Il-Kelma tal-Arċisqof

Bit-tagħlim tal-Evanġelju nitnaddfu minn dnubietna – L-Arċisqof

Quddiesa waqt il-Kapitlu Ġenerali tal-Patrijiet Franġiskani Konventwali

  Il-Knisja Sant’Antnin, Birkirkara

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Jiena u nirrifletti fuq l-Evanġelju li għadna kemm smajna, ftakart f’diversi riti li lkoll kemm aħna għaddejna minnhom. Aħna d-djoċesani – ir-riti tal-ordinazzjonijiet djakonali, presbiterali li ħafna minnkom ukoll għaddejtu minnhom minn idejn is-suċċessuri tal-Appostli, il-predeċessuri tiegħi u uħud, minnkom anke minn idejja, imma b’mod speċjali intom ukoll fil-mument tal-professjoni reliġjuża, meta b’sinjal tad-disponibbiltà, u tas-sottomissjoni aħna npoġġu jdejna f’idejn is-superjur… Kompli aqra »

Il-Vitorja tfisser ukoll li Alla ma jabbandunana qatt – L-Arċisqof fil-festa solenni ta’ Marija Bambina

Quddiesa fil-festa solenni tat-Twelid tal-Verġni Marija

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Il-Kappella tat-Twelid tal-Verġni Marija fil-Forti Sant’Anġlu, il-Birgu
    8 ta’ Settembru 2019

    Huwa ta’ ferħ kbir għalija nsellem lil kull min hawn preżenti, anke lil min qed isegwina f’din il-festa solenni. Jien nixtieq nibda propju minn dan il-post qaddis u antik li l-isqfijiet ta’ Malta kkonsagraw bħala waħda mill-ewwel knejjes wara li l-ġerarkija reġgħet ġiet stabbilita, wara l-perjodu Għarbi, reġa’ kellna isqof ta’ Malta u hawnhekk kien wieħed mill-ewwel postijiet ta’ kult kif tixhed ukoll il-lapida li għandna f’din il-kappella…

  • Kompli aqra »

Festa li tfakkarna fl-għeruq tagħna – L-Arċisqof f’lejlet Marija Bambina

Traslazzjoni tar-Relikwa u Pontifikal Statali fis-Solennità tat-Twelid tal-Verġni Marija

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Arċipretali tat-Twelid tal-Verġni Marija, il-Mellieħa
    7 ta’ Settembru 2019

    Ikollu xi ħadd minkom jistaqsini: ‘imma għaliex qegħdin nagħmlu din il-festa llum? X’inhu l-ħsieb profond li tfakkarna?’ Inħoss li risposta tajba, adegwata tista’ tkun propju l-aħħar frażi ta’ dan l-Evanġelju li qara d-djaknu minn San Mattew: “Ix-xebba tnissel u jkollha iben, u jsemmuh Għimannu-El li bi lsienna jfisser ‘Alla magħna’.” (Mt 1:23)

    Il-poplu Malti dejjem, b’mod speċjali wara l-Assedju l-Kbir tal-1565 imbagħad b’mod speċjali meta bħal-lum fl-1943 il-flotta Taljana kkapitulat propju fil-Port il-Kbir tagħna, minn dejjem għaqqad din il-festa ma’ sinjal ċar li għalkemm il-Mulej fl-istorja, fin-narrattiva li tagħmilna dak li aħna u li tagħmilna poplu, għaddiena minn mumenti ta’ diffikultajiet mhux żgħar, imma Alla kien dejjem Alla magħna, mhux Alla mbiegħed.      

    Dawk il-familji kollha li fix-xelters fi żmien il-gwerra dinjija kienu mbeżżgħin, imregħdin, itturufnati jitolbu r-rużarju, ma kinux marbuta biss ma’ superstitizzjoni imma kienu marbuta ma’ fidi antika b’għeruq profondi li Alla huwa magħna, li ismu mhux biss Għimmanu-El imma Jeshua – Alla jsalva, Alla Salvatur…

  • Kompli aqra »

‘Il-Mulej jara l-umiltà tagħna, jigglorifikana hu’ – L-Arċisqof

Quddiesa ċelebrata fil-Knisja ta' San Pawl tal-Ħġejjeġ

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja ta’ San Pawl tal-Ħġejjeġ, San Pawl il-Baħar
    1 ta’ Settembru 2019

    Ejjew nistaqsu lilna nfusna dalgħodu: il-Mulej xi jrid jgħallimna? Dak li għamel u qal waqt din l-ikla li għaliha kien mistieden. Kien mistieden għand wieħed mill-kapijiet tal-Fariżej biex jiekol għandu…

  • Kompli aqra »

L-importanza li nkunu umli bħall-Madonna – L-Arċisqof fil-festa tal-Bambina

Quddiesa fin-Novena tal-Festa ta’ Marija Bambina fin-Naxxar

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Il-Knisja Arċipretali Marija Bambina, in-Naxxar
    31 ta’ Awwissu 2019

    Tagħlima li jixtieq jagħtina Ġesù llum tmur kontra l-istinti kollha tagħna. Miċ-ċokon aħna nkunu nixtiequ li jkollna l-attenzjoni kollha ta’ kulħadd u l-ħajja li tgħallimna li jeżistu nies oħrajn u li l-platt mhux għalina biss…

  • Kompli aqra »

“It-tama tagħna hi li nintrefgħu minn dnubietna u li bħal Marija ngħaddu mill-mewt għall-ħajja” – L-Arċisqof fil-festa ta’ Santa Marija

Quddiesa fil-Bażilika Minuri tal-Mosta

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Il-Bażilika Minuri ta’ Santa Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta

    15 ta’ Awwissu 2019

    Din is-sena ppermettuli naqsam magħkom ħsieb li f’dawn il-jiem qiegħed iberren f’moħħi u f’qalbi u nixtieq nisselfu biex niċċelebra magħkom b’sinifikat u b’sentiment profond l-Għid tal-Assunta.

    Meta nħares lejn il-gżejjer tagħna, lejn iż-żewġ djoċesijiet għeżież tagħna ta’ Malta u t’Għawdex, nifhem kemm missirijietna kellhom għal qalbhom din il-festa għażiża…

  • Kompli aqra »

“Il-Madonna li tiftħilna tieqa fuq l-eternità” – L-Arċisqof

L-investitura tal-kanonċi l-ġodda tal-Kapitlu Metropolitan lejlet il-festa ta' Santa Marija Mtellgħa s-Sema

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Il-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina
    14 ta’ Awwissu, 2019

    “Fejn hi, ja mewt, in-niggieża tiegħek?” (1 Kor 15:55). Il-mistoqsija li għamel l-Appostlu Missierna San Pawl fl-Ittra lill-Korintin għandha diversi tweġibiet, li jagħtihomlna l-istess Pawlu: “in-niggieża tal-mewt hi d-dnub” (1 Kor 15:56)…

  • Kompli aqra »

L-umiltà profonda ta’ San Gejtanu – L-Arċisqof

Quddiesa tal-Ewwel Tridu fil-Festa ta’ San Gejtanu, fil-Ħamrun

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali, il-Ħamrun
    7 ta’ Awwissu 2019

    “Hieni l-bniedem li jqiegħed fil-Mulej it-tama tiegħu” (Salm 39 (40), 5a). Waħda mill-affarijiet li timpressjonak meta taqra u tirrifletti fuq il-ħajja ta’ San Gejtanu, hija propju l-esperjenza, bxara ta’ bniedem li fost sfidi kbar madwaru u fih innifsu, għaraf li jqiegħed it-tama tiegħu fil-Mulej…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Glorja ma jaħrabx mis-salib u jara l-wiċċ tal-Mulej fil-proxxmu – L-Arċisqof fil-festa tas-Salvatur

Quddiesa fil-festa tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Il-Knisja Parrokkjali, Ħal Lija

    6 ta’ Awwissu 2019

    Dis-sena ir-rakkont tat-trasfigurazzjoni jagħtihulna l-evanġelista San Luqa, ħabib tagħna l-Maltin għaliex jagħtina wkoll ir-rakkont tal-miġja fostna tal-Appostlu Missierna fit-tieni ktieb tiegħu, l-Atti tal-Appostli.

    Il-kappillan, kif  beda jaqra r-rakkont, beda b’dawn il-kliem: “Ġesù ħa miegħu lil Pietru, lil Ġwanni u ‘l Ġakbu, u tala’ fuq il-muntanja biex jitlob” (Lq 9:28)…

  • Kompli aqra »

L-Omm tal-Ħniena – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmelu

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Is-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta

    16 ta’ Lulju 2019

    “U hekk m’intix iżjed ilsir, iżda iben; u jekk iben, werriet ukoll bil-grazzja ta’ Alla” (Gal 4:7). Dan il-kliem mill-Appostlu Missierna San Pawl lill-Galatin irid jagħmlilna ħafna kuraġġ f’din il-festa għażiża tal-Madonna tal-Karmnu.

    Fl-Evanġelju li għadna kemm smajna, qabel imut fuq is-salib Ġesù jafda lil ommu mhux lill-qrabatha imma lil Ġwanni…

  • Kompli aqra »