Il-Kelma tal-Arċisqof

Lejl ta’ tama u kuraġġ – L‑Arċisqof f’Sibt il-Għid

Il-Vġili Solenni tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

“Min se jgerrbilna l-ġebla mid-daħla tal-qabar?” (Mk 16:3). Din hija domanda li llum, fil-kuntest tal-pandemija, qed nagħmluha b’modi differenti. Min se jgerrbilna l-ġebla mid-daħla tal-qabar li ċ-ċirkustanzi donnhom poġġewna fih? Restrizzjonijiet, għeluq, lockdowns, ansjetà, qtigħ il-qalb għall-futur, imwiet, u mard. Donnu din il-pandemija, li ilha magħna ftit iżjed minn sena, saret il-qabar tagħna. “Min se jgerrbilna l-ġebla mid-daħla tal-qabar?”

Illum aħna l-Insara niċċelebraw il-fidi f’Ġesù li miet u rxoxta… Kompli aqra »

F’din il-Ġimgħa l-Kbira niftakru f’min qed isofri fis-silenzju – L-Arċisqof

L-Azzjoni Liturġika tal‑Passjoni u l‑Mewt tal‑Mulej

  Il-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Jekk jiena għedt xi ħaġa mhix sewwa, urini fejn; imma jekk għedt is-sewwa, għaliex terfa’ jdejk fuqi?” (Ġw 18:23). Ġesù jgħid dawn il-kliem lil wieħed mill-għases li kien ħdejh quddiem il-qassis il-kbir u tah daqqa ta’ ħarta. “‘Hekk twieġbu lill-qassis il-kbir?’ U Ġesù qallu: ‘Jekk jien għedt xi ħaġa mhix sewwa, ureni fejn; imma jekk għedt is-sewwa għaliex terfa’ jdejk fuqi?’” (Ġw 18:22-23)… Kompli aqra »

Id-dritt li tqim lil Alla ħaj hu essenzjali daqs il-ħajja, iktar mill-banka tal-lottu u s-supermarkets – L-Arċisqof

Quddiesa fl-Ikla tal-Mulej f'Ħamis ix-Xirka

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Qegħdin infakkru l-mument meta Ġesù jirrealizza “li waslet is-siegħa tiegħu biex jgħaddi minn din id-dinja għal għand il-Missier” (Ġw 13:1). Din hija l-mogħdija, l-Għid. Li aħna qegħdin niċċelebraw. “Is-siegħa tal-Mulej li fiha jgħaddi minn din id-dinja għal għand il-Missier”. San Ġwann stess, f’dan il-kapitlu 13 li għadna kemm qrajna, ifehimna li din il-mogħdija – dan il-passaġġ, din il-pasha, dan l-Għid – minn din id-dinja għal għand il-Missier, kienet pellegrinaġġ, proċess ta’ mħabba… Kompli aqra »

L-Arċisqof f’Ħamis ix-Xirka: l-offerta tagħna hi f’bieqja mxaqqgħa; mix-xquq jiddi d-dawl tal-ħniena tal-Mulej

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Bagħatni ndewwi l-qalb miksura” (Iż 61:1). Dan il-kliem tal-Profeta Iżaija jseħħ illum aħna u nisimgħu għaliex qegħdin inkomplu l-missjoni ta’ Ġesù. Il-jum ta’ Ġesù huwa dejjem magħna. Din il-kitba tal-Profeta Iżaija, li Ġesù jaddotta bħala kitba programmatika għalih, issir ukoll il-programm tal-ħidma tagħna u tal-preżenza tagħna fost il-poplu.

“Bagħatni ndewwi l-qalb miksura”. Aħna nafu li l-ħajja tlaqqagħna ma’ tant qlub li huma maqsuma u mhux biss miksura, anke fostna, forsi minħabba kelma żejda ta’ xi ħadd minna… Kompli aqra »

L-Arċisqof jistaqsi: tagħti ħajtek għal Ġesù?

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Illum u għada l-Evanġelju jfakkarna fil-qalb maqsuma ta’ Ġesù, nisimgħu dwar it-tradiment ta’ Ġuda għaċ-ċaħda ta’ Pietru. Faċli nippuntaw subgħajna lejn dawn iż-żewġ appostli. Wieħed ittradieh u l-ieħor ċaħdu. L-oħrajn — barra d-dixxiplu l-maħbub li huwa wkoll protagonista fl-Evanġelju tal-lum — jaħarbu u jħalluh waħdu.

M’hemmx ħafna x’tagħżel! F’dawn iż-żewġ personaġġi naraw ukoll lilna nfusna. Tajjeb li llum u għada naħsbu ftit f’kemm-il darba lill-Mulej abbandunajnieh, ċħadnieh, u konna tradituri tiegħu… Kompli aqra »

Nafu lil Ġesù? Jien ma’ Ġesù? – L-Arċisqof

Quddiesa f'Ħadd il-Palm

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Pietru jinsab fid-dar tal-qassis il-kbir. L-għajjat ta’ min qed jakkuża ’l Ġesù jinstema’. Pietru stess jiġi akkużat li huwa ħaġa waħda ma’ Ġesù.   “ ‘Int ukoll kont ma’ Ġesù ta’ Nazaret.’ Imma hu ċaħad u qal: ‘Ma nafx, m’iniex nifhem x’inti tgħid.’ U ħareġ ’il barra fid-daħla tal-palazz. U s-serduk idden.  Il-qaddejja ratu, u reġgħet bdiet tgħid lil dawk li kienu hemm: ‘Dan wieħed minnhom.’  U mill-ġdid ċaħad… Kompli aqra »

“Dak li l-Madonna għamlet ma’ Ġesù, aħna nistgħu nagħmluh ukoll” – L-Arċisqof

Quddiesa f'Jum id-Duluri

  Il-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesù (Ta' Ġieżu), il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kmieni dalgħodu rċevejt messaġġ mingħand wieħed mill-kappillani tagħna. Xtaq jaqsam miegħi poeżija ħelwa li kiteb żagħżugħ ta’ 17-il sena. Ngħidilkom il-verità meta qrajtha bqajt mistagħġeb bil-ħila poetika ta’ dan iż-żagħżugħ Malti. Kont ukoll emozzjonat, kommoss, bil-ħsieb tiegħu. Hu, fil-jum tad-Duluri, jilmah lil ommna Marija:

Ilmaħtek, Marija, bilwieqfa fuq l-għuda titnikket,
titbekka, timtela’ bil-hemm;
ilmaħtek, Marija, issofri sal-aħħar
il-għera tal-bniedem li xerred id-demm… Kompli aqra »

L-‘iva’ tal-omm u tal-iben – L-Arċisqof

Quddiesa fis-Solennità tat-Tħabbira tal-Mulej

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Nistgħu ngħidu li l-festa tal-lum tinġabar fir-responsorju li tlabna fis-Salm Responsorjali tal-lum: “Hawn jien, Mulej, ġej nagħmel ir-rieda tiegħek” (S 39:8-9). ‘Hawn jien, Mulej, ġejja nagħmel ir-rieda tiegħek.’

Għaliex illum jiltaqħu mhux ‘iva’ waħda imma tnejn: l-‘iva’ tal-omm u l-‘iva’ tal-iben. Lill-Missier jgħidlu: “Vittmi tal-ħruq u tat-tpattija int ma tlabtx imbagħad jien għedt: ‘Hawn jien ġej’ (ara Lhud 10:6-7)”… Kompli aqra »