M’għandniex sens allura nifhmu li t-tarbija fil-ġuf li m’għandhiex leħen? – L-Arċisqof
01/12/2022 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaPhoto by MART PRODUCTION L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
“Ittamaw fil-Mulej għal dejjem għax il-Mulej hu l-blata ta’ dejjem” (Iż 26:4). Din hija l-profezija ta’ Iżaija li smajna fl-ewwel qari llum u bħalma għedna nhar it-Tlieta, il-qari tal-Evanġelju fl-ewwel parti tal-Avvent huwa l-milja, it-twettiq tal-profezija ta’ Iżaija.
Allura aħna nifhmu għaliex din il-profezija mill-kapitlu 26 ta’ Iżaija meta jistedinna biex nittamaw fil-Mulej għax il-Mulej hu l-blata ta’ dejjem, tfakkarna f’dak li Ġesù jgħid: Isma’, ibnu d-dar tagħkom fuq il-blat (ara Mt 7:24), anzi, Ġesù jispjegalna xi tfisser.
Ħa ngħidu ftit xi jkompli jgħid Iżaija: “lil min kien fl-għoli, niżżlu, il-belt imkabbra niżżilha, waqqagħha ’l isfel, fit-trab xeħitha” (Iż 26:5)… Kompli aqra »