Taqtax qalbek! Tgħallem afda fil-ħniena tal-Mulej! – L-Arċisqof
Quddiesa f'Jum il-Vokazzjonijiet
25/04/2021 Il-Kappella taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet, fis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-VirtùL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Nixtieq nibda billi nfakkarkom fir-rakkont tal-lejl tal-Milied. L-anġlu jidher lir-ragħajja u jgħidilhom: “Qed inħabbrilkom ferħ kbir […]. Illum, fil-belt ta’ Ġuda, tweldilkom salvatur” (Lq 2:10-11).
Ir-ragħajja li kienet kategorija pjuttost emarġinata, isiru l-ewwel nies li jisimgħu bit-twelid ta’ din it-tarbija li ta’ tmint ijiem semmewha Ġesù, u meta kiber, bħalma smajna fl-Evanġelju li għadna kemm qrajna mill-kapitlu 10 tal-Evanġelju ta’ San Ġwann, Ġesù jassoċja ruħu ma’ din il-kategorija… Kompli aqra »