Il-Kelma tal-Arċisqof

Live: Il-Quddiesa ta’ Nofsillejl u l-Quddiesa f’Jum il-Milied

Illejla, l-24 ta’ Diċembru, fil-10:45pm jibda l-uffiċċju tal-qari li matulu ssir il-prietka tat-tfal, kif ukoll programm ta’ għanjiet tal-Milied. F’nofsillejl l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fis-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina. Iċ-ċelebrazzjoni tixxandar live fuq TVM.

Għada, il-25 ta’ Diċembru, l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fis-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta… Kompli aqra »

Okkażjoni biex nagħżlu t-tajjeb u nwarrbu l-ħażin – L-Arċisqof waqt l-iskambju tal-awguri

Il-messaġġ tal-Arċisqof lill-pubbliku waqt l-iskambju tal-awgurju tal-Milied u s-Sena l-Ġdida

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lil kull min qiegħed hawn u li sab il-ħin biex nagħtu l-awgurju ta’ Milied hieni u Sena Ġdida mimlija risq lil xulxin. Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-kor li qed janima din il-laqgħa ta’ bejnietna.

Din is-sena ddeċidejt li nqassam il-verżjoni bil-Malti ta’ dokument sabiħ li nieda l-Papa Franġisku fuq it-tifsira u l-valur tal-presepju, Admirabile SignumKompli aqra »

L-għajta leġittima għall-verità u l-ġustizzja – L-Arċisqof lill-ġudikatura

Il-messaġġ tal-Arċisqof lill-Ġudikatura u l-Maġistratura fl-iskambju tal-awguri tal-Milied u s-Sena l-Ġdida

  Il-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt Valletta

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Jiena ġentilment nagħti t-tislijiet personali tagħna lill-Prim Imħallef li aħna nafuh anke bniedem ta’ rispett u ta’ ġentilezza straordinarja. Ovvjament huwa anke ta’ pjaċir u unur għalija li nara l-kollegi antiki tal-kors.

Jiena nixtieq f’isem anke l-poplu nirringrazzjakom tar-rwol importanti li mhux biss għandkom imma li intom ta’ kuljum imsejħin li twasslu r-rwol tas-Saltna tal-Ġustizzja. Hija kelma kbira ħafna, tas-Saltna tad-Dritt iżjed milli tal-Liġi… Kompli aqra »

Nitlob biex is-soċjetà Maltija tibqa’ akkoljenti, mhux biss nilqgħu lil xulxin imma lil kull min qiegħed fostna – L-Arċisqof lill-Kap tal-Oppożizzjoni

Il-messaġġ tal-Arċisqof lill-Kap tal-Oppożizzjoni fl-iskambju tal-awguri tal-Milied u s-Sena l-Ġdida

  Il-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt il-Valletta

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Nixtieq nirreċiproka l-awgurju ta’ dawn iż-żminijiet. Nirringrazzjak ħafna wkoll tal-messaġġ fundamentali meta għedt li l-Milied hemm bżonn niskopruh fil-veru sinjifikat tiegħu. F’dan l-Avvent, fil-qalb tiegħi hemm it-talba u l-kliem sabiħ ta’ San Ġorġ Preca: ‘Sinjur Alla, jien għandi bżonnok’. Naħseb li f’mument diffiċli din it-talba tagħmel ħafna sens għax aħna għandna bżonn niskopru bħala pajjiż, bħala istituzzjonijiet, bħala komunitajiet u bħala individwu, is-sens tat-tajjeb u tal-ħażin – biex nagħżlu it-tajjeb u nevitaw il-ħażin… Kompli aqra »

Il-Parlament hu l-post fejn il-poplu jgħaddi l-istituzzjonijiet u l-governanza mill-aqwa skrutinju – L-Arċisqof lill-Ispeaker

Il-messaġġ tal-Arċisqof lill-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti fl-iskambju tal-awguri tal-Milied u s-Sena l-Ġdida

  Il-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt Valletta

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Nirringrazzjak ħafna Mr Speaker tal-awguri tiegħek, anke ta’ din ix-xhieda tiegħek, ta’ din l-informazzjoni li qsamt magħna l-Isqfijiet. Aħna nwiegħduk ħafna t-talb u s-sapport tagħna. Naħseb li int missejt punt importanti ħafna meta semmejt il-bżonn li fil-Parlament id-dibattitu jsir b’mod rispettuż u ċivili.

Jekk aħna naraw il-kroll taċ-ċiviltà fil-Parlament, allura l-eżempju li jingħata ma jkunx sabiħ. Il-Parlament hu wkoll il-post fejn il-poplu jgħaddi l-istituzzjonijiet u l-governanza mill-aqwa skrutinju… Kompli aqra »

Il-verità, anke jekk mhux komda, naffaċċjawha, imma mbagħad irridu nħarsu ’l quddiem – L-Arċisqof lill-Prim Ministru

Il-messaġġ tal-Arċisqof lill-Prim Ministru u l-Kabinett fl-iskambju tal-awguri tal-Milied u s-Sena l-Ġdida

  Il-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt Valletta

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

L-ewwel nett jien nixtieq nirringrazzjak ħafna tal-awgurju tiegħek, anke tal-kliem profond li għidt. Jien nixtieq nibda mil-lum stess għaliex intlaħaq ftehim ieħor bejn il-Gvern u l-Caritas dwar ir-rijabilitazzjoni ta’ residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li għandhom bżonn rijabilitazzjoni għaliex huma dipendenti mid-droga. Il-kummenti kemm tal-Ministru kif ukoll tal-Kurunell li qed jieħu ħsieb il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin huma ta’ apprezzament, imma l-apprezzament jiġi wkoll min-naħa tal-Knisja li tħossha afdata u tħossha wkoll msejħa biex tkun ta’ kontribut konkret… Kompli aqra »

M’hemmx ħniena vera mingħajr verità – L-Arċisqof

Il-Messaġġ tal-Awguri tal-Milied lill-impjegati tal-Kurja

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Eccellenza Signor Nunzio, għażiż Isqof Joe, nixtieq l-ewwel nett ngħidilkom grazzi tal-preżenza tagħkom illum. Waqt li nagħmlu l-awguri għall-Milied, ix-xewqa tiegħi hija li niskopru ċ-ċirkustanzi konkreti ta’ kull wieħed u waħda minnha u tal-pajjiż, il-veru sinifikat ta’ dak li qegħdin niċċelebraw. L-ewwel suġġeriment li nagħmel huwa li nsibu ħin, ilkoll kemm aħna, naqraw l-Ittra Apostolika tal-Papa Franġisku dwar il-presepju: Admirabile SignumKompli aqra »

“It-trasparenza qed tinżamm fl-ogħla livelli” – L-Arċisqof

In an interview with the Adjunct Secretary for the Congregation for the Doctrine of the Faith, Archbishop Charles J. Scicluna recalls that “there was a full day of discussion on the question of transparency” which “is now being implemented”.

“Transparency is now being implemented at the highest level”. This is how Archbishop Charles Scicluna, the Archbishop of Malta, and Adjunct Secretary of the Congregation for the Doctrine of the Faith interprets the latest Rescript published on Tuesday, 17 December 2019 in an interview with Vatican Radio – Vatican News… Kompli aqra »

L-Avvent ifakkarna li għandna bżonn lil Alla – L-Arċisqof

Quddiesa tal-Avvent għall-impjegati tal-Kurja

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

“Int b’liema setgħa qiegħed tagħmel dan kollu, min tahielek din is-setgħa?” (Mt 21:23). Il-komunità Nisranija li kienet tisma’ dan l-Evanġelju bħalna, taf ir-risposta għal dawn il-mistoqsijiet. Ġesù jirrifjuta li jagħti risposta għaliex jifhem, hu li jara l-qalb, li f’dak il-mument min kien qed jistaqsih dwar l-identità tiegħu, ma kienx lest li jaċċettah.

Dan jista’ jkun ukoll il-periklu li ngħaddu minnu aħna fl-Avvent u fil-Milied fejn dak kollu li jdawwar l-ambjent fejn noqogħdu jew naħdmu, ikun isejħilna għall-Milied imma l-qalb tagħna ma tkunx għadha lesta tilqa’ lil min ġej.          

It-talba tagħna llum trid tkun waħda sempliċi: li nkunu persważi li għandna bżonnu… Kompli aqra »

Il-familja: ambjent ta’ fejqan fejn kulħadd iħossu komdu – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tas-Sagra Familja

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Ġesù jipprova jispjega lil tnejn mid-dixxipli ta’ Ġwanni l-Battista x’kien qiegħed jiġri. Il-mistoqsija tagħhom hija mistoqsija importanti. Ġwanni jixtieq ikun jaf jekk Ġesù huwiex dak li għandu jiġi, jekk Ġesù huwiex il-Messija. “Inti huwa dak li għandu jiġi jew nistennew lil ħaddieħor?” (Mt 11:3). Huwa mument ta’ għażla. Il-mistoqsija hija importanti għaliex jekk Ġesù mhuwiex dak li għandu jiġi, allura Ġwanni qed jgħid “nistennew lil ħaddieħor”… Kompli aqra »