Riflessjonijiet għar-Randan 2021 – It-Tielet Ħadd
06/03/2021Riflessjoni mill-Arċisqof Charles Scicluna għat-Tielet Ħadd tar-Randan 2021.
Evanġelju: Ġw 2:13-25 Kompli aqra »
…
Aħbarijiet mill-Knisja f'Malta
Riflessjoni mill-Arċisqof Charles Scicluna għat-Tielet Ħadd tar-Randan 2021.
Evanġelju: Ġw 2:13-25 Kompli aqra »
…
L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Ġesù għandu kliem iebes lejn min juża r-reliġjon — fil-każ tagħna l-Knisja — bħala sellum ta’ rikonoxximent. Meta nisimgħu lill-Papa Franġiksu, ħafna drabi nifhmu eżattament x’jrid jgħid Ġesù. Il-Papa għandu allerġija għal min jinqeda bil-Knisja biex jilħaq. Il-kelma ‘jinqeda’ hija kelma kemmxejn iebsa imma l-Papa ġieli jużaha.
Ġesù, bil-ħarsa ħanina imma għarfa tiegħu, iħares lejn uħud mill-Kittieba u l-Fariżej u jara din il-marda, dan il-virus tal-ambizzjoni, il-virus tal-għatx għar-rikonoxximent… Kompli aqra »
L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
F’din il-mixja tar-Randan huwa ta’ pjaċir kbir għalija li nkun magħkom, għeżież residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, mal-uffiċjali, u mal-istaff. Insellem ukoll lill-Ministru tal-Intern Byron Camilleri.
Għadna kemm bdejna ċ-ċelebrazzjoni tal-Griżma ta’ Simon, wieħed mir-residenti li bl-għajnuna tal-kappillan ta’ din il-faċilità korrettiva beda l-mixja biex illum jikkonferma l-fidi tiegħu f’Ġesù u jirċievi d-don tal-Ispirtu s-Santu. Id-don tal-Ispirtu s-Santu huwa d-don tal-imħabba… Kompli aqra »
Riflessjoni mill-Arċisqof Charles Scicluna għat-Tieni Ħadd tar-Randan 2021.
Evanġelju: Mark 9:2-10
…
L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Ġesù juża żewġ elementi min-natura u jgħid min aħna. L-identità tagħna tinġabar f’dawn iż-żewġ elementi li jsemmi Ġesù: il-melħ. Mhux se nidħol f’polemika mat-tobba li jgħidulna tiħux ħafna melħ. Wara kollox, fl-università jekk titgħallem xi ħaġa hija li tirrispetta x-xjenza. Jekk trid ikun bniedem tassew ta’ fidi, qatt m’għandek tiddisprezza l-għerf li hemm fil-ħolqien. Min huwa tassew xjenzjat jogħxa bl-istraordinarjetà ta’ dak li hemm fil-ħolqien… Kompli aqra »
L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
M’ilux smajna lil Ġesù jgħidilna biex ma nintilfux f’ħafna tlablib meta nitolbu. Illum qed jagħmlilna kuraġġ biex filfatt nitolbu, nfittxu, u nħabbtu. Donnu jagħtina formula li tagħmlilna kuraġġ. “Itolbu u jingħatalkom; fittxu u ssibu; ħabtu u jiftħulkom. Għax kull min jitlob jaqla’, min ifittex issib, min iħabbat jiftħulu.” Imma aħna bl-esperjenza tagħna nafu li diversi drabi f’ħajjitna tlabna u ma qlajniex dak li tlabna, fittixna u ma sibniex, ħabbatna u l-bieb baqa’ magħluq… Kompli aqra »
L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Għadna kemm smajna t-talba tant għaziża li aħna nsejħulha t-talba li għallimna Ġesù, it-talba li tgħallimna nħarsu lejn il-Missier bħala l-Missier ta’ kull wieħed u waħda minna. Ġesù m’għallimniex ngħidu ‘Missieri, li inti fis-smewwiet’ imma għallimna ngħidu “Missierna li inti fis-smewwiet”.
Tifhmu wkoll li t-talba li ngħidu ħierġa mill-Evanġelju skont San Mattew. Għandna verżjoni oħra tat-talba tal-Mulej li nsibuha fl-Evanġelju skont San Luqa imma t-talba li aħna ngħidu fil-quddiesa u meta nitolbu, b’mod speċjali anke meta nitolbu r-rużarju, hi meħuda mill-kapitlu 6 tal-Evanġelju ta’ San Mattew… Kompli aqra »
L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Jien u nitlob fuq il-ħsieb li xtaqt naqsam magħkom illum, waqt li qegħdin nitolbu b’suffraġju ta’ ħuna Monsinjur Ġwann Azzopardi, u nitolbu wkoll għal ruħu imma wkoll insellmu il-ħidma u l-patrimonju li ħallielna, laqatni ħafna dan il-vers mill-Profeta Iżaija, li, il-Knisja tissuġġerixxi bħal-lum, is-Sibt ta’ wara l-Erbgħa tal-Irmied: ‘’Isejħulek bennej tas-swar imġarrfa’’.
Għaliex nimmaġina, li l-patrimonju storiku, dokumentali, mużikali, arkitettoniku, u mittoniku li ġie afdat għall-kura ta’ Dun Ġwann, mill-mibki Monsinjur Coleiro fl-1967, bħala kollaboratur tal-Mużew tal-Katidral li kien għadu fil-bidu tiegħu… Kompli aqra »
L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
“Ċarrtu qlubkom mhux ilbieskom” (Ġoel 2:13). Il-kliem tal-profeta Ġoel li bih nibdew dan l-istaġun tar-Randan ipoġġi l-attenzjoni tagħna fuq il-qalb. Dan huwa staġun li aħna nsejħulu ta’ penitenza imma l-Mulej mhux qiegħed ifittex il-moħqrija tagħna nfusna imma l-konverżjoni tal-qalb.
Jekk inħarsu lejn is-Salm 50 li qrajna bħala s-salm responsorjali llum, li huwa s-salm penitenzjali pereċċellenza, aħna tlabna flimkien ma’ David wara li kien nidem: “Oħloq fija, O Alla, qalb safja” (S 50:12)… Kompli aqra »
L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Id-dixxipli jinsew jieħdu ħobż biżżejjed; kellhom ħobża waħda u l-aħħar parti tal-Evanġelju tal-lum b’xi mod hi wkoll twiddiba ħelwa ta’ Ġesù li, għalkemm m’għandhomx ħlief ħobża waħda, magħhom għandhom lilu li bi ftit ħobżiet ta x’jieklu, l-ewwel isemmi l-5,000 ruħ, imbagħad 4,000 ruħ. U jkompli jinsisti magħhom, imma allura “Għandkom għajnejn u ma tarawx, għandkom widnejn u ma tisimgħux? Għadkom ma fhimtux?” (Mk 8:17-18)… Kompli aqra »