L-Arċisqof jistaqsi: Min hu Ġesù għalik?
Il-Quddiesa bl-Azzjoni Liturġika tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej
29/03/2024 Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt VallettaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Bħalma nagħmlu fil-Ġimgħa l-Kbira ta’ kull sena, għadna kemm smajna t-tħabbira solenni tal-Passjoni tal-Mulej skont San Ġwann.
Xtaqt noffri riflessjoni qasira fuq il-mistoqsija li Ġesù jagħmel fil-bidu ta’ dan ir-rakkont: “Lil min qegħdin tfittxu?” (Ġw 18:4). Ir-risposta ta’ min mar jarrestah fil-Ġnien tal-Ġetsemani kienet “Lil Ġesù ta’ Nazaret” (Ġw 18:5). Imma l-mistoqsija ta’ Ġesù hija mistoqsija profonda: Għalikom jien min jien? … Kompli aqra »