Il-Kelma tal-Arċisqof

Il-konnessjoni bejn San Ġorġ Preca u San Vinċenz Ferrer

Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa ta' San Vinċenz Ferrer

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Conservatorio Vincenzo Bugeja, Santa Venera
    5 ta’ April, 2019

    Dan l-Evanġelju huwa Evanġelju ħafna għażiż għalina għaliex aħna nisimgħu dan l-Evanġelju ta’ kull sena fil-festa tan-nawfraġju tal-Appostlu Missierna San Pawl.

    Illum ħadt sorpriża għax ma kontx naf li dan huwa l-Evanġelju li l-Knisja tagħżel fil-Festa ta’ San Vinċenz Ferrer għaliex huwa wkoll l-Evanġelju li għażilna għall-festa ta’ San Ġorġ Preca…

  • Kompli aqra »

“Il‑figura tal‑President tar‑Repubblika hija mogħtija lilna u aħna bi pjaċir nilqgħuha bħala sinjal tal‑għaqda ta’ bejnietna” – L-Arċisqof

Quddiesa Għal Art Twelidna fl-inawgurazzjoni tal-President il-ġdid tar-Repubblika ta' Malta, l-E.T. Dr George Vella

  • 
  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    4 ta’ April 2019

    Eċċellenza, President Marie–Louise Coleiro Preca,
    Eċċellenza, President Elett it‑Tabib George Vella u s‑Sinjura Vella,
    Onorevoli Prim Ministru u s‑Sinjura Muscat,
    Onorevoli President tal‑Kamra tad‑Deputati u s‑Sinjura Farrugia,
    Onorevoli Ministri Membri tal‑Kabinett, Onorevoli Membri Parlamentari,
    Onorevoli Prim Imħallef u l‑Membri tal‐Ġudikatura u tal‑Maġistratura,
    Personalitajiet Distinti,
    Ħuti fl‑Episkopat,
    Rev…

  • Kompli aqra »

“Brother Louis: Kewkba għal ħafna nies” – L-Arċisqof

Quddiesa fil-ftuħ tal-proċess djoċesan tal-kawża għall-beatifikazzjoni u għall-kanonizzazzjoni ta' Brother Louis Camilleri F.S.C.

  •  

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    31 ta’ Marzu 2019

    F’din il-parabbola flimkien ma’ tnejn oħra, Ġesù jindirizza lill-kategorija partikolari ta’ nies: il-Fariżej u l-Kittieba. U l-okkażjoni kienet tgergira tipika tagħhom li hija tgergira attwali: “Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom” (Lq 15:2)…

  • Kompli aqra »

“Titbegħidx mill-qrar, ersaq lejn il-qrar” – Il-parir tal-Arċisqof għal dan ir-Randan

Pellegrinaġġ u Quddiesa bl-istatwa ta' Ġesù Redentur fl-Isla

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Il-Knisja Parrokkjali, l-Isla
    29 ta’ Marzu 2019

    Nixtieq l-ewwel nett insellem lil kull wieħed u waħda minnkom li ħadna sehem flimkien fil-pellegrinaġġ wara l-istatwa għażiża tar-Redentur, u anke lil kull min qiegħed jismagħni permezz tal-mikrofoni madwar il-belt tal-Isla, din il-parroċċa tant għażiża…

  • Kompli aqra »

“Fik sibna ragħaj ta’ qalb ħelwa u umli” – L-Arċisqof Scicluna lill-Arċiqsof Emeritu Pawlu Cremona

Il-messaġġ tal-Arċisqof Scicluna f'għeluq il-50 sena mill-ordinazzjoni presbiterali ta' Mons. Pawlu Cremona u Mons. George Frendo

  • Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    24 ta’ Marzu 2019

    Eċċellenza għażiż Arċisqof Pawlu,

    Jiena nixtieq ninterpreta l-qalb ta’ kull wieħed u waħda minna li qegħdin hawnhekk illejla biex ngħid grazzi lill-Mulej tad-don li tana fik. Fis-santa li tajtna bħala tifkira, inti għamilt rassenja, lista, ta’ grazzji li tak il-Mulej: li tkun xbieha ta’ Alla meta ħalqek, li tkun iben il-Missier fil-Magħmudija, li tagħti ħajtek fil-professjoni solenni fl-Ordni Dumnikan, u li 50 sena ilu sejjaħlek biex tkun presbiteru, saċerdot, qaddej…

  • Kompli aqra »

Inkunu pontijiet ta’ umiltà u maħfra bħalma kien Mons. Ġużeppi Mercieca – L-Arċisqof

Quddiesa fit-tielet anniversarju mill-mewt tal-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Konkatidral ta’ San Pawl, l-Imdina

    21 ta’ Marzu 2019

    L-għani, matul ħajtu, ħoloq abbiss, fondoq, bejnu u bejn il-fqir li kien jismu Lazzru. Meta Ġesù għażel li jagħmel u jgħid din il-parabbola, lill-għani ma semmiex ismu imma lill-fqir tah l-isem ta’ ħabib kbir tiegħu, ta’ Lazzru ta’ Betanja, li mbagħad kellu jqajmu lura mill-imwiet…

  • Kompli aqra »

Il-vera tifsira tas-sawm fir-Randan

Quddiesa matul l-irtir tar-Randan għall-impjegati tal-Kurja, il-Caritas u t-Tribunal Ekkleżjastiku

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

    .

     

  • Dar Porziuncola, Baħar iċ-Ċagħaq
    8 ta’ Marzu 2019

    L-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom tal-preżenza tagħkom għal dan in-nofstanhar ta’ riflessjoni. Diġà rringrazzjajt personalment ukoll lil Fr Andrew u wassaltlu r-ringrazzjament u l-gratitudni ta’ kull wieħed u waħda minna għar-riflessjonijiet konkreti u prattiċi li tana u li qasam magħna bi stil simpatiku ħafna…

  • Kompli aqra »

‘Nitgħallmu mill-Madonna naffaċċjaw il-ħajja kif tkun’ – L-Arċisqof

Quddiesa wara l-pellegrinaġġ penitenzjali ta' Ħadd in-Nies

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Is-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar

    10 ta’ Marzu 2019

    Jiena u nimxi magħkom fil-pellegrinaġġ tal-lum, il-pellegrinaġġ ta’ Ħadd in-Nies, ħadt pjaċir ninnota tant familji tagħna u soċjetajiet li żejnu għall-okkażjoni. ‘Donnu t-tieni festa ta’ Ħaż-Żabbar,’ għedt, u bir-raġun għax il-Madonna bl-istatwa tant sabiħa u tant għażiża għalina, iddur dawra ma’ dan ir-raħal għażiż, antik u ta’ patrimonju kbir…

  • Kompli aqra »

‘Taqtgħux qalbkom mid-dgħufija tagħkom … kunu intom!’ – L-Arċisqof lis-seminaristi li rċevew il-Ministeru tal-Lettorat

Quddiesa bl-għoti tal-Ministeru tal-Lettorat

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Is-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù

    4 ta’ Marzu 2019

    “Kemm hi iebsa għall-għonja li jidħlu fis-saltna ta’ Alla” (Mk 10:23). Id-dixxipli ma setgħux jifhmu dan il-kliem ta’ Ġesù u stagħġbu għal din il-kelma għaliex din il-Kelma ta’ Ġesù kienet tpoġġi ta’ taħt fuq dak li d-dinja tgħallem sa minn dejjem: li l-għani jikkmanda, li l-flus jixħtu bniedem fil-baħar u li aħjar ħabib fis-suq milli mitfuħ fis-senduq…

  • Kompli aqra »

Għaliex insumu, nitolbu u nagħmlu karità fir-Randan?

Quddiesa tal-Erbgħa tal-Irmied fil-bidu tar-Randan Imqaddes

  •  

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    6 ta’ Marzu 2019

    Fil-bidu ta’ dan ir-Randan Imqaddes, il-Mulej jitlobna li t-triq li bdejna llum, bħala xhud ikollha lill-Missier. Hekk issejjaħlu Ġesù għal tliet darbiet. Alla li huwa Missierna u li jara dak li hu fil-moħbi; Alla li kapaċi wkoll irodd, jagħti l-premju…

  • Kompli aqra »