Il-Kelma tal-Arċisqof

Kull wieħed u waħda minna kellu l-privileġġ li jkollu għalliema li saru parti mis-sinsla tiegħu – L-Arċisqof

  • L-Erbgħa 9 ta’ Ottubru l-Arċisqof Charles J. Scicluna indirizza waqt il-ftuħ tal-uffiċini l-ġodda tal-Malta Union of Teachers (MUT), fil-Ħamrun. Waqt l-inawgurazzjoni tkellmu wkoll l-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo u l-President tal-MUT Marco Bonnici.

    Wara l-Arċisqof żar il-wirja tal-arti viżiva li hemm għaddejja bħalissa fl-uffiċċini. Din ittellgħet wara li saret sejħa għal xogħlijiet mill-artisti u se tibqa’ miftuħa sal-aħħar ta’ Ottubru. 

    Il-messaġġ tal-Arċisqof

    Ippermettuli nuża din l-opportunità biex insellem lil-Onor…

  • Kompli aqra »

Kull persuna, sal-aħħar nifs ta’ ħajjitha, għandha valur imprezzabbli – L-Arċisqof

Il-messaġġi tal-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-President George Vella fl-għoti tal-Istitut Adelaide Cini lil Hospice Malta

  • . Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna.
  • Eċċ. President tar-Repubblika, Mrs Vella, għażiża Marija – ippermettili ngħidlek hekk. L-ewwel nett grazzi ħafna tal-kliem entużjażmanti tiegħek u anke tal-kliem ta’ gratitudni tiegħek.

    Dan hu dover tal-Knisja f’Malta. L-ewwel dover hu li l-propjetà li ġiet fdata f’idejha tintuża bl-aħjar mod u l-aħjar mod kif tuża l-propjetà huwa għall-ġid komuni. It-tieni għaliex faċli titkellem dwar is-sostenn u l-promozzjoni tal-ħajja mill-bidu tagħha fit-tnissil sat-tmiem naturali tagħha, imma l-kliem irid jiġi mirfud mill-fatti…

  • Kompli aqra »

Is-setgħa fuq ħaddieħor hi responsabbiltà – L-Arċisqof f’Jum l-Armata

Quddiesa għall-membri tal-Forzi Armati ta' Malta f’Jum l-Armata

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    2 ta’ Ottubru 2019

    L-ewwel żewġ lezzjonijiet jipprovdulna deskrizzjoni pjuttost dettaljata tal-armatura li kienet tintuża meta nkiteb il-Ktieb ta’ Samwel, fil-każ tal-Ewwel Qari, u meta nkitbet l-Ittra ta’ San Pawl lill-Efesin, qed ngħidu qisu 400 sena wara…

  • Kompli aqra »

Il-media tal-Knisja bħala strument ta’ tama, ċiviltà u mħabba – L-Arċisqof

L-Arċisqof jinawgura n-New media Centre minn fejn joperaw 103FM u newsbook.com.mt

  • Il-Ġimgħa 27 ta’ Settembru l-Arċisqof Charles J. Scicluna bierek u inawgura n-New media Centre, fil-Blata l-Bajda, il-bini minn fejn isir ix-xogħol tal-media tal-Knisja, inkluż l-istazzjon tar-radju ‘103’ u newsbook.com.mt.

    L-Arċisqof żar l-istudios fejn seta’ jara x-xogħol ta’ rinovar u l-investiment f’tagħmir ġdid, kif ukoll iltaqa’ mal-impjegati li jaħdmu fir-radju u fil-portal tal-aħbarijiet.

    Il-messaġġ tal-Arċisqof

    “Il-kuntest huwa kompetittiv ħafna u jiena naħseb l-għażla li għamilna hija wkoll għażla ta’ tama, f’kuntest ta’ sfidi, jiġifieri jiena nixtieq li nagħmel kuraġġ lil kulħadd u nagħmlu ħilitna biex il-media tal-Knisja, imma b’mod speċjali l-103 u anke Newsbook ikunu strument ta’ tama u strument taċ-ċiviltà, tal-imħabba u lingwaġġ li jkellem lil kulħadd.”


  • Ritratti: knisja.mt/ritratti

  • Kompli aqra »

L-imħallef irid jagħraf ukoll il-fraġilità tal-bniedem – L-Arċisqof

Quddiesa fil-Ftuħ tas-Sena Forensi 2019-2020

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • L-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    1 ta’ Ottubru, 2019

    Persważ li għandi l-pjaċir u l-unur li nkun quddiem imħallfin, apparti l-Kap tal-Istat u l-Ministru tar-Repubblika, il-Ministru tal-Ġustizzja li mhux bħall-imħallef li jitkellem fuqu Ġesù, ma jimpurtah la minn Alla u lanqas minn ħadd…

  • Kompli aqra »

Importanti nfakkru u nbierku l-inizjattiva tal-lajċi fil-komunitajiet tagħna – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta' San Mikiel Arkanġlu fl-okkażjoni taċ-ċerimonja tal-għoti tal-Istitut Adelaide Cini lil Hospice Malta għat-twaqqif ta' St Michael Hospice.

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Il-Kappella tas-Sagra Familja, fl-Istitut Adelaide Cini, Sta Venera
    29 ta’ Settembru 2019

    Dejjem laqatni l-fatt li Ġesù meta jirrakkonta din il-parabbola, li għandha żewġ protagonisti, wieħed minnhom iħallih bla isem – l-għani – imma lill-fqir jagħtih l-isem tal-ikbar ħabib li kellu – ta’ Lazzru li mbagħad kellu wkoll iqajmu mill-imwiet…

  • Kompli aqra »

Ngħaddu x-xhieda ta’ Ġesù lil uliedna u lil ulied uliedna – L-Arċisqof fil-festa tal-Madonna tal-Mellieħa

Quddiesa, tberik ta’ artal ġdid u preżentazzjoni tat-trabi fil-festa tal-Madonna tal-Mellieħa

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Il-Bitħa tas-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa, il-Mellieħa
    22 ta’ Settembru 2019

    “Deher sinjal kbir fis-sema, mara liebsa x-xemx, bil-qamar taħt riġlejha u b’kuruna ta’ 12-il kewkba fuq rasha” (Apok 12:1). Aħna mdorrijin nivveneraw u nqimu x-xbieha ta’ Marija u llum qegħdin nagħmlu l-festa tal-Madonna tal-Mellieħa, x’aktarx l-iżjed xbieha antika tal-Madonna li għad għandna fil-gżejjer tagħna…

  • Kompli aqra »

Il-Governanza bħala amministrazzjoni u ħarsien tal-Istat u tal-komunità internazzjonali – L-Arċisqof f’Jum l-Indipendenza

Quddiesa pontifikali ċelebrata fil-55 anniversarju mindu Malta kisbet l-Indipendenza

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    21 ta’ Settembru 2019

    Il‑55 anniversarju tal‑Indipendenza ta’ Malta li wasslet għall‑konsegwenza tal‑kisba tas‑sovranità għall‑Gżejjer Maltin tagħtini l‑opportunità li noffri ftit riflessjonijiet dwar il‑governanza bħala l‑arti tal‑amministrazzjoni tal‑Istat fuq livell kemm nazzjonali kif ukoll internazzjonali.

    Din l‑arti tal‑amministrazzjoni tgħin lill‑mexxej, f’dan il‑każ il‑mexxej politiku, biex jgħix is‑sejħa għolja tiegħu li jkun amministratur bir‑riedni tad‑dar f’idejh, f’dan il‑każ qed nirreferi għall‑Istat, fi spirtu ta’ servizz lejn is‑soċjetà u l‑promozzjoni tal‑ġid komuni…

  • Kompli aqra »

Ġesù jifhem li l-midneb hu mitluf u jeħtieġ li jinstab – L-Arċisqof fi Brussell

Quddiesa fil-Parroċċa ta' St Patrick's il-Belġju. Għal din il-Quddiesa kienet mistiedna wkoll il-komunità Maltija fi Brussell.

  • Homily by Archbishop Charles J. Scicluna
  • St Anthony’s Parish Church, Kraainem, Belgium
    15 September 2019

    I would like to offer some brief snippets on this extraordinary reading that Fr Patrick has proclaimed to us. It is chapter 15 from the Gospel of Luke and it is an extraordinary masterpiece of narrative and we have three stories…

  • Kompli aqra »

Ftehim bejn is-Santa Sede u l-Gvern ta’ Malta dwar laptops għall-edukaturi fl-Iskejjel tal-Knisja

Konferenza tal-aħbarijiet fil-Ministeru tal-Affarjiet Barranin, Palazzo Parisio, il-Belt Valletta

  • Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Nixtieq nirringrazzja lill-Gvern ta’ Malta għall-appoġġ li dejjem wera u għadu juri b’ħafna modi konkreti għall-edukazzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ li tant ġenituri Maltin jafdaw fi Skejjel tal-Knisja biex minnhom jirċievu servizz effettiv u ħolistiku.

    Nixtieq nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja lill-ħafna reliġjużi u saċerdoti u staff lajkali għas-servizz ddedikat li qed jagħtu fl-edukazzjoni ta’ dawn iż-żgħażagħ u lill-pajjiżna.  

    ✠ Charles J…

  • Kompli aqra »