Il-Kelma tal-Arċisqof

“X’se ngħaddu lil uliedna? Mużewijiet jew fidi ħajja?” – L-Arċisqof fil-festa ta’ San Pawl

Quddiesa fil-festa ta' San Pawl Nawfragu

  •  

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta

    10 ta’ Frar 2019

    Ir-rakkont mill-Atti tal-Appostli li għadna kemm qrajna u li tant jagħmilna kburin, u bir-raġun, jippreżenta lil Pawlu l-Appostlu Missierna bħala protagonist waqt il-vjaġġ qalb it-tempesta. Jitkellem diversi drabi u jagħti mhux biss kuraġġ imma indikazzjonijiet ċari lill-ekwipaġġ u lill-passiġġiera…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jappella biex noqogħdu lura milli neqirdu dak li hu sabiħ a skapitu tal-flus

Messaġġ waqt it-tnedija tal-ktieb “The Apostolato of the Conventual Church of St John in Valletta” u l-inawgurazzjoni tar-restawr fuq il-pittura ta' San Ġwann minn Mattia Preti

  • Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina

    24 ta’ Jannar 2019


    Xtaqt nagħmel ħsieb qasir fuq dak li qegħdin niċċelebraw illum. Inħoss li din tal-lejla, minkejja l-bard u l-ksieħ, hija ċelebrazzjoni ta’ rieda qawwija li aħna nieħdu ħsieb u nikkuraw il-patrimonju tagħna…

  • Kompli aqra »

“Nitolbu biex il-Mulej ikun għalina u għas-soċjetà tagħna d-dawl, il-glorja u s-salvazzjoni” – L-Arċisqof fil-festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej

Quddiesa fil-festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej

  •  

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    2 ta’ Frar 2019

    Il-liġi ta’ Mosè kienet titlob sinjal qawwi minn kull familja: l-ewwel wild kellu jingħata lill-Mulej. Din il-ħaġa għandha sinifikat profond. Kull familja li tiddedika u tikkonsagra lil Alla l-ewwel wild tagħha, kellha tirrikonoxxi s-sovranità tal-Mulej: li l-Mulej huwa s-sid tal-ħajja, qed tirrikonoxxi li l-ħajja hija don tiegħu u għalhekk huwa mill-iżjed naturali li aħna li nirċievu tant mingħand il-Mulej, nirrikonoxxu d-dejn tagħna miegħu…

  • Kompli aqra »

Inutli nqim statwa tal-injam u mbagħad f’qalbi nobgħod lil xi ħadd jew nuża kliem ta’ disprezz – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa liturġika ta' San Sebastjan u f'għeluq il-75 sena mill-ewwel purċissjoni tal-istatwa titulari f'Ħal Qormi

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi
    20 ta’ Jannar 2019

    It-titlu ta’ glorja ta’ San Bastjan, li aħna qegħdin niċċelebraw is-solennità liturġika tiegħu, huwa li nafuh bħala Sebastianus Cristianus. Dan kien it-titlu tal-kundanna tiegħu. Ir-Rumani kellhom l-użanza li meta jikkundannaw lil xi ħadd, kemm għat-tislib u kif ukoll għall-mewt bil-vleġeġ, kienu jwaħħlu biċċa njama u fuqha jiktbu l-kundanna l-għaliex din il-persuna qatgħuhielha għall-mewt…

  • Kompli aqra »

“M’hemmx ġustizzja jekk m’hemmx rispett lejn il-verità” – L-Arċisqof

Inawgurazzjoni tas-Sena Ġudizzjarja tat-Tribunali Ekkleżjastiċi

  • Message by Archbishop Charles J. Scicluna

  • The Metropolitan Tribunal, Valletta

    23rd January 2019

    I would like first of all to express our gratitude for the work of the tribunals: the judicial vicars of the Regional Tribunal of the Metropolitan Tribunal and the Ecclesiastical Tribunal of Gozo will give us a short run of the great amount of work done by our tribunals which is an important ministry of justice…

  • Kompli aqra »

“Ejjew ninbidlu iżjed f’dixxipli tal-Mulej” – L-Arċisqof fil-festa tal-konverżjoni ta’ San Pawl

Quddiesa fil-Vġili tal-festa tal-Konverżjoni ta' San Pawl

  •  

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina

    26 ta’ Jannar 2019

    “Min jemmen u jitgħammed isalva” (Mk 16:16). Dan il-kliem mill-Evanġelju skont San Mark li għadna kemm qrajna u li nisimgħuh ukoll fl-10 ta’ Frar, jiġbor fih il-festa li bdejna niċċelebraw illejla…

  • Kompli aqra »

L-omelija tal-Arċisqof fil-bidu tal-Viżta Pastorali f’Santa Luċija

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-komunità fil-bidu tal-Viżta Pastorali f'Santa Luċija

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Knisja Parrokkjali, Santa Luċija

    20 ta’ Jannar 2019

    Fl-ewwel qari li smajna llum hemm frażi li tagħti t-togħma lil din il-quddiesa li qegħdin niċċelebraw. Il-profeta jgħid: “Bħalma għarus jitgħarres ma’ għarustu, hekk jitgħarras lilek il-Mulej” (Iż 62:5). Il-profeta qed jispjega kif Alla jħares lejn il-poplu tiegħu…

  • Kompli aqra »

“Ippreparaw għat-tieġ b’mod spiritwali” – L-Arċisqof lill-koppji għarajjes

Quddiesa għall-koppji li ser jiżżewġu fl-2019

  •  

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    19 ta’ Jannar 2019

    L-ewwel sinjal li Ġesù għamel kien waqt tieġ. Jiena nawguralkom li meta jasal il-jum u tasal il-ġurnata li ilkom tħejju ħafna għaliha, ma jkun jonqoskom xejn u ma jkun hemm l-ebda bżonn ta’ miraklu biex jitkattar l-inbid…

  • Kompli aqra »

It-tagħlima li l-martri ta’ dixxendenza Maltija tagħti lill-Insara

Omelija waqt Quddiesa fil-festa tal-Magħmudija ta' Sidna Ġesù Kristu u radd il-ħajr lil Alla tal-beatifikazzjoni ta’ Sor Angele-Marie Littlejohn

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Knisja Parrokkjali, Ħal Għargħur

    13 ta’ Jannar 2019

    L-Evanġelju ta’ San Luqa jippreżenta lil Ġesù jiddeċiedi jidħol fil-kju ta’ dawk li qed jistennew li Ġwanni jgħammidhom. Ġwanni kien ħabbar magħmudija ta’ ndiema.

    Il-kelma ‘magħmudija’ għandha żewġ tifsiriet importanti ħafna…

  • Kompli aqra »

“Nitolbu biex il-ministeru tiegħek ikompli jkun dawl għall-ġnus” – L-Arċisqof lin-Nunzju Appostoliku għal Malta

Omelija waqt Quddiesa f'għeluq l-20 anniversarju tal-episkopat tan-Nunzju Appostoliku Mons. Alessandro D'Errico

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    6 ta’ Jannar 2019 


    Eccellenza, a nome della Chiesa che è in Malta e anche in Gozo vogliamo non solo gioire con Lei ma anche impegnarci in una preghiera costante per il Suo ministero in mezzo a noi…

  • Kompli aqra »