Imbierka l-għuda li minnha joħroġ is-sewwa – L-Arċisqof
Quddiesa Solenni ta’ Radd il-Ħajr għall-Ordinazzjoni Episkopali tal-Arċisqof Antoine Camilleri
26/10/2019 Il-Knisja Arċipretali ta’ Stella Maris, Tas-SliemaL-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
“Kull ħin imbierek l-Mulej, tifħiru dejjem fuq fommi. Bil-Mulej tiftaħar ruħi, jisimgħu l-fqajrin u jifirħu” (S 33: 2-3). Għażiż – x’se naqbad ngħidlek? Għax jien dejjem Fr Antoine nafek. X’qed tgħidulu – Arċisqof Antoine? Ma naħsibx. Ippermettili ngħidlek Fr Antoine, it-titlu nafuh. L-ewwel nett nifirħu miegħek. Tridx inċapcpulu? Aħna issa ċapċapnielek u ħa nċapċaphielek jien ukoll.
Aħna ltqajna biex miegħek bi spirtu ta’ fidi – iż-żgħażagħ tal-lum jgħidu: ‘ta’ vera’ – nitolbu dan is-Salm u we mean it… Kompli aqra »