Lejl ta’ tama u kuraġġ – L‑Arċisqof f’Sibt il-Għid
Il-Vġili Solenni tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet
03/04/2021 Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina“Min se jgerrbilna l-ġebla mid-daħla tal-qabar?” (Mk 16:3). Din hija domanda li llum, fil-kuntest tal-pandemija, qed nagħmluha b’modi differenti. Min se jgerrbilna l-ġebla mid-daħla tal-qabar li ċ-ċirkustanzi donnhom poġġewna fih? Restrizzjonijiet, għeluq, lockdowns, ansjetà, qtigħ il-qalb għall-futur, imwiet, u mard. Donnu din il-pandemija, li ilha magħna ftit iżjed minn sena, saret il-qabar tagħna. “Min se jgerrbilna l-ġebla mid-daħla tal-qabar?”
Illum aħna l-Insara niċċelebraw il-fidi f’Ġesù li miet u rxoxta… Kompli aqra »