Il-Kelma tal-Arċisqof

“Il-bieb tal-qalb ta’ Ġesù huwa bieb speċjali għax ma jissakkarx, dejjem imbexxaq” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa bħala parti mill-Viżta Pastorali f'Ħ'Attard

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali, Ħ’Attard
    29 ta’ April 2018

    Nieħu ħafna pjaċir li għal din il-Quddiesa qed niltaqa’ ma’ diversi tfal u anke żgħażagħ, il-ġenituri tagħhom, u anke xi nanniet.

    Ġesù llum jipprova jispjegalna kemm hi ħaġa sabiħa u importanti li nibqgħu ħaġa waħda miegħu. U għalhekk qegħdin hawnhekk illum…

  • Kompli aqra »

Il-lealtà, il-valuri sodi u l-professjonalità bil-għan li nikkontribwixxu għall-ġid komuni – L-Arċisqof fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħaddiem

Seminar organizzat mill-Union Ħaddiem Magħqudin bit-tema: Lealta', Valuri u Professjonalità.

  • Messaġġ mill-Arċisqof Charles J. Scicluna

    L-Istitut Kattoliku, il-Furjana

    27 ta’ April 2018

  • Nixtieq naqsam magħkom ftit ħsibijiet ispirati minn dawn it-tliet punti tat-tema li ntagħżlet minnkom għal-lum: il-lealtà, il-valuri u l-professjonalità.

    Nibda billi nifirħilkom u nawguralkom fl-okkażjoni tal-1 ta’ Mejju. Hija festa bi tradizzjoni u bi storja partikolari ħafna li nbidlet maż-żmien imma li dejjem ippruvat tispira lill-ħaddiema fl-għaqda ta’ bejniethom, fil-protezzjoni reċiproka u fil-prinċipji tas-solidarjetà…

  • Kompli aqra »

Kun afna, sir af il-poplu tiegħek u tħabrek biex twasslu lejn Ġesù – L-Arċisqof lill-Kappillan il-ġdid tal-Parroċċa San Sebastjan

Quddiesa tal-pussess ta' Dun Ewkarist Zammit bħala l-Kappillan il-ġdid tal-Parroċċa ta' San Sebastjan, Ħal Qormi

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali San Sebastjan, Ħal Qormi
    14 ta’ April 2018

    “Intom ċħadtu l-Qaddis u l-Ġust, tlabtu l-ħelsien ta’ wieħed qattiel u qtiltu lill-Awtur tal-ħajja. Imma Alla qajmu mill-imwiet u ta’ dan aħna xhieda” (Atti 3, 14-15). L-appostlu Pietru jaffaċċja lill-poplu bid-dnub tiegħu. Ma jiddejjaqx jurih it-tradiment tiegħu imma jgħidlu ukoll l-Aħbar it-Tajba tar-risposta ta’ Alla għad-dnub tagħna: il-qawmien ta’ ibnu Ġesù mill-imwiet…

  • Kompli aqra »

“Irridu nevanġelizzaw liż-żgħażagħ billi ngħinuhom jirrealizzaw li huma parti minn familja Kattolika” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa flimkien mal-parteċipanti tal-Konferenza Ewropea ta' Sant'Infanzja (CEME)


  • Homily by Archbishop Charles J. Scicluna
  • St Paul’s Cathedral, Mdina
    23rd April 2018

    It is very appropriate that we celebrate the votive mass of the conversion of the Apostle Paul in this cathedral dedicated to the same solemnity. We have a wonderful painting by Mattia Preti from the 17th century which tries to describe the moment on the way to Damascus which we heard Paul himself describing to the people towards the end of the book of The Acts of the Apostles…

  • Kompli aqra »

“L-erba’ pilastri ta’ kummerċ li jagħmlu ġieħ lill-pajjiż” – L-Arċisqof lill-Kamra tal-Kummerċ

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f'għeluq il-170 anniversarju mit-twaqqif tal-Kamra tal-Kummerċ

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Is-Sala Agostino Portelli, il-Kamra tal-Kummerċ, il-Belt Valletta
    24 ta’ April 2018

    Nixtieq nibda din ir-riflessjoni bil-lezzjoni ispirata mill-Evanġelju li għadu kemm ipproklama Fr Thomas More,  mill-kapitlu 10 tal-Evanġelju skont San Ġwann. Ġesù jintroduċi mod kif aħna nagħrfu min hu, nagħrfu l-identità tiegħu, billi jirrepeti kemm-il darba: “Jiena hu r-Ragħaj it-Tajjeb” (Ġw 10:14)…

  • Kompli aqra »

“Wassal għand il-familji tal-Furjana l-imħabba ta’ Ġesù” – L-Arċisqof lill-Arċipriet il-ġdid tal-Furjana

Quddiesa tal-pussess ta' Dun Charles Cini bħala l-Arċipriet il-ġdid tal-Parroċċa ta' San Publiju, il-Furjana

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali tal-Furjana
    11 ta’ April 2018

    “Ħenjin dawk li ma rawx u emmnu” (Ġw 20:29).  Din hija l-aħħar beatitudni li nisimgħu fl-Evanġelju. Diversi drabi l-Mulej Ġesù jsemmi l-barkiet: hemm il-barkiet tal-beatitudnijiet fuq il-muntanja, it-tmienja li huma; hemm il-barka li jgħid lil Pietru: “Ħieni int għax mhux id-demm u l-laħam għarrfek dan, imma Missieri” (ara Mt 16:17); hemm l-hena ta’ omm Ġesù: “Ħienja int li emmint dak li qallek il-Mulej” (ara Lq 1:45); u hemm din il-beatitudni li hija l-beatitudni tagħna “Ħenjin dawk li ma rawx u emmnu.”

    Aħna ma rajniex lil Ġesù jterraq fid-dinja, ma rajniex il-mirakli tiegħu, ma smajnihx jitkellem…

  • Kompli aqra »

‘Il-komunità Nisranija tħares lejn ir-ragħajja tagħha u titlob biex ikunu ragħajja li jagħtu ħajjithom, ikunu qrib il-merħla u li jobdu lill-Missier’ – L-Arċisqof

L-Arċisqof jibda l-Viżta Pastorali f'Ħ'Attard u jiċċelebra Quddiesa mal-komunità

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Kappella tad-Dar tal-Anzjani ‘Santa Katerina’, Ħ’Attard

    21 ta’ April 2018

    Ippermettuli niba b’nota personali. Issa ilu iżjed minn 25 sena, Madre Marija, tiftakar li kont niġi nqaddes hawnhekk kuljum tas-6:45 ta’ filgħodu bil-mutur mill-Iklin? u Ma’ din il-kappella għażiża għandi ħafna memorji sbieħ, nixtieq inġeddidhom u nirringrazzja ’l Alla li qed nibda ż-żjara pastorali f’Ħ’Attard propju minn hawnhekk, minn din il-kappella li fiha qaddist għal diversi snin…

  • Kompli aqra »

“Agħti ħajtek, fittex li l-kelma tiegħek iġġib l-għaqda fil-verità u fil-karità” – L-Arċisqof lill-erba’ djakni ġodda

L-Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa u jordna erba' djakni ġodda

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Il-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina
    22 ta’ April 2018

    L-Evanġelju li għadna kemm smajna f’dan ir-Raba’ Ħadd tal-Għid, li huwa magħruf bħala l-Ħadd tar-Ragħaj it-Tajjeb, Ġesù juża’ din l-espressjoni sabiħa u profonda diversi drabi.

    Diversi drabi Ġesù jgħid: “Jiena r-ragħaj it-tajjeb” (Ġw 10:11). Il-kelma ‘tajjeb’ fil-Grieg oriġinal tfisser ‘tajjeb’ u tfisser ukoll ‘sabiħ’…

  • Kompli aqra »

“Il-Knisja tħares lejkom u titlob li fikom issib nies ta’ mħabba u missirijiet spiritwali” – L-Arċisqof lis-seminaristi li ser jiġu ordnati djakni

L-Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa tal-Wegħda tal-Għoti taċ-Ċelebat

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Is-Seminarju tal-Arċisqof, tal-Virtù, ir-Rabat
    16 ta’ April 2018

    “X’għandna nagħmlu biex nagħmlu l-opri ta’ Alla?” (Ġw 6:28). Din hija mistoqsija ta’ nies li japprezzaw il-qawwa ta’ Ġesù, li raw f’Ġesù benefattur kbir, u li l-Mulej jixtieq iwassal bħala atteġġjament iżjed profond. “Tassew, tassew ngħidilkom, intom qegħdin tfittxuni mhux għax rajtu sinjali, imma għax kiltu mill-ħobż u xbajtu…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof lis-saċerdoti l-ġodda: “Għandna bżonn l-għajnuna tal-Madonna kontra l-inganni ta’ Satana”

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa
    10 ta’ April 2018

    L-ewwel riflessjoni li nixtieq nislet hija li fis-saċerdozju tagħna niltaqgħu ma’ diversi mumenti, l-aktar billejl, mumenti ta’ dlam, mumenti fejn jew aħna nkunu fid-deżolazzjoni jew huma jkunu fid-deżolazzjoni. Il-lejl huwa sinjal ta’ deżolazzjoni.

    Imma hemm lejl u lejl…

  • Kompli aqra »