Il-Kelma tal-Arċisqof

“Il-Knisja qed tħares lejkom b’tama” – L-Arċisqof lis-seminaristi li rċevew il-Ministeru tal-Akkolitat

Ħames seminaristi istitwiti fil-Ministeru tal-Akkolitat

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Is-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù, ir-Rabat

    5 ta’ Novembru 2018

    Għeżież seminaristi,

    Illejla l-Knisja qed issejħilkom biex tilqgħu l-Ministeru tal-Akkolitat. Ħa nibdew b’dawn iż-żewġ kelmiet tqal: Ministeru tal-Akkolitat. Kif tafu, il-kelma ‘ministeru’ ġejja mil-Latin minister u li tfisser ‘qaddej’ u tfakkarkom li jekk fil-ħajja tagħkom ma tilqgħux din il-vokazzjoni ta’ qadi li l-Mulej qed isejħilkom għaliha, tkunu fil-periklu li dak kollu li tmissu ma jagħmilx frott…

  • Kompli aqra »

“Sew jekk ngħixu, sew jekk immutu, aħna tal-Mulej”

Quddiesa fit-tifkira tal-mejtin kollha

  •  

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Knisja taċ-Ċimiterju tal-Addolorata, Raħal Ġdid

    2 ta’ Novembru 2018

    It-tliet snin li Ġesù għamel iterraq fil-Galilija, fil-Lhudija u fis-Sammarija, kien hemm mumenti li wera l-qawwa tiegħu fuq il-mewt. Mill-mewt qajjem lit-tifla ta’ Ġajru li kellha 12-il sena; qajjem mill-mewt liż-żagħżugħ u l-uniku tifel tal-armla ta’ Najm; u qajjem mill-mewt lill-ħabib tiegħu Lazzru…

  • Kompli aqra »

Liema triq twassal għall-qdusija?

Omelija waqt Quddiesa fil-festa tal-Qaddisin Kollha

  •  

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    1 ta’ Novembru 2018

    “Ifirħu u thennew għax ħlaskom kbir fis-smewwiet” (Mt 5:12). Jekk din il-moda ġdida li daħlet lejlet din il-festa qaddisa tixxala fil-makabrità tal-mewt, għax mingħalina sirna iżjed moderni u progressivi, il-Knisja llum tistedinna mhux biex nitwerwru imma biex nifirħu u nithennew għax ħlasna kbir fis-smewwiet…

  • Kompli aqra »

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna għall-Ġurnata Missjunarja

  • Din is-sena, il-Ġurnata Missjunarja qed tiġi ċċelebrata fix-xahar ta’ Ottubru meta l-isqfijiet ta’ madwar id-dinja jinsabu miġburin fil-Vatikan mal-Papa Franġisku jitolbu u jiddixxernu dwar tema importanti ħafna: iż-żgħażagħ, il-vokazzjonijiet u d-dixxerniment.

    Nixtieq li l-messaġġ tiegħi għal din il-ġurnata missjunarja ta’ din is-sena jkun maqgħud ma’ din l-esperjenza ekkleżjali qawwija. Il-Papa stess fil-messaġġ li offra għal din il-ġurnata missjunarja jfakkar li ż-żgħażagħ huma wkoll imsejħa għall-vokazzjoni missjunarja fl-ambjent tagħhom: fl-ambjent tal-istudju, tad-divertiment, tal-arti u tal-kultura…

  • Kompli aqra »

Messaġġ mill-Arċisqof Scicluna fl-ewwel anniversarju mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia


  • Knisja ta’ San Franġisk ta’ Assisi, il-Belt Valletta
    16 ta’ Ottubru 2018

     

  •  

    F’għeluq l‑ewwel anniversarju mill‑assassinju tal‑ġurnalista Daphne Caruana Galizia, iltqajna għal darb’oħra madwar il‑mejda tal‑Ewkaristija li tfakkarna fl‑akbar inġustizzja: il‑qtil ta’ Ġesù, vittma innoċenti; kif ukoll fl‑għotja ta’ mħabba sħiħa tiegħu fuq is‑salib, u fir‑rebħa tiegħu fuq il‑ħażin u fuq il‑mewt…

  • Kompli aqra »

“Inkunu qaddejja tal-ġustizzja u niddefendu lill-poplu mill-arroganza tal-poter u mill-inġustizzja” – It-talba tal-Arċisqof fil-ftuħ tas-Sena Forensi

Omelija waqt Quddiesa fil-ftuħ tas-Sena Forensi 2018

  • 

     

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • L-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    1 ta’ Ottubru 2018

    Meta Aristotile ried jindika l-atteġġjamenti etiċi u fundamentali tal-bniedem, indika erba’ li aħna nsejħulhom ‘virtujiet kardinali’ għaliex fuqhom, bħaċ-ċpiepet, joqgħod propju l-bieb tal-ħajja morali, tal-ħajja tajba…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jistaqsi: Min hu Ġesù għalik?

Quddiesa fil-bidu tas-sena skolastika 2018-2019

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Publiju, il-Furjana
    28 ta’ Settembru 2018

    L-Evanġelju ta’ San Luqa jħobb jirrepeti l-fatt li Ġesù kien jinġabar waħdu jitlob u dan id-dettall mill-ħajja u mir-rutina ta’ Ġesù, San Luqa jfakkru f’mumenti importanti: l-għażla tat-12, it-trasfigurazzjoni u l-agunija fl-ort tal-Ġetsemani…

  • Kompli aqra »

X’għamel San Vinċenz de Paul meta qala’ daqqa ta’ ħarta?

Omelija waqt Quddiesa fil-festa ta' San Vinċenz de Paul

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Residenza tal-Anzjani San Vinċenz de Paul, Ħal Luqa

    27 ta’ Settembru 2018

    L-Evanġelju li għadu kemm qara Patri Ivan jispiċċa b’din il-frażi: “Erodi qal: ‘Lil Ġwanni qtajtlu rasu; mela min hu dan li fuqu qiegħed nisma’ dan kollu?’ U beda jfittex li jarah” (Lq 9:9)…

  • Kompli aqra »

Rispett sħiħ lejn l-għalliema u qatt kompliċi ta’ inġustizzja

Messaġġ lill-istudenti mill-Arċisqof Charles J. Scicluna fl-okkażjoni ta’ sena skolastika ġdida

  • Fil‑bidu ta’ sena skolastika ġdida nixtieq insellem u nawgura lill‑istudenti kollha.

    Insellmilkom fil‑bidu ta’ sena oħra ta’ tagħlim, ta’ attività u ta’ esperjenzi flimkien. Nawguralkom biex fix‑xogħol tagħkom l‑ewwel nett turu għaqal, intelliġenza, paċenzja, imma fl‑istess ħin turu spirtu ta’ solidarjetà bejnietkom.

    Ħudu ħsieb li tikbru fil‑ħbiberija ta’ bejnietkom; ħudu ħsieb li s‑sigħat tal‑lezzjonijiet ikunu mument ta’ formazzjoni fejn tikbru fl‑għaqal, fl‑għerf, imma wkoll fir‑rispett lejn xulxin, anke fir‑rispett lejn l‑għalliema tagħkom…

  • Kompli aqra »