Il-Kelma tal-Arċisqof

Nifhmu tassew min hu Ġesù permezz tat-talb – L-Arċisqof

Quddiesa b'tifkira tal-Isqof San Turibio ta’ Mogrovejo

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Aħna u noqorbu lejn l-Għid nisimgħu iżjed lil Ġesù, b’mod speċjali fis-siltiet mill-Evanġelju skont San Ġwann, iħeġġeġ lil-Lhud, lill-kapijiet, lil dawk li qegħdin jisimgħuh għall-fidi.

Il-fidi li tfisser li jintelqu f’idejh, l-Iben tal-Missier, u minnu jirċievu l-ħelsien minn dnubiethom. Hija ħarxa dik il-kelma li jgħidilhom: “Intom se tmutu fid-dnub tagħkom […] se tmutu fi dnubietkom” (Ġw 8:24) jirrepetiha kemm-il darba… Kompli aqra »

X’nistgħu nitgħallmu mit-tbatija ta’ Ġesù? – L-Arċisqof

Quddiesa fil-Ħames Ħadd tar-Randan

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Waslet is-siegħa li fiha Bin il-Bniedem ikun igglorifikat” (Ġw 12:23). Għal diversi drabi fl-Evanġelju ta’ San Ġwann, il-Mulej stess jgħid li ma kinitx għadha waslet is-siegħa tiegħu. Nieħdu pereżempju l-episodju sabiħ tat-tieġ ta’ Kana. Lil ommu jgħidilha: “Għada ma waslitx is-siegħa tiegħi” (Ġw 2:4). Imma issa li l-Griegi qed ifittxu li jarawh, qed jixxenqu biex isiru jafuh (ara Ġw 12:21), il-Mulej jifhem li waslet is-siegħa li jkun igglorifikat… Kompli aqra »

San Ġużepp: qalb li tħobb fis-silenzju u tobdi – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta' San Ġużepp

  Il-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu), ir-Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-sena l-festa għażiża ta’ San Ġużepp, li niċċelebraw ta’ kull sena fid-19 ta’ Marzu, għandha sinifikat profond. Il-Papa Franġisku li beda l-ministeru tiegħu bħala papa bħal-lum tmien snin, għax għażel il-festa ta’ San Ġużepp biex jibda l-ministeru tiegħu bħala papa, ħabbar li din is-sena hija ddedikata lil San Ġużepp.

Għalina hija sena li diffiċilment ninsewha minħabba wkoll is-saram tal-pandemija… Kompli aqra »

L-Arċisqof: Xi glorja qed infittxu? Tagħna jew tal-Mulej?

Quddiesa fit-tifkira ta' San Ċirillu ta' Ġerusalemm

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Matul din l-aħħar tal-parti tar-Randan ser nisimgħu diversi siltiet mill-Evanġelju ta’ San Ġwann, ir-raba’ Evanġelju, li fihom Ġesù jidħol fid-djalogu mal-kapijiet, mal-Lhud. Proprjament il-kittieba tal-Liġi, il-Fariżej, dawk li b’xi mod kellhom iċ-ċavetta tat-tagħlim u kellhom ukoll il-poter, joħorġu x’inhu it-tagħlim tal-komunità. Ġesù jwissihom li għalkemm jafdaw fl-awtorità li Alla ta’ lil Mosé, huma jridu joqgħodu attenti mill-idolatrija, li minflok ifittxu lil Alla vera, ifittxu l-glorja tagħhom infushom… Kompli aqra »

Ġesù, għandi bżonnok; fejjaqni – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Hemm konnessjoni bejn l-Evanġelju li għadna kemm smajna li l-ambjent tiegħu huwa ħdejn menqa, jiġifieri ħdejn qisha pixxina li kienet tipprovdi l-ilma lit-tempju.

Kien hemm it-tradizzjoni li meta jitħarrek l-ilma — u ġo pixxina mhux la kemm tgħid jitħarrek — anġlu jkun mess l-ilma allura min jinżel fih f’dak il-mument ifiq mill-mard li kellu. Kien hemm raġel li għal 38 sena sħaħ qagħad joqgħod jistenna biex jieħu din l-opportunità… Kompli aqra »

“Inkunu soċjetà li ma tibżax mid-dawl ta’ Ġesù” – L-Arċisqof

Quddiesa fir-Raba' Ħadd tar-Randan

  Il-Kappella taċ-Ċentru Terapewtiku ta' San Blas, Ħaż-Żebbuġ

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Meta Ġesù ried iħabbar il-missjoni tiegħu uża kelma għażiża: il-kelma ‘evanġelju’. Xi tfisser din il-kelma? Din il-kelma ġejja mill-Grieg u tfisser ‘aħbar tajba’. L-Evanġelju tal-lum, aħna u nibdew it-tieni parti tal-mixja tagħna tar-Randan, jagħtina din l-aħbar tajba u sabiħa li twassalna biex niċċelebraw il-misteru kbir tal-Għid. Alla ħabb lid-dinja. “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni biex kull min jemmen fih ma jintilifx, imma jkollu l-ħajja ta’ dejjem” (Ġw 3:16)… Kompli aqra »

“Mument ta’ sfida biex infittxu l-vera imħabba għal xulxin” – L-Arċisqof

  Il-Bażilika Minuri ta' Marija Bambina, l-Isla

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fl-Evanġelju, Ġesù kemm-il darba jipprova jgħallimna li lil Alla iżjed jogħġbu s-sagrifiċċju tal-imħabba u tal-maħfra milli r-ritwal tat-tempju; is-sagrifiċċji tal-ħruq u tat-tpattija kif isemmi wkoll dan l-għaref tal-Liġi fl-Evanġelju li għadna kemm smajna.

Dan l-għaref qed jipprova jsolvi diffikultà li kellhom l-għorrief tal-Liġi fi żmien Ġesù: fost il-ħafna mijiet ta’ liġijiet liema hija dik li hija l-pedament ta’ kollox? … Kompli aqra »

Lil Alla nobduh għax iħobbna mhux għax jikkastigana – L-Arċisqof

Quddiesa fit-Tielet Ħadd tar-Randan fejn l-Arċisqof talab ukoll għall-Vjaġġ Appostoliku tal-Papa Franġisku fl-Iraq

  Il-Kappella tal-Bon Pastur, Ħal Balzan

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan l-episodju, li għadna kemm smajna, huwa episodju li nsibuh fl-erba’ Evanġelji. Mhux kollox li jkun hemm f’Evanġelju nsibuh f’evanġelju ieħor. Imma dan l-episodju ta’ meta Ġesù mar it-tempju u keċċa l-bejjiegħa tat-tempju, meta Ġesù jidher quddiemna pjuttost irrabjat, dan huwa inċident li tant impressjona lill-komunità tad-dixxipli, li mhux biss baqa’ jissemma imma f’kull komunità kien ukoll memorja ħajja ħafna… Kompli aqra »