Il-Kelma tal-Arċisqof

F’Sibt il-Għid nerġgħu niċħdu d-dlam u nilqgħu d-dawl li hu Kristu Ġesù – L-Arċisqof

Quddiesa għal dawk li mietu f'dawn l-aħjar jiem u għal qrabathom biex isibu l-faraġ

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-qari tal-profezija llum mill-profeta Eżekjel titkellem ukoll dwar l-għaqda fil-poplu li kien ilu ħafna mifrud: “Jiena għad insalvahom mid-dnubiet li firduhom minni. Jiena nsaffihom u huma jkunu għalija l-poplu tiegħi u jiena nkun għalihom Alla tagħhom” (Eżek 37:23).

Din hija l-ewwel rikonċiljazzjoni, ir-rikonċiljazzjoni ta’ kull wieħed u waħda minna ma’ Alla. “Jiena għad insalvahom mid-dnubiet li firduhom minni”… Kompli aqra »

Nitolbu biex inkunu nistgħu nagħmlu pellegrinaġġ nazzjonali fil-festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib (14 Sett) – L-Arċisqof

Quddiesa speċjali trasmessa f'Jum id-Duluri

  Il-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu), il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ta’ kull sena aħna l-Maltin u l-Għawdxin nieqfu ħdejn is-salib ta’ Ġesù maġenb ommu. Kulħadd jista’ jimmaġina d-dulur tal-omm li tara lil Binha l-għażiż ikkundannat għall-mewt, għall-mewt tassew kiefra.

Aħna qegħdin hawnhekk f’dan il-post għażiż li jħaddan dan il-kurċifiss straordinarjament qawwi fl-espressjoni artistika tiegħu li aħna lkoll nafuh bħala l-Kurċifiss mirakoluż. Il-poplu Malti u Għawdxi dejjem dar lejn din ix-xbieha ta’ Ġesù msallab, jitlobha fil-mumenti iebsa… Kompli aqra »

Dan iż-żmien hu opportunità biex nisimgħu iżjed lill-Mulej – L-Arċisqof

Quddiesa offruta għall-pazjenti tal-Covid-19 biex il-Mulej ikun tassew il-fejqan ta' ruħhom u ġisimhom

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-konfront ma’ Ġesù isir tassew qalil u ma jaħbix il-fatt li bil-mod il-mod kienet riesqa s-siegħa tiegħu.

L-Ewwel Qari li jitkellem dwar il-patt ta’ Alla ma’ Abraham jippreparana għal dak kollu li smajna fl-Evanġelju għaliex il-Lhud jippreżentaw ruħhom bħala wlied Abraham. Imma Ġesù stess jagħtihom x’jifhmu li, li jkunu wlied Abraham ifisser li mhux biss jagħrfu lil Alla, imma wkoll jaraw is-sinjal tal-preżenza tiegħu… Kompli aqra »

Ejjew inħarsu lejn il-Mulej u minnu nieħdu s-saħħa, il-ħelsien tassew u s-salvazzjoni – L-Arċisqof

Quddiesa speċjali għal dawk li ħallew djarhom u l-qraba biex jagħtu servizz fil-qagħda preżenti

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Int min int?” (Ġw 8:38). Din hija domanda li nsibuha fl-Evanġelju ta’ San Ġwann kif insibuha wkoll fl-Evanġelju ta’ San Mark.

Din hi domanda dwar min hu Ġesù, l-identità tiegħu. U Ġesù jitkellem b’verità sħiħa li  huwa mibgħut mill-Missier. Hu jgħid ukoll li hu jaf sewwa min huma dawk li qegħdin jistaqsuh: ‘int min int?’. Anzi jagħraf l-ebusija tal-qalb tagħhom, jagħraf ukoll id-dnub tagħhom… Kompli aqra »

Xi dritt għandna nwaddbu l-ewwel ġebla? – L-Arċisqof

Quddiesa speċjali għal dawk li qed isibuha diffiċli f’dawn il-ġranet: diffiċli jibqgħu ġewwa, diffiċli għax waħedhom u diffiċli għax morda

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fl-Ewwel Qari rajna l-Mulej isalva l-innoċenza ta’ Susanna permezz ta’ dan iż-żgħażugħ Danjel li waqaf lil dawn iż-żewġ imħallfin krudili, li għaliex Susanna ma ċeditx għall-istedina tagħhom għad-dnub, riedu jakkużawha inġustament b’adulterju.

Fl-Evanġelju Ġesù ma jiddefendix mara innoċenti; hija mara li nqabdet fid-dnub. Il-kundanna miktuba fil-Liġi hija ċara: għandha titħaġġar. Hekk jgħidulu: “Issa fil-liġi tagħna Mosè ordnalna biex nisa bħal dawn inħaġġruhom… Kompli aqra »

Il-qawmien ta’ Lazzru huwa xhieda tal-qawwa ta’ Ġesù – L-Arċisqof

Quddiesa speċjali trasmessa live

  Il-Knisja ta' San Franġisk, il-Ħamrun

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Mulej, kieku kont hawn, ħija ma kienx imut” (Ġw 11:21). Marija, bħal Marta oħtha, hija mnikkta minħabba l-mewt ta’ ħuhom Lazzru. Tirrepeti l-istess kliem li kienet qalet l-istess oħtha ftit qabel: “Mulej, kieku kont hawn ħija ma kienx imut” (Ġw 11:32).

Dawn il-ġranet meta kuljum nisimgħu b’aħbarijiet kiefra ta’ nies imutu bla ħtija minħabba virus qerriedi, forsi tiġina wkoll din il-mistoqsija quddiem Alla: ‘imma inti hawn?’ Min jaf kemm ulied li tilfu l-ġenituri tagħhom fl-Italja, fi Spanja, jagħmlu din l-osservazzjoni quddiem il-Mulej: ‘kieku kont hawn!’ U din hija l-mistoqsija li lill-Mulej triegħxu… Kompli aqra »

Ejjew nitħejjew biex nilqgħu d-don tal-fidwa li ried jagħtina Ġesù – L-Arċisqof

Quddiesa speċjali biex Alla jimliena bil-kuraġġ u jbegħedna minn kull biża’

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kull nhar ta’ Ġimgħa fir-Randan l-Evanġelju jippreparana għall-kunflitt kbir li mbagħad iseħħ b’mod qawwi fil-Ġimgħa Mqaddsa, kunflitt bejn Ġesù u l-kapijiet ta’ Ġerusalemm.

Hija l-festa tal-Għerejjex. Il-festa tal-Għerejjex kienet festa kbira fil-ħarifa meta l-poplu Lhudi kien ifakkar l-40 sena li għamel iterraq fid-deżert, l-għerusija tiegħu ma’ Alla fejn irċieva l-kmandamenti, fejn bena l-arka tal-preżenza tal-Mulej, id-don tal-manna. Fil-fatt fl-arka li tiġi ċċelebrata wkoll fil-festa tal-Għerejjex, kien hemm it-twavel tal-Liġi u ftit manna li l-Iżraeliti ġabru fid-deżert matul dawk l-40 sena… Kompli aqra »

Tkun ħaġa sabiħa li f’mumenti ta’ diffikultà aħna l-Insara nkunu musbieħ jixgħel u jiddi – L-Arċisqof

Quddiesa speċjali ddedikata għall-valur tal-ħajja u d-dinjità ta’ kull persuna

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’dawn l-aħħar ġranet tar-Randan, l-Evanġelju jibda jippreparana għall-kunflitt kbir bejn Ġesù u dawk li kienu jaħsbu li fehmu kollox u li jafu kollox, li ma setgħux jilqgħuh: mastrudaxxa minn Nazaret li jgħid li huwa l-Iben ta’ Alla.

Ġesù jinsisti li għandhom iċ-ċavetta biex ikunu jistgħu jagħrfuh u jifhmuh: il-Liġi, il-profeti, Mosè stess, imma xorta jibqgħu jwebbsu rashom. 

Ejjew nitolbu f’dan il-mument partikulari biex aħna nagħrfu fejn qegħdin inwebbsu rasna u qalbna… Kompli aqra »

Alla jsalvana mhux mill-bogħod imma bħala wieħed minna – L-Arċisqof

Quddiesa speċjali għal dawk li qed jiddedikaw ħajjithom għall-pazjenti milquta mill-coronavirus, b’mod partikolari l-istaff mediku fl-isptarijiet tagħna

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-silta sabiħa ħafna mill-ewwel kapitlu tal-Evanġelju ta’ San Luqa (Lq 1:26-38), tibda bl-anġlu mibgħut minn Alla f’belt tal-Galilija u tikkonkludi propju bl-istess anġlu Gabrijel li jitlaq minn ħdejn din ix-xebba li żar b’risposta li tferraħ lill-ġnus.

Il-proposta ta’ Alla mhix faċli għal din ix-xebba: “Kif ikun dan?” (Lq 1:34). Hi se titqal, se tnissel fil-ġuf mingħajr ma tagħraf raġel… Kompli aqra »

Il-Mulej qed jistedinna biex inbiddlu ħajjitna – ir-risposta f’idejna – L-Arċisqof

Quddiesa speċjali għal dawk milquta mill-pandemija tal-coronavirus, fosthom dawk kollha li jinsabu ġewwa djarhom

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

L-Ewwel Qari (Eżek 47:1-9.12) ikellimna dwar xmara ta’ ilma safi, ta’ ilma li kapaċi jbiddel il-melħ tal-baħar, ilma li kapaċi jagħti l-ħajja kull fejn jgħaddi.

U fl-Evanġelju nsibu mument fejn Ġesù jersaq lejn din in-nixxiegħa, il-menqa, li bil-Lhudi kienu jgħidulha Betzata, u jsib wieħed marid li kien ilu jistenna l-fejqan 38 sena. “Trid tfiq?” (Ġw 5:6). Il-marid ma jweġbux: ‘Iva, Sinjur, jiena rrid infiq’ imma jispjega lil Ġesù għaliex kien ilu daqshekk jistenna: “M’għandix min jitfagħni fil-menqa xħin jitqanqal l-ilma għax waqt li nkun sejjer jien, ħaddieħor jinżel qabli” (Ġw 5:7)… Kompli aqra »