannar 2015 Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    Għeżież koppji li żżewwiġtu fil-Mulej fis-sena 2014, huwa ta’ ferħ kbir għalija li ngħaddilkom messaġġ qasir f’din l-okkażjoni. L-ewwel nett nirringrazzjakom tal-għażla li għamiltu li tiżżewġu fil-Mulej. Dan mhux biss ifisser barka fuq l-imħabba ta’ bejnietkom, imma jfisser ukoll għażla libera li tmur lil hinn mit-tradizzjonijiet u d-drawwiet sbieħ ta’ missirijietna…

  • Kompli aqra »

Omelija tal-Isqof Charles J. Scicluna waqt quddiesa ta’ Radd il-Ħajr ta’ tmiem is-sena

  • Barka fuq il-Poplu tagħna! 

    Hekk kif qed niġu fi tmiem sena memorabbli fl-istorja ta’ Malta, il-pajjiż u n-nazzjon għażiż tagħna, nixtieq nagħmel riflessjoni qasira dwar l-ewwel qari tal-lum mis-Solennità ta’ Marija Omm Alla.

    Il-qari huwa meħud mill-Ktieb tan-Numri (Kapitlu 6, versi 22-27): “Il-Mulej kellem lil Mosè, “Kellem lil Aron u ‘l uliedu u għidilhom: ‘Meta tbierku ‘l ulied Iżrael, hekk għandkom tgħidulhom: Ibierkek il-Mulej u jħarsek! …

  • Kompli aqra »

Artiklu għall-gazzetta ‘Illum’ mill-Isqof Charles J. Scicluna

  • Familja Inklussiva

    Illum, il-Liturġija tal-Knisja Kattolika hija ddedikata għall-Familja Mqaddsa: Ġużeppi, Marija u Ġesù. Il-Vanġeli li jintużaw biex ifakkru din ir-realtà sabiħa huma Vanġeli fejn il-familja Mqaddsa kienet tinsab mhedda jew għaddiet minn xi nkwiet.

    Wieħed mill-Vanġeli jfakkarna fil-ħolma li kellu Ġużeppi, li fiha l-anġlu wissieh biex ma jmurx lura Nazaret, imma jmur l-Eġittu biex isalva l-ħajja tat-tarbija li kienet mhedda minn Erodi…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Isqof Charles J. Scicluna waqt l-iskambju tal-awguri mal-pubbliku

  • Il-Ħadd 28 ta’ Diċembru 2014
    Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

    ​Nirringrazzjakom ħafna talli ġejtu biex nawguraw lil xulxin l-isbaħ xewqat f’dan iż-żmien tal-Milied, aħna u nippreparaw biex nibdew sena ċivili ġdida. 

    Nixtieq naqsam magħkom ħsieb żgħir li nixtieq noffrih għal kull wieħed u waħda minna, nibda minni nniffsi. Dan li se nitlob ma jiġix mill-kapaċitajiet tagħna, imma huwa frott talgħajnuna li jagħtina Alla: Ejjew nitolbu lill-Mulej biex f’din is-sena l-ġdida nkunu preżenza sabiħa, qawwija u ta’ servizz fis-soċjetà Maltija…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Milied mill-Isqof Charles J. Scicluna

  • Nistedinkom fil-presepju ħaj li l-poplu ta’ Ħal Lija jorganizza ta’ kull sena. Xtaqt li minn hawn nirriflettu fuq il-grotta ta’ Betlehem, l-istalla li fiha twieled l-Iben t’Alla magħmul bniedem, Ġesù ta’ Nazaret. 

    L-istalla tfakkarna fil-fatt li l-familja ta’ Nazaret, malli waslet Betlehem, ma sabitx post fil-lukanda. Il-Vanġelu jgħidilna, “ġie f’daru u niesu ma laqgħuhx” (Ġw 1:11). Il-Mulej jitwieled f’għar. Tarbija li tibki imma ma timponix ruħha…

  • Kompli aqra »