Il-Kelma tal-Arċisqof

Sinjal ta’ komunità li tinġabar flimkien u toħloq is-sbuħija – L-Arċisqof

Diskors fl-inawgurazzjoni tat-tieni fażi ta' pitturi ġodda tas-saqaf tal-Bażilka tal-Isla

  Il-Bażilka ta' Marija Bambina, l-Isla

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Nixtieq ningħaqad mas-sentimenti ta’ gratitudni tal-Arċipriet, u ħadt pjaċir ukoll nisma’ din il-litanija ta’ tant nies ġenerużi, li l-ħidma tagħhom għenet biex wasalna għal dan il-jum memorabbli. Xejn ma jsir f’daqqa, u ħadd ma jagħmel xejn waħdu. Jekk hemm sinjal ta’ komunità li tinġabar flimkien u toħloq is-sbuħija, dan hu eżempju sabiħ.

Il-Papa jixtieq proċess kontinwu ta’ mixja flimkien… Kompli aqra »

Il-paċi m’għandhiex prezz – L-Arċisqof

Quddiesa fis-Seba’ Ħadd matul is-Sena

  L-Oratorju tal-Konfraternità tal-Karità, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ħafna minna nsibu din il-paġna tal-Evanġelju forsi waħda mill-itqal, mhux biex nifhmuha, imma biex nagħmluha. Għaliex aħna nifhmu li l-liġi, li Ġesù jippreżenta bħala l-punt tat-tluq, diġà hi raġonevoli ħafna: “għajn b’għajn, sinna b’sinna” (Mt 5:38).

Din il-liġi antika li nsibu fir-Rabta l-Qadima kienet diġà liġi li tgħidlek: jekk xi ħadd ħadlek għajn ma taqtagħlux rasu, għajn b’għajn… Kompli aqra »

Ilqa’ l-barkiet tal-Mulej biex tkun verament hieni – L-Arċisqof

Quddiesa tal-Ħadd li matulha ngħata l-ministeru tal-lettorat lil seminarista

  Il-Knisja Parrokkjali ta' Kristu Rxoxt, Pembroke

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Irridu ngħidu li hi okkażjoni sabiħa ħafna f’din il-parroċċa li wieħed minn uliedha llum qed jiġi ppreżentat mill-komunità u quddiem l-isqof u l-Knisja biex jiġi istitwit lettur: jibda jaqra b’mod uffiċjali l-Kelma t’Alla fil-komunità fil-preparazzjoni tiegħu anke biex ’il quddiem ikun kandidat uffiċjali għall-ordni sagri kif inhu u jirċievi d-djakonat u l-presbiterat. Għażiż Matthew, aħna nitolbu ħafna għalik.

Fl-Evanġelju tal-lum Ġesù jagħtina l-ewwel nett l-identity card tiegħu għax il-barkiet li jagħtina – u dan hu tagħlim sabiħ kemm tal-Papa Franġisku kif ukoll tal-maħbub u mibki Papa Benedittu – fil-barkiet li jagħti l-ewwel nett Ġesù jitkellem fuqu nnifsu għax dak li jitlob minna Ġesù, hu l-ewwel wieħed li jagħmlu… Kompli aqra »

L-Arċisqof jistaqsi: aħna ta’ min aħna xhieda?

Quddiesa fil-festa tal-Konverżjoni ta' Missierna San Pawl

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Sawl, Sawl għaliex qiegħed tippersegwitani?” (Atti 22:7). Din hi l-ewwel kelma li l-appostlu Missierna, li aħna nafuh ukoll bit-tieni isem tiegħu Pawlu, isem Ruman li jissieħeb mal-isem Lhudi Sawlu li x’aktarx ingħata fiċ-ċirkonċiżjoni tiegħu ta’ tmint ijiem, dan hu l-ewwel kliem li jisma’ mingħand Ġesù.

L-ewwel nett hu kliem personali ħafna. Ġesù lil dan ir-raġel isejjaħlu b’ismu. U l-isem ifisser li Ġesù għandu għatx kbir li jidħol fi djalogu dirett ma’ dan ir-raġel… Kompli aqra »

Is-Sagrament taż-Żwieġ huwa pjan tal-grazzja ta’ Alla għalikom – L-Arċisqof

  Il-KonKatidral ta’ San Ġwann, Il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Intom smajtu bil-pjan tal-grazzja li Alla tani għal-ġid tagħkom” (Ef 3:2). Din il-kelma ta’ San Pawl, tgħodd ukoll għalikom. Itolbu biex dejjem tagħrfu u tifhmu li s-Sagrament taż-Żwieġ, li dħaltu għalih bil-kunsens ta’ bejnietkom, huwa għalikom pjan tal-grazzja ta’ Alla. Aħna, meta ngħidu l-kelma grazzja, irridu nfissru mħabba, ħniena u paċenzja. Jiena nispera u nawgura li ħadtu grazzja b’xulxin xi darba, u li meta tħarsu lejn xulxin forsi għadkom tiftakru dik ix-xrara tal-bidu, bejn argument u ieħor… Kompli aqra »