Il-Papa fl-Anġelus: Ilqa’ d-don tal-Ħobż tas-sema misjub f’Ġesù
18/08/2024 Pjazza San Pietru, il-VatikanGħeżież ħuti, il-Ħadd it-tajjeb!
L-Evanġelju tal-lum ikellimna dwar Ġesù li bis-sempliċità jafferma: “Jien hu l-ħobż ħaj li niżel mis-sema” (Ġw 6,51). Quddiem il-folla Ġesù jidentifika ruħu mal-ikel l-aktar komuni tal-ħajja ta’ kuljum, il-ħobż: “Jiena hu l-ħobż”. Fost dawk li kienu jisimgħuh, xi wħud bdew jitlewmu bejnietom (ara v. 52): kif jista’ Ġesù jtina nieklu ġismu? Illum aħna wkoll nagħmluha dil-mistoqsija, imma bi stagħġib u bil-gratitudni… Kompli aqra »