“Nibqgħu nilqgħu lit-tfal tagħna bħala rigal kbir” – L-Arċisqof
Quddiesa fil-festa ta' Santa Kjara, fundatriċi tal-Ordni tas-Sorijiet Klarissi
11/08/2020 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Huwa ta’ pjaċir għalija li llum nintroduċi wieħed mill-għaxar saċerdoti l-ġodda tagħna, is-Salesjan Dun Damian Formosa, li għandu esperjenza ta’ missjunarju fil-Kenja. Bħalissa qiegħed hawn għaliex il-vjaġġi huma diffiċli ħafna. Insellmulu u nawgurawlu ħafna, u b’mod speċjali, permezz tiegħu, insellmu lill-familja mwaqqfa minn Don Bosco.
Ġesù llum isejjaħ tfajjel ċkejken u jqiegħdu f’nofs id-dixxipli tiegħu biex jgħallimhom min hu l-akbar fis-saltna tas-smewwiet… Kompli aqra »