Rispett sħiħ lejn l-għalliema u qatt kompliċi ta’ inġustizzja
Messaġġ lill-istudenti mill-Arċisqof Charles J. Scicluna fl-okkażjoni ta’ sena skolastika ġdida
25/09/2018-
Fil‑bidu ta’ sena skolastika ġdida nixtieq insellem u nawgura lill‑istudenti kollha.
Insellmilkom fil‑bidu ta’ sena oħra ta’ tagħlim, ta’ attività u ta’ esperjenzi flimkien. Nawguralkom biex fix‑xogħol tagħkom l‑ewwel nett turu għaqal, intelliġenza, paċenzja, imma fl‑istess ħin turu spirtu ta’ solidarjetà bejnietkom.
Ħudu ħsieb li tikbru fil‑ħbiberija ta’ bejnietkom; ħudu ħsieb li s‑sigħat tal‑lezzjonijiet ikunu mument ta’ formazzjoni fejn tikbru fl‑għaqal, fl‑għerf, imma wkoll fir‑rispett lejn xulxin, anke fir‑rispett lejn l‑għalliema tagħkom…