Il-Kelma tal-Arċisqof

Messaġġ mill-Arċisqof fl-Aquinas Lecture, fil-preżenza tal-Kardinal Tagle

  Sala San Ġorġ Preca, il-Blata l-Bajda

Your Eminence, thank you so much for sharing your wisdom and your enthusiasm for the Gospel. Thank you also for tickling our imagination and warming our hearts with this call to be pilgrims and missionaries; but also to find, discover and enjoy, the Galilies in our myths, where the Lord promises an encounter of love, mercy and compassion. 

Welcome to our islands, as you know Malta’s eptimology is rich… Kompli aqra »

Mhux dejjem inħobbu kif suppost – L-Arċisqof

Quddiesa ċċelebrata fl-Iskola Sekondarja San Ġorġ Preca fil-Ħamrun

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Se noffrilkom ħsieb ċkejken billi naqsam magħkom xi ħsibijiet fuq it-talb għażiż li għallimna San Ġorġ Preca. L-ewwel talba li nixtieqkom tiftakru – dan kollu talb sempliċi – hi din: “Sinjur Alla, jiena għandi bżonnok.” Bl-Ingliż: “Dear Lord, I need you.” Hu tajjeb li nitolbuha ħafna din it-talba għax biha San Ġorġ Preca qed jgħallimna nduru lejn Alla u ngħidulu, kif kien iħobb jirrepeti hu: “kollox minnek, kollox għalik, inti tmexxi kollox.” 

San Ġorġ kien iħobb jilmenta, kien igerger kultant, li aħna ngħixu donnu Alla ma jeżistix… Kompli aqra »

Għal San Ġorġ Preca r-rabta tal-imħabba kienet il-bażi tal-għaqda

Quddiesa fil-festa ta' San Ġorġ Preca

  L-Awditorju tal-MUSEUM, Blata l-Bajda

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-sena nixtieq inpoġġi lill-pajjiż tagħna, b’mod speċjali bl-interċessjoni ta’ San Ġorġ Preca, aħna u niċċelebraw ftit tax-xhur oħra, 60 sena mill-Indipendenza, u 50 sena mir-Repubblika. Aħna l-Isqfijiet qegħdin noffru lill-poplu tagħna l-okkażjoni li nirriflettu flimkien fuq il-ħames barkiet, kif sejjaħnilhom, li Dun Karm Psaila fl-1922 introduċa fit-tieni stanza tal-Innu Malti. Il-barkiet tad-dehen, tal-ħniena, tas-saħħa, tal-għaqda u tas-sliem.

San Ġorġ Preca, li twieled fl-1880, kellu 42 sena meta indaqq l-Innu Malti għall-ewwel darba… Kompli aqra »

Il-fidi hi li tagħraf li Alla jħobbok u inti tirrispondi bl-imħabba – L-Arċisqof

Quddiesa bl-inkurunazzjoni tal-istatwa tal-Madonna ta' Fatima

  Is-Santwarju tal-Madonna ta’ Fatima, Gwardamanġa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Minn fuq is-salib Ġesù ra diversi persuni. Tħaddet ukoll ma’ dawk li kienu msallbin miegħu. Imma fost dawn in-nies kollha, kien hemm żewġ persuni, li l-Evanġelju ta’ San Ġwann, li għadna kemm smajna, jinnutalna bħala wieqfa: “Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù ommu” (Ġw 19:25). Il-persuna l-oħra hu d-dixxiplu li Ġesù kien iħobb, wieqaf ħdejha. Dawn iż żewġ persuni weqfin, ħdejn is-salib ta’ bniedem ikkundanat għall-mewt l-iżjed infami, għat-tortura l-iżjed ħarxa, għal kundanna inġusta… Kompli aqra »

Il-parir tal-Arċisqof: Ma nabbandunaw qatt l-imħabba!

Omelija fis-sitt Ħadd tal-Għid

  Il-Knisja tas-Salib Imqaddes tal-Kapuċċini, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fl-Evanġelju tal-lum skont San Ġwann, fis-sitt Ħadd tal-Għid, nisimgħu espressjoni sabiħa: “Ibqgħu fl-imħabba tiegħi” (Ġw15:9). Kemm hi  stedina sabiħa din li għamel Ġesù.

L-ewwel nett jassikura li l-inizjattiva ġejja minnu, u dil-ħaġa hemm bżonn niftakruha. Wara kollox qed niċċelebraw staġun ta’ ferħ, li jitwieled fil-ġimgħa l-Kbira u fl-Għid il-Kbir. “Kif ħabbni Missieri hekk ħabbejtkom jiena” (Ġw15:9).

Ġesù qed jgħidilna ċar u tond li jekk hemm xi kelma fil-Vanġelu li hemm bżonn niftakruha hija din il-kelma: “Kif ħabbni Missieri hekk ħabbejtkom jien” (Ġw15:9) … Kompli aqra »

L-Arċisqof lis-saċerdoti ġodda: Jalla tkomplu l-missjoni ta’ fejqan fil-ministeru tagħkom

Quddiesa bl-ordinazzjoni ta' tliet saċerdoti ġodda

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Alla li jagħti kull grazzja, li sejħilkom għall-glorja tiegħu ta’ dejjem fi Kristu, hu nnifsu jerġa’ jġeddidkom, iwettaqkom, isaħħaħkom u jqegħidkom fis-sod. Tiegħu hi s-setgħa għal dejjem” (1 Piet 5: 10-11).

Intom qegħdin hawn għeżież ħuti djakni, li minn hawn u ftit ieħor bit-tqiegħid ta’ jdejja u bit-talba tal-konsagrazzjoni intom issiru saċerdoti, intom xhieda tal-grazzji li jagħti Alla… Kompli aqra »

Inħallu qalbna miftuħa għal kulħadd bħalma għamel San Publiju – L-Arċisqof

Pontifikal fil-festa ta' San Publiju

  Il-Knisja Arċipretali ta' San Publiju, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fl-antifona sabiħa ta’ San Publiju, li titkanta u tindaqq fil-festa solenni li nagħmlulu, kif jixraq, lil Publiju nagħtuh dan it-titlu sabiħ: O Melitæ digna proles – ‘Wild dehen ta’ Malta’. Ippermettuli din is-sena, naqsam magħkom ħsieb qasir, ispirat minn dan it-titlu li aħna nagħtu lil San Publiju, li wkoll hu taħt l-apside ta’ din il-Knisja.

Il-Kelma ‘Malta’ għandha żewġ etimoloġiji… Kompli aqra »

L-Arċisqof lid-djakni ġodda: Agħtu servizz b’qalb ħelwa

Quddiesa bl-ordinazzjoni ta' erba' djakni

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Qed nippreżentaw lill-Mulej erba’ żgħażagħ li quddiem il-Knisja għadhom kemm ikkonfermaw mhux biss il-prezenża tagħhom imma wkoll id-deċiżjoni tagħhom. Immedjatament wara din l-omelija, fid-djalogu mal-Isqof se jieħdu impenji għal ħajjithom kollha. Imma l-impenn l-iżjed fundamentali u li l-Knisja titlob fuqhom illum hu dak li jibqgħu sħaħ fit-talb. Hekk titlob il-Knisja fuq id-djakni il-ġodda – biex bil-ħeġġa fil-ħidma tagħhom ikollhom servizz b’qalb ħelwa u jżommu ruħhom sħaħ sal-aħħar fit-talb… Kompli aqra »

Quddiem traġedja attwali – L-Arċisqof

  Ċentru Caravaggio, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Onorevoli Ministru, membri tal-Fondazzjoni, membri tal-Kapitlu Metropolitan, distinguished guests, especially members of the diplomatic corps. Thank you very much for your presence among us today.

Illum huwa mument importanti ta’ gratitudni għal tant nies li ħadmu biex wasalna f’dan l-istadju li kull min iżur dan il-maqdes, dan it-tempju, ikollu wkoll spazju fejn jikber fl-għarfien u jirrifletti… Kompli aqra »

Nitolbu biex fil-presidenza tiegħek tippromwovi spirtu ta’ kollaborazzjoni, lealtà u armonija fostna – L-Arċisqof

Quddiesa għal art twelidna fl‑inawgurazzjoni tal‑President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Appostlu Missierna San Pawl ħeġġeġ lill-komunità Nisranija Maltija tal-bidu biex titlob ħerqana għall-mexxejja ċivili “biex ngħixu fil-kwiet u s-sliem; fit-tjieba u kif jixraq” (1 Tim 2:2).

Din tkun it-talba tagħna wkoll illum, aħna u nawguraw lill-President-Elett Myriam Spiteri Debono, fil-jum li ser tibda formalment is-servizz tagħha lill-Istat bħala President ta’ Malta.

Fl-Innu Malti aħna nitolbu l-barkiet tad-dehen, tal-ħniena u tas-saħħa… Kompli aqra »