Il-Kelma tal-Arċisqof

Il-mistoqsijiet li għandna nistaqsu fil-bidu tal-Avvent – L‑Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Biex nifhmu l-għażla tal-Evanġelju fiż-żmien tal-Avvent, dan l-istaġun li qegħdin fih, irridu nħarsu u nisimgħu b’attenzjoni l-ewwel qari. F’ħafna mill-jiem tal-Avvent, l-ewwel qari hu meħud mill-ktieb sabiħ ħafna tal-profeta Iżaija. Illum, pereżempju, fil-bidu smajna profezija sabiħa ta’ Iżaija li hija wkoll mument sabiħ ta’ poeżija straordinarja fil-Bibbja.

Illum smajna l-profezija tal-għerq ta’ Ġesse u wkoll id-doni tal-ispirtu: “Fuqu jistrieħ l-ispirtu tal-Mulej, l-ispirtu tal-għerf u d-dehen, l-ispirtu tal-għaqal u l-qawwa, l-ispirtu tal-għerf u l-biża’ tal-Mulej, u l-għaxqa tiegħu fil-biża’ tal-Mulej” (Iż 11:2-3)… Kompli aqra »

“Ejjew nistennew lill-Mulej bil-ferħ” – L‑Arċisqof

Quddiesa fl-Ewwel Ħadd tal-Avvent

  Il-kappella taċ-ċimiterju ta' Wied Għammieq, il-Kalkara

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Qabel xandar l-Evanġelju,  il-Kappillan Fr Brian, xegħel l-ewwel xemgħa minn dawn l-erbgħa xemgħat imbagħad waħda fin-nofs, li b’xi mod fuq l-artal iffissru l-mixja l bdejna llum, il-mixja tal-Avvent.

Iżjed ma nersqu lejn il-Milied, iżjed ikollna dawl. Dan huwa is-sinifikat ta’ dak li qegħdin nagħmlu fid-djar tagħna bħalissa meta nżejnu għall-Milied u nixegħlu d-dwal bit-tama li s-settijiet li xtrajna s-sena li għaddiet jixegħlu, biex inżejnu… Kompli aqra »

“Ma ħaqqnix li int tismagħni; imma kun ħanin, u lili f’nar ta’ dejjem qatt titfagħni”

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju jqabbel żewġ mumenti drammatiċi ħafna: il-qerda ta’ Ġerusalemm li Ġesù jħabbar u li seħħet fis-sena 70 taħt l-imperatur Titu. Fil-fatt, fl-ark trijonfali ta’ Titu qrib il-Kolossew ġewwa Ruma, hemm imfakkra propju l-qerda ta’ Ġerusalemm u hemm din l-iskultura impressjonanti ta’ żewġ suldati jġorru l-menorah ta’ fidda mastizz li kien hemm fit-tempju ta’ Ġerusalemm. Ġesù jħabbar il-qerda ta’ Ġerusalemm imma wkoll iħabbar tmiem id-dinja… Kompli aqra »

“Il-Knisja f’Malta hi grata lejn Oliver” – L-Arċisqof

Quddiesa tal-funeral mill-Istat ta' Prof. Oliver Friggieri

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Bħalma jħenn il-Missier għal uliedu, hekk iħenn il-Mulej għal min għandu l-biża’ tiegħu għax hu jaf kif aħna magħġuna, jiftakar li aħna trab”. Is-salmi huma ġabra ta’ poeżiji li fl-osservazzjoni li għamel il-Papa Girgor il-Kbir, bihom Alla nqeda biex jagħtina għodda ħalli nkunu nistgħu nfaħħruh, nitolbuh, ingergru miegħu, u nitolbuh l-għajnuna.

Oliver xorob qatigħ minn l-għajn safja tal-Kelma ta’ Alla li parti kbira minnha hija letteratura straordinarja… Kompli aqra »

Ngħożżu kull mument mal-għeżież tagħna – L-Arċisqof

Quddiesa fit-tifkira ta' Sant’Andrija Dûng Lac u sħabu l-martri u t-tmien anniversarju mill-ordinazzjoni episkopali tal-Arċisqof

  Il-Knisja tal-Lunzjata, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din l-aħħar ġimgħa tas-sena liturġika, l-Evanġelji jressqulna quddiem għajnejna l-kliem ta’ Ġesù dwar l-aħħar żminijiet. Il-lista li biha jintemm l-Evanġelju tal-lum (Lq 21:5-11) donnha qed nisimgħu l-aħbarijiet: ġnus kontra ġnus, pajjiż kontra pajjiż, ġuħ, taqlib tal-art, u mard li jittieħed. Aħna qegħdin ngħixu fi żmien ta’ din il-pandemija fejn il-mard jittieħed. B’xi mod, għal Ġesù, dan kollu mhuwiex it-tmiem imma jfakkarna fit-tmiem… Kompli aqra »

Kulħadd jiġi ġġudikat fuq kriterju wieħed: il-kriterju tal-imħabba – L-Arċisqof

Ċelebrazzjoni Djoċesana fil-festa liturġika ta’ Kristu Re

  Il-Bażilika Minuri ta' Kristu Re, Raħal Ġdid

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fit-3 ta’ Ottubru li għadda tas-sena 2020, il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku tana dokument ġdid li huwa l-iżjed dokument riċenti fis-sensiela ta’ dokumenti prezzjużi u għeżież li s-suċċessuri ta’ Pietru tawna fid-duttrina soċjali tal-Knisja. Din is-serje bdiet fl-1891 mill-Papa Ljun XIII bl-enċiklika Rerum Novarum u diversi papiet matul is-snin f’dawn l-aħħar seklu u nofs komplew iżidu mat-tagħlim soċjali tal-Knisja… Kompli aqra »

Inti maħluq għall-ġenna! – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta’ Sidna Ġesù Kristu, Sultan tal Ħolqien Kollu

  Il-kappella taċ-ċimiterju ta' Wied Għammieq, il-Kalkara

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Meta Ġesù għallimna nitolbu, għallimna ngħidu wkoll: “Tiġi saltnatek” (Mt 6:10). Quddiem Pilatu jammetti li huwa sultan (ara Mt 26:11).

Il-qari li għadna kemm smajna mill-Evanġelju ta’ San Mattew huwa l-aħħar diskors ta’ Ġesù qabel jibda l-mixja tal-passjoni tiegħu. Fil-fatt, kif jispiċċa dan id-diskors li għadna kemm smajna, Ġesù jħabbar li għandu bżonn imur Ġerusalemm u jsallbuh. Għalhekk, huwa diskors importanti li fih iħabbar li hu sultan u l-mod kif se jsaltan… Kompli aqra »

“Nitlob u nbierek lill-edukaturi kollha li b’kuraġġ kbir jgħidulna x’inhu tassew ta’ ġid għalina” – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-bikja ta’ Ġesù fuq Ġerusalemm tintroduċina għall-aħħar żmien tas-sena liturġika fejn il-kliem ta’ Ġesù u s-siltiet tal-Evanġelju jitkellmu dwar it-tmiem ta’ Ġerusalemm, it-tmien tad-dinja, it-tmiem ta’ kull wieħed u waħda minna f’din il-ħajja.

Il-Mulej Ġesù jibki fuq Ġerusalemm (ara Lq 19:45). Fil-bikja ta’ mħabba, ta’ diqa u ta’ dulur għal din il-belt li huwa ħabb u li fiha kellu jiġi kkundannat ’il barra mill-ħitan tagħha, kellu jiġi msallab, midfun u mbagħad jirxoxta… Kompli aqra »

“Bin il-bniedem ġie jfittex u jsalva l-mitluf”

Quddiesa b'suffraġju għall-isqfijiet u saċerdoti u reliġjużi

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-Arċisqof ibierek l-oqbra tal-isqfijiet, saċerdoti u reliġjużi li jinsabu midfuna fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kemm huma kliem ta’ faraġ il-kliem li għadna kemm smajna mill-Evanġelju skont San Luqa: “Bin il-bniedem ġie jfittex u jsalva l-mitluf” (Lq 19:10).

Illum qed niftakru f’dawk li ħallewna, uħud minnhom midfunin hawnhekk u oħrajn midfunin postijiet oħra bħall-predeċessuri tiegħi, fosthom il-mibki Isqof Mauro Caruana, li hu midfun fil-knisja ta’ San Girgor, Tas-Sliema… Kompli aqra »

X’nitgħallmu minn Żakkew? – L-Arċisqof

Quddiesa fit-tifkira ta' Santa Eliżabetta tal-Ungerija

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Żewġt iqlub li jfittxu lil xulxin. Nistgħu ninterpretaw din il-laqgħa ta’ Ġesù ma’ Żakkew b’dan il-mod u b’din l-espressjoni. Ġesù stess jagħtina, biex ngħidu hekk, dan il-muftieħ biex nifhmu x’qiegħed jiġri. “Bin il-Bniedem ġie jfittex u jsalva lill-mitluf” (Lq 19:10).

Imma hemm xi ħadd ukoll, hemm qalb oħra, li jixtieq jiltaqa’ ma’ Ġesù, għandha għatx biex tiltaqa’ miegħu… Kompli aqra »