Il-Kelma tal-Arċisqof

Nittrattaw lill-iskjavi ta’ żmienna b’dinjità u nagħmluhom ħielsa – L-Arċisqof

Messaġġ għat-tnedija tal-ktieb 'Ta’ Liesse: Malta’s Waterfront Shrine for Mariners'

  Il-Knisja tal-Madonna ta' Liesse, il-Belt Valletta

Message by Archbishop Charles Jude Scicluna

Let’s start not from the very beginning, from the last two entries, in this very beautiful church – St Sebastian and St Jean-Baptiste de La Salle. It is most appropriate to have the image of Jean-Baptiste de la Salle, a French educational reformer, and the founder of the Institute of the Brothers of the Christian who contributed so much to the formation of men for our Dockyard, included among the saints depicted in this church, founded by the French knights, and therefore an integral part of the French heritage of these islands… Kompli aqra »

Agħmel li l-ħarsa tiegħek tkun il-ħarsa ta’ Ġesù: ħarsa kollha verità, ħniena u mogħdrija – L-Arċisqof lil Patri Josef Pace

Quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali ta' Patri Josef Pace bħala kappillan tal-Parroċċa ta' San Pawl il-Baħar

  Il-Knisja Parrokkjali ta' Marija Addolorata, San Pawl il-Baħar

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

“Inti l-qaddej tiegħi, bik jiena nkun imfaħħar” (Iż 49:3). Għażiż kappillan, Fr Josef, din il-profezija ta’ Iżaija li l-Knisja llum qiegħda tapplikaha għall-Mulej Ġesù, tkun ukoll dawl fil-ministeru ġdid li llum qiegħed tibda. Il-Mulej qiegħed isejjaħlek biex taqdih fil-poplu tiegħu f’din il-parroċċa hawnhekk f’San Pawl il-Baħar, iddedikata taħt it-titlu ta’ Sidtna Marija Addolorata, Reġina tal-Martri.

Inti l-qaddej tal-Mulej u aħna nawgurawlek li permezz tiegħek il-Mulej ikun imfaħħar… Kompli aqra »

Il-ħtieġa li nilqgħu lin-nies bi “ħlewwa liema bħalha” għadha tgħodd sal-lum – L-Arċisqof fil-Laboratorju tal-Paċi

L-Arċisqof jiltaqa' mar-residenti tal-Laboratorju tal-Paċi

  Il-Laboratorju tal-Paċi, Ħal Far

L-Arċisqof Charles J. Scicluna ltaqa’ mar-residenti li jgħixu fil-Laboratorju tal-Paċi, Ħal Far, nhar il-21 ta’ Jannar. L-Arċisqof Scicluna ntlaqa’ minn Patri Dijonisju Mintoff li jmexxi dan iċ-ċentru.

Bħalissa hemm 52 resident raġel fosthom mill-Mali, l-Etjopja, l-Eritrea, il-Kosta tal-Avorju, is-Sudan, il-Kamerun, Bangladesh, il-Pakistan u l-Iran – li qegħdin ifittxu kenn fostna (asylum seekers).

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

First of all I would like to thank you for having me… Kompli aqra »

Il-Mulej ma ġiex biex ikun moqdi imma biex jaqdi – L-Arċisqof

L-ordinazzjoni djakonali ta' Andrew Camilleri

  Ir-residenza ta' St Vincent de Paule, Ħal Luqa

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

“Jekk xi ħadd irid jaqdini, dan għandu jimxi warajja” (Ġw 12:26). Għażiż Andrew, il-Knisja laqgħetek fost il-kandidati għad-djakonat u għall-presbiterat u llum bit-tqegħid ta’ jdejja u t-talba tal-Knisja, il-Mulej se jordnak djaknu. Id-djakonat huwa wieħed mit-tliet espressjonijiet tal-Ordni Sagri u hija sejħa għall-qadi. Kif jgħid il-Konċilju Vatikan II, inti llum se tiġi ordnat għall-ministeru, għall-qadi.

Ġesù jkellmek ċar fl-Evanġelju li għadna kemm smajna mill-kapitlu 12 ta’ San Ġwann… Kompli aqra »

Fuq kull bieb li tħabbat u jiftħulek, qis li tkun il-mibgħut ta’ Kristu Ġesù – L-Arċisqof lil Dun David Cilia

Quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali ta' Dun David Cilia bħala arċipriet tal-Parroċċa ta' San Pawl Nawfragu

  Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl Nawfragu, il-belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

“Pawlu, li Alla ried isejjaħlu, biex ikun appostlu ta’ Kristu Ġesù” (1Kor 1:1).

Għażiż Arċipriet, aħna u niċċelebraw il-bidu uffiċjali tal-ħidma tiegħek f’din il-parroċċa għażiża nixtieqek u nitolbok tiftakar f’dawn il-kliem li permezz tagħhom l-Appostlu Missierna jsellem lill-Korintin, poplu għażiż li swielu mhux ftit inkwiet, tant hu hekk li kiteb darba għal darbtejn.

Alla ried isejjaħlu… Kompli aqra »

Nibqgħu soċjetà li tgħożż l-ħajja u niddefenduha anke fil-ġuf – L-Arċisqof fil-ftuħ tas-Sena Ġużeppina

Quddiesa għall-fratellanzi u l-għaqdiet Ġużeppini f'Malta

  Is-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

L-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom ħafna tal-preżenza sabiħa tagħkom illum f’dan is-santwarju bażilika ddedikat lil Sidtna Marija tal-Karmelu.

Qegħdin nibdew xhur li nixtieqhom ikunu mhux biss taħt il-ħarsien ta’ San Ġużepp imma ispirati minnu. Fuq xiex nixtieq li naħdmu aħna u niskopru mill-ġdid il-kobor tal-missjoni li l-Mulej afda f’idejn San Ġużepp, f’dan il-mastrudaxxa umli u ġwejjed mill-belt ta’ Nazaret? … Kompli aqra »

Aqdi lil dan il-poplu għażiż u jkun hu stess il-faraġ u l-ferħ ta’ qalbek – L-Arċisqof lil Patri Andrew Galea

Quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali ta' Patri Andrew Galea OFM Conv. bħala kappillan tal-Parroċċa tal-Qawra

  Il-Knisja Parrokkjali San Franġisk t'Assissi, il-Qawra

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Qabel isellmu din il-Knisja parrokkjali llum, ħudu ħsieb li tieqfu ftit fuq wara tal-Knisja fejn hemm il-battisteru u li għandu xbieha sabiħa ta’ din il-festa li qegħdin niċċelebraw illum: il-Magħmudija tal-Mulej.

Għażiż Fr Andrew, nixieq nislet ftit riflessjonijiet li tissuġġerili propju din il-festa biex ikunu għalik gwida f’dan il-ministeru pastorali ġdid li l-Knisja qiegħda tafdalek permezz tas-superjur tiegħek, il-Provinċjal u tal-Isqof… Kompli aqra »

Ir-responsabbiltà u l-privileġġ tagħkom hu li tkunu sinjal ta’ tama għal xulxin – L-Arċisqof lill-koppji miżżewġa

Quddiesa għall-koppji li żżewġu fl-2019

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

It-talba tal-Knisja f’din il-festa tfakkarna li f’dan il-mument importanti fil-ħajja ta’ Ġesù fejn hu jiddeċiedi jitlaq lil ommu, ormaj armla, Nazaret, jiġbor miegħu grupp ta’ dixxipli u nafu li mbagħad din l-esperjenza ddum għal tliet snin sakemm joqtluh f’Ġerusalemm u jqum mill-imwiet.

Imma llum qegħdin niċċelebraw propju l-bidu ta’ din l-esperjenza u f’din il-festa t-talba tal-Knisja tfakkarna wkoll li m’aħniex qed niltaqgħu biss ma’ Ġesù, imma l-Ispirtu jidher forma ta’ ħamiema u tinstema’ l-vuċi tal-Missier… Kompli aqra »

Il-Kardinal Prospero Grech: Bniedem tassew għaref li apprezza l-umanità u tbissmilha – L-Arċisqof

Quddiesa praesente cadavere b'suffraġju tal-Kardinal Prospero Grech

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

94 sena ilu, ta’ tarbija tawh l-isem ta’ Stanley, imma aħna l-maġġorparti tagħna, nafuh bl-isem li għażlulu bħala reliġjuż: Prospero. Dan l-isem jiġbor fil-qosor kemm jista’ jkun f’kelma waħda s-simpatija li tattira l-memorja ta’ bniedem kbir, tal-Kardinal Prospero Grech.

Hu kellu l-grazzja mingħand il-Mulej li jirċievi s-sejħa li jimxi wara Ġesù mill-qrib. Ġesù fuqu quddiem il-Missier, jista’ jgħid li hu jsib il-glorja tiegħu permezz tal-qaddej tiegħu Prospero… Kompli aqra »

Naħdmu flimkien f’isem it-Trinità Mqaddsa – L-Arċisqof

L-Epifanija ċelebrata mill-Ortodossi f'Malta

  Ix-Xatt ta' Ta' Xbiex

Nhar il-Ħadd 5 ta’ Jannar 2020, l-Arċisqof Charles J. Scicluna attenda għaċ-ċelebrazzjoni tal-Epifanija, organizzata mill-Parroċċa Griega ta’ San Ġorġ tal-Arċidjoċesi Ortodossa tal-Italja u Malta, fix-Xatt ta’ Ta’ Xbiex. Għaċ-ċelebrazzjoni attendew ukoll il-President ta’ Malta George Vella, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela u l-Ambaxxatur Grieg Dimitrios G. Tsoungas, kif ukoll membri tal-komunità Kristjana Griega u Ortodossa li jgħixu f’Malta.

L-Arkimandrita Nathanael Felesakis mexxa ċ-ċelebrazzjoni liturġika, wara bierek lin-nies u l-ilma, u tefa’ s-salib fl-baħar; waqt li l-President ta’ Malta tajjar ħamiema bajda… Kompli aqra »