Il-Kelma tal-Arċisqof

Kull persuna għandha dinjità … niftħu qalbna għal kulħadd – L-Arċisqof

Quddiesa li matulha ġie amministrat is-Sagrament tal-Griżma u l-Ewwel Tqarbina

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • San Miguel Resource Centre, Pembroke

    22 ta’ Mejju 2019

    Meta niċċelebraw is-sagramenti hemm protagonist li ma tantx insemmuh: huwa l-Ispirtu Qaddis tal-Mulej li l-Mulej tana fil-qawmien tiegħu mill-imwiet. Ġesù miet, propjament qtilnih, indifen, u fit-tielet jum qam mill-imwiet. Bil-qawmien tiegħu ngħatalna l-Ispirtu Qaddis tal-Mulej. Aħna nippreżentaw il-ħobż u l-inbid, u l-Ispirtu Aaddis tal-Mulej ibiddilhom fil-ġisem u d-demm ta’ Ġesù…

  • Kompli aqra »

“Alla huwa ħafna ikbar mill-knejjes li nibnu” – L-Arċisqof

Quddiesa f'għeluq il-275 sena mid-dedikazzjoni tal-knisja lil Santa Katarina

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Il-Knisja Parrokkjali, iż-Żejtun

    10 ta’ Mejju 2019

    “Isma’, mela, din is-supplika, li l-qaddej tiegħek u l-poplu tiegħek Iżrael, sewwasew f’dan il-post, qegħdin jagħmlulek. Ismagħna int, mis-sema fejn int toqgħod; ismagħna u aħfrilna.” (1 Slat 8:30). Salamun ingħata don speċjali ta’ għerf mill-Mulej u din is-silta li għadna kemm smajna li hija silta ta’ solennità kbira, hija t-talba tas-sultan fil-jum tad-dedikazzjoni tat-tempju li kien bena hu…

  • Kompli aqra »

“Il-mużika turik li s-sbuħija ssalva d-dinja” – L-Arċisqof

Messaġġ waqt The Archbishop's Charity Concert

  •  

  • Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Il-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina

    19 ta’ Mejju 2019

    L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja ħafna lill-artisti straordinarji Lydia Buttigieg, Alex Abela, Karen Cremona u Fiona Cauchi.

    … parti minn dawn id-donazzjonijiet nużahom biex ngħin lill-armla u t-tfal ta’ dan ħuna li nqatel sempliċiment għax hu iswed…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof ibierek ġebla kommemorattiva taċ-ċentru terapewtiku l-ġdid ta’ Caritas Malta

It-tberik ta' ġebla kommemorattiva taċ-Ċentru Terapewtiku għall-Adolexxenti “Tal Ibwar”

  • Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Iċ-Ċentru Terapewtiku tal-Ibwar, Ta’ Kandja

    17 ta’ Mejju 2019

    L-ewwel nett nirringrazzja lill-persuni distinti kollha. Ippermettuli nagħti anke tislima speċjali lilek Mons. Victor Grech. Aħna llum qegħdin hawn ukoll anke minħabba l-aspirazzjoni profetika u ta’ kuraġġ kbir li kellek. Il-Knisja, li titkellem ħafna, inti tagħtiha wiċċ konkret ta’ kumpassjoni u solidarjetà…

  • Kompli aqra »

Għandna ħajja waħda … ngħixuha tajjeb! – L-Arċisqof lill-istudenti ta’ De La Salle u Stella Maris

Quddiesa f'għeluq it-300 sena mill-mewt ta' San Ġwann Battista de La Salle

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Il-Kulleġġ De La Salle, il-Birgu

    15 ta’ Mejju 2019

    L-ewwel nett nixtieq niringrazzja lil Fr John li qralna l-Kelma ta’ Ġesù, l-Evanġelju, u lil sħabkom talli qrawlna l-Kelma ta’ Alla. Fl-Ewwel Qari li smajna kien hemm sentenza li fakkritni f’dak li qegħdin nagħmlu llum għaliex il-Ktieb ta’ Bin Sirak jgħid hekk: “It-tifkira tiegħu jxandruha l-ġnus u t-tifħir tiegħu ħabbru l-ġemgħa”…

  • Kompli aqra »

Il-parir tal-Arċisqof lill-kappillan il-ġdid ta’ Ħ’Attard

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Il-Knisja Parrokkjali, Ħ’Attard

    5 ta’ Mejju 2019

    Għażiż Fr Joe, għażiż kappillan, illum Ġesù jissokta jgħidlek: “Ejja warajja” (Ġw 21:19). Tajjeb tiftakar fl-ewwel sejħat li l-Mulej għamillek ftit taż-żmien ilu. Ftakar kemm-il darba minħabba l-wegħda tal-ubbidjenza, kellek tgħidlu iva u dejjem b’xi avventura ġdida.

    Illum qed jafdalek komunità kbira, realtà mżewqa li teħtieġ ragħaj fuq tradizzjoni qawwija ta’ ragħajja tajba li din il-lokalità ta’ Ħ’Attard kellha sa minn dejjem…

  • Kompli aqra »

Inwegħedkom il-ferħ tal-Ispirtu s-Santu – L-Arċisqof lid-djakni l-ġodda

L-ordinazzjoni djakonali ta' ħames seminaristi: Osmar Baldacchino, David Borg, Christopher Bugeja, Jonathan Debattista u Tony Pace.

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    12 ta’ Mejju 2019

    Intom ċapċaptu bil-qalb, imma għaliex? Għaliex aħna qegħdin nilqgħu rigal kbir li qed jagħtina l-Mulej: ħamest irġiel, uħud iżgħar mill-oħrajn, li qed jagħtu ħajjithom b’servizz totali lil Alla u li jridu jidħlu fl-avventura li jkunu ragħajja tal-poplu qaddis tal-Mulej…

  • Kompli aqra »

“Kull min imiss miegħek irid ifiq u mhux iweġġa'” – L-Arċisqof lil Dun Charlon Muscat

Quddiesa tal-pussess ta' Dun Charlon Muscat, il-kappillan il-ġdid tal-parroċċa ta' San Ġuzepp Ħaddiem

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara

    27 ta’ April 2019

    “Is-sliem għalikom. Kif il-Missier bagħat lili, hekk jien nibgħat lilkom” (Ġw 19:21). Għażiż kappillan, dawn il-kelmiet illum Ġesù qed jgħidhom personalment u direttament lilek. Kif il-Missier bagħat lilu, hekk ukoll qiegħed jibgħat lilek. Imma dan xi jfisser? …

  • Kompli aqra »

Ressqu l-merħla lejn il-Mulej bil-ħlewwa u l-umiltà – L-Arċisqof lis-saċerdoti l-ġodda

Quddiesa flimkien mal-erba' saċerdoti l-ġodda

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Is-Santwarju tal-Madonna, il-Mellieħa

    29 ta’ April 2019

    Din il-kelma li għadna kemm smajna tkun għalikom programm għal ħajjitkom. Meta jiġu l-mumenti ibsin ftakru dejjem li l-Mulej qiegħed jistendinkom biex tersqu lejh. “Ejjew għandi intom li intom imħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom” (Mt 11:28).

    It-tentazzjoni fil-ministeru hija li meta nkunu għaddejjin minn mumenti diffiċli jew ta’ frustrazzjoni, ta’ għejja, ta’ rabja, ta’ diżappunt jew ta’ tentazzjoni, infittxu s-serħan tagħna fl-evażjoni, tkun xi tkun il-ħaġa…

  • Kompli aqra »

Ngħidu le għall-vjolenza: Nitgħallmu nirreaġixxu għal min irid itellifna l-valuri li ħaddan Publiju – L-Arċisqof f’San Publiju

Quddiesa Pontifikali fil-festa ta' San Publiju

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Il-Knisja Parrokkjali, il-Furjana

    5 ta’ Mejju 2019 “Int issir bħal ġnien imsoqqi, bħal għajn ta’ ilma li ilmijietha qatt ma jonqsu”. Dan il-kliem il-Knisja qiegħda tisselfu llum għal Publiju. F’Publiju tara ġnien imsoqqi, tara għajn ta’ ilma li ilmijietha qatt ma jonqsu. U għaliex dan il-kliem jgħodd għal Publiju? …
  • Kompli aqra »