Il-Kelma tal-Arċisqof

Messaġġ tal-Isqof Charles J. Scicluna waqt ‘Milied Flimkien 2014’

  • Il-Palazz tal-President, Il-Belt Valletta
    20 ta’ Diċembru 2014

    Eċċellenza President ta’ Malta,
    Onorevoli Prim Ministru,
    Onorevoli Kap tal-Oppożizzjoni,

    Huwa privileġġ għalija li nindirizza lill-Pajjiż fil-bidu tal-istaġun sabiħ tal-Milied.

    L-ewwel ħsieb tiegħi huwa appell biex dan il-Milied ngħixuh flimkien bħala familja waħda. Il-familja ma jkollhiex biss mumenti sbieh, imma jkollha wkoll mumenti diffiċli…

  • Kompli aqra »

Il-messaġġ tal-Isqof Charles J. Scicluna waqt kunċert b’risq Id-Dar tal-Providenza

  • Nhar it-Tnejn 15 ta’ Diċembru 2014, l-Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku sede vacante attenda kunċert fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fil-ftuħ taċ-ċelebrazzjonijiet fl-okkażjoni tal-50 sena mit-twaqqif tad-Dar tal-Providenza. Il-Kunċert ittella’ mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta, bil-kollaborazzjoni ta’ RTK4Charity u bil-korteżija tal-Fondazzjoni tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, taħt il-patroċinju distint tal-E.T. il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca.

    Il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast il-Maġġur John Ivan Borg, u daqqet kompożizzjoni li nkitbet għall-okkażjoni bl-isem: ISPIRAZZJONI DIVINA, kitba ta’ Sunny Aquilina, muzika ta’ Mro Ray Sciberras…

  • Kompli aqra »

Messaġġ Pastorali għall-Avvent 2014 – Ejjew nilqgħu d-dawl ta’ Ġesù

  • Insellem lill-poplu ta’ Alla fid-Djoċesi għażiża ta’ Malta, fil-bidu ta’ dan l-Avvent tal-2014. Huwa ta’ privileġġ għalija li bħala Amministratur Appostoliku ta’ Malta sakemm jinħatar Arċisqof ġdid, nindirizzakom fil-bidu ta’ dan iż-żmien importanti li jippreparana għall-festa kbira tal-Milied, it-twelid tal-Bambin Ġesù. Nixtieq naqsam magħkom ftit ħsibijiet li ġejjin minn qalbi, f’dan il-mument partikolari li għaddejjin minnu.

    L-ewwelnett, nixtieq mill-ġdid ningħaqad ma’ eluf minnkom li esprimejtu l-gratitudni tagħkom f’dawn l-aħħar jiem, għad-don kbir li Alla tana fil-persuna tal-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P…

  • Kompli aqra »

Omelija tal-Isqof Charles J. Scicluna waqt il-Quddiesa ta’ radd il-Ħajr għall-Episkopat tal-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona

  • “Arawni, hekk jien se nfittex in-nagħaġ tiegħi u nieħu ħsiebhom” (Eżek. 34:11). Din hija
    l-kelma tal-Mulej li smajna llum mill-Profeta Eżekjel.

    Eċċellenza President ta’ Malta, Sur Preca, Eminenza, Eċċellenza, sħabi Isqfijiet, Ħuti,
    Illum aħna xhieda ta’ kemm din il-kelma tal-Mulej ma tonqosx, “Jiena se nfittex in-nagħaġ tiegħi u nieħu ħsiebhom”. Il-Mulej jagħmel kollox biex jiltaqa’ magħna fit-triq tal-ħajja tagħna, u ma jħalliniex waħedna, jieħu ħsiebna…

  • Kompli aqra »

Omelija tal-Isqof Charles J. Scicluna waqt Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni ta’ Jum it-Tifkira

  • Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    9 ta’ Novembru 2014

    Eċċellenza,
    Ħuti,

    Inġbarna hawn illum, bħalma nagħmlu kull sena f’Jum it-Tifkira, biex nikkommemoraw il-vittmi taż-żewġ Gwerer Dinjija li, kif nafu, kienu tassew traġedji kbar. It-teologu Karl Rahner darba kiteb li “l-memorja hija l-fakultà li tinsa”. Jekk għandna dritt ninsew, illum għandna d-dover niftakru! Niftakru f’tant vittmi innoċenti li ntbagħtu għall-qatla mill-iskrivaniji ta’ min kien fil-poter…

  • Kompli aqra »

Messaġġ tal-Isqof Charles J. Scicluna waqt seminar organizzat mill-Uffiċċju Djoċesan tal-Volontarjat

  • 25 ta’ Ottubru 2014
    Seminarju tal-Arċisqof, tal-Virtù

    Grazzi ta’ din il-preżentazzjoni tal-‘Code of Ethics for Volunteers and Voluntary Organisations of the Archdiocese of Malta’. Naħseb li fil-futur qarib ikollna wkoll verżjoni bil-Malti ta’ dan id-dokument, imma l-iżjed ħaġa importanti li għandna quddiemna hija li noħolqu l-kultura li fiha nkunu nistgħu nħaddmu dan il-Kodiċi ta’ Etika…

  • Kompli aqra »

Omelija tal-Isqof Charles J. Scicluna waqt quddiesa fl-okkażjoni tal-ftuħ tas-Sena Forensi

  • Oratorju tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    1 t’Ottubru 2014

    Insellem lilek Eċċellenza Aġent President, u nirringrazzja lilkom ilkoll tal-preżenza tagħkom.

    Jiena nixtieq nislet ftit ħsibijiet ispirati mill-kelma ta’ Alla li għadna kemm smajna. Il-kelma hija dik assenjata mill-Knisja għal din il-ġurnata, it-tlieta fis-26 ġimgħa ta’ matul is-sena. Illum infakkru wkoll il-festa ta’ Santa Tereżina tal-Bambin Ġesù, Tereża ta’ Lisieux…

  • Kompli aqra »

An exodus in five verbs

  • An exodus in five verbs
  • Bishop Charles J. Scicluna’s opinion piece published on The Sunday Times on Easter Sunday, 20th April 2014.

    Simon Peter had just professed his faith that his leader Jesus, the carpenter from Nazareth, was “the Christ of God”. Jesus ordered his group of disciples to tell no one and started talking about suffering, being rejected, dying and being raised on the third day…

  • Kompli aqra »