Alla dejjem issostnina fil-pellegrinaġġ ta’ ħajjitna – L-Arċisqof
Quddiesa fl-anniversarju mis-sejħa tal-Madonna lil Karmni Grima
22/06/2024 Is-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu fl-Għarb GħawdexL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
“Il-Mulej għamel miegħi ħwejjeġ kbar.” Hekk għedna fis-salm responsorjali. Hi espressjoni sabiħa li sidtna Marija tgħid hi stess fl-Evanġelju skont San Luqa. U dan is-santwarju għażiż tal-Madonna ta’ Pinu, aħna u niċċelebraw proprju dak li għamel magħha l-Mulej, infakkru t-tlugħ tagħha fis-sema. Ix-xewqa tagħha li ngħidu tliet Ave Marijiet f’ġieħ il-tlett ijiem li għamlet fil-qabar qabel l-assunzjoni tagħha.
Imma rridu nagħrfu li fl-espressjoni tagħha hemm ukoll il-karattru ta’ Marija… Kompli aqra »