Il-Kelma tal-Arċisqof

“Marija, il-kewkba tat-tama tagħna” – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta' Marija Mtellgħa s-Sema

  Il-Bażilika Minuri ta' Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Hienja dik li emmnet li jseħħ kulma ntqalilha min-naħa tal-Mulej.” Din il-beattitudni, din l-hena tistqarrha Eliżabetta malli tiltaqa’ ma’ Marija ta’ Nazaret tqila bl-iben t’Alla magħmul bniedem, li qiegħda fuq vjaġġ ta’ mħabba u karità. L-anġlu għadu kemm taha sinjal li għal Alla m’hemm xejn li ma jistax ikun. Jgħidilha: “Ara, il-qariba tiegħek Eliżabetta, fi xjuħitha, hi wkoll nisslet iben fil-ġuf, u ġa għandha sitt xhur dik li għaliha kienu jgħidu li ma jistax ikollha tfal, għax għal Alla ma hemm xejn li ma jistax isir” (Lq 1: 36-37)… Kompli aqra »

Il-ħajja ta’ dejjem ma tibdiex mal-mewt, tibda minn issa – L-Arċisqof

  Id-Dar tal-Madonna tal-Mellieħa, il-Mellieħa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Aħna u naqraw dan il-kapitlu sabiħ mill-Evanġelju ta’ San Ġwann, il-kapitlu 6, nibdew nisimgħu tagħrif importanti dwar min hu Ġesù. L-ewwel ħaġa li niltaqgħu magħha hi l-identità tiegħu bħala dak li niżel mis-sema, xi ħaġa li min kien jaf lill-familja tiegħu ta’ Nazaret ma setax jifhimha: “Lil missieru u ’l ommu ma nafuhomx? Mela kif qed jgħid, ‘Jiena nżilt mis-sema’?” (Ġw 6:42)… Kompli aqra »

Il-qawmien ngħixuh kuljum permezz tal-imġiba tagħna ma’ xulxin – L-Arċisqof

Quddiesa tal-festa tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej

  Il-Knisja Parrokkjali tas-Salvatur, Ħal Lija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fit-tieni Ittra ta’ San Pietru, mis-silta li tinqara llum f’din is-solennità, l-Appostlu jitkellem dwar l-esperjenza ta’ Tabor, l-esperjenza li qed infakkru llum, is-solennità tat-Trasfigurazzjoni tas-Salvatur, ta’ Sidna Ġesù Kristu. U juża dawn il-kelmiet: ‘il-qawwa’, ‘il-miġja’, ‘il-kobor’, ‘il-ġieħ’, u ‘s-sebħ’.

“Aħna ma konniex qegħdin nibnu fuq ħrejjef maħluqa minn moħħna meta għarrafnielkom dwar il-qawwa ta’ Sidna Ġesù Kristu u dwar il-miġja tiegħu… Kompli aqra »

San Duminku hu dak li jħobb billi jgħallem u jgħallem għax iħobb – L-Arċisqof

Quddiesa tal-festa ta' San Duminku

  Il-Knisja tal-Madonna ta' Porto Salvo u San Duminku, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Intom il-melħ tal-art” (Mt 5:13). “Intom id-dawl tad-dinja” (Mt 5:14). Din il-kelma ta’ Ġesù sseħħ b’mod straordinarjament qawwi f’San Duminku. Illum nixtieq naqsam ħsieb qasir magħkom, fuq dawn iż-żewġ aspetti li jsemmi Ġesù meta jħares lejn id-dixxipli tiegħu. Fl-Evanġelju ta’ San Ġwann, nsibu kemm-il darba lil Ġesù jippreżenta lilu nnifsu bħala “d-dawl tad-dinja” (Ġw 8:12); imma f’din is-silta mill-Evanġelju ta’ San Mattew, li jinzerta wkoll l-Evanġelju preferut ta’ San Duminku; dak li kien iġorr miegħu… Kompli aqra »

Alla jgħinna permezz ta’ ħutna – L-Arċisqof

Quddiesa fl-okkażjoni tal-ftuħ Dar San Franġisk ta' Dar Nazareth

  Il-Knisja Parrokkjali ta' Santa Katerina, iż-Żejtun

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jpoġġi quddiemna għażla importanti ħafna, li fuqha se jkun deċiż id-destin tagħna; għażla li taf tkun iebsa, imma wkoll ċara ħafna. Kultant ninkwetaw fuq ħafna affarijiet, li l-Mulej f’dan l-Evanġelju li smajna ma jsemmihomx. Ma jistaqsinix kemm xegħelna xemgħa jew kemm dendilna damask. Ħa nkun ċar – lanqas kemm għamilna pavaljuni. Se jistaqsina kif trattajna lil xulxin. Nistgħu nagħmlulu l-isbaħ affarijiet ta’ deheb u fidda imma jekk ix-xbieha ħajja tiegħu, li huma ħutna, nistmahom ħażin, qed jgħidilna ċar: “dak li għamiltu ma’ wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi” (Mt 25:40), fit-tajjeb u fil-ħażin… Kompli aqra »

L-Arċisqof jistaqsi: Qed nagħtu ħin ta’ kwalità lill-persuni li tassew huma importanti f’ħajjitna?

Omelija fis-17-il Ħadd ta' Matul is-Sena

  Il-Kappella tad-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fost l-affarijiet li jolqtuni kull meta naqra din is-silta minn kapitlu 6 mill-Evanġelju ta’ San Mark, huwa l-atteġġjament ta’ Ġesù u kemm jieħu ħsieb id-dixxipli tiegħu. Wara li bagħthom jipprietkaw u jfejqu, jirritornaw u jirrakkuntawlu x’għamlu u x’għallmu, u jissuġġerilhom li jieqfu ftit għall-mistrieħ. Il-qalb ta’ Ġesù hija qalb li tħoss għal dak li jkun, li tifhem il-bżonnijiet u tagħti risposta għall-bżonnijiet ta’ dak li jkun… Kompli aqra »

Jalla l‑ħajja tagħkom tkun “imfassla fuq il‑misteru tas‑Salib tal‑Mulej” – L-Arċisqof

Quddiesa fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mill-ordinazzjoni ta’ 50 saċerdot

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Fid-dar fejn tidħlu l‑ewwel għidu s-sliem lil din id-dar” (Lq 10:5). Dawn il‑kliem Ġesù qed jiġbor forsi sinteżi tal-ministeru ta’ dawk li hu jibgħat. Jgħidilhom stess li qed jibgħathom bħal “ħrief qalb l‑ilpup” (Lq 10:3). Jgħallimhom biex jafdaw mhux fuq il‑ħila tagħhom jew fuq ir‑riżorsi umani – il‑but, il-ħorġa, il‑qorq – imma jgħallimhom jagħtu u jxerrdu s‑sliem. Il‑paċi li tibda mill‑qalb li tħabbat fuq il‑qalb ta’ persuna oħra hi l‑ikbar don ta’ Kristu Rxoxt li fl‑irxoxt tiegħu juża l‑istess tislima: “il‑paċi magħkom, is‑sliem għalikom” (Ġw 20:19)… Kompli aqra »

Il-Madonna hi t-tama tassew tagħna fil-mumenti meta naqtgħu qalbna – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu

  Il-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Qegħdin lejlet il-Ġublew tal-2025 fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu tal-2024, tħares lejn dak il-jum tal-24 ta’ Diċembru meta l-Papa Franġisku jiftaħ l-ewwel bieb qaddis ġewwa il-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan f’Diċembru 2024, u jiftaħ il-Ġublew Qaddis tas-sena 2025. Aħna l-Insara niċċelebraw 2025 sena mit-twelid ta’ Sidna Ġesù Iben Marija.

U l-Papa Franġisku jixtieq li l-Ġublew jekk inħarsu lejh, bħal-lum sena nkunu diġà fil-qalba tal-Ġublew, inħarsu lejh bħala pellegrini tat-tama, nies li qegħdin f’mixja u li aħna għandna tama qawwija, li hi ċerta, li ma tingannaniex… Kompli aqra »

L-għażla ta’ Ġesù mhix irħisa – L-Arċisqof

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tad-Duluri f'San Pawl il-Baħar

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fl-Evanġelju tal-lum, fil-kapitlu 6 ta’ San Mark, ninnutaw li Ġesù jiddeċiedi li l-missjoni tiegħu, jafdaha lit-tnax-il dixxiplu tiegħu u “jibgħathom tnejn tnejn” (Mk 6:7). Ħafna qaddisin jieqfu fuq din l-espressjoni. Ma bagħathomx weħidhom imma jibgħathom tnejn tnejn. Donnu x-xhieda li rridu nagħtu hi qabelxejn ix-xhieda tal-kapaċità li naħdmu flimkien. Kultant il-ħajja ġġagħlna ngħidu: ‘isma’, aħjar nagħmilha waħdi din għax nagħmilha malajr u nagħmilha aħjar; imma biex tiftiehem ma’ ħaddieħor u biex issir, indumu iżjed’… Kompli aqra »

L-Arċisqof lill-Pulizija: “Kunu għodda ta’ ġustizzja u qatt kompliċi mal-inġustizzja u l-korruzzjoni”

Quddiesa fl-210 anniversarju tal-Korp tal-Pulizija

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju tal-14-il ġimgħa taż-żmien ta’ Matul is-Sena li qrajna llum, u li qed jinqara fil-Knejjes Kattoliċi madwar id-dinja, u li mhux magħżul għal din l-okkażjoni, neħduh bħala providenza. Dan l-Evanġelju li għadna kemm smajna, jgħid kelma li meta kont qed  naqraha u nitlob fuqha, ħsibt fikom u għedt kemm din tgħodd għall-Korp tal-Pulizija! “Jien qiegħed nibgħatkom bħal nagħaġ qalb l-ilpup” (Mt 10:16)… Kompli aqra »