Il-Papa Franġisku

Franġisku l-ewwel Papa li se jipparteċipa fis-Summit tal-G7

  Puglia, l-Italja

Illum waranofsinhar il-Papa Franġisku se jkun l-ewwel Papa fl-istorja li se jipparteċipa fis-Summit tal-G7, li qed jinżamm bħalissa fil-belt ta’ Borgo Egnazia, fir-reġjun Taljan tal-Puglia.

Stqarrija tal-Vatikan qalet li l-intervent tiegħu se jsir fis-Sessjoni ddedikata lill-Intelliġenza Artifiċjali (AI), tema li anki l-Knisja qed tħares lejha b’interess u serjetà.

Il-Grupp tal-aktar seba’ pajjiżi influwenti fid-dinja, taħt il-presidenza tal-Italja, qed jiltaqa’ bejn it-13 u l-15 ta’ Ġunju… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: L-Ispirtu s-Santu jagħmel l-Iskrittura ħajja u attiva

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Katekeżi: L-Ispirtu u l-Għarusa. L-Ispirtu s-Santu jmexxi l-poplu ta’ Alla għal-laqgħa ma’ Ġesù t-tama tagħna. 3. “L-Iskrittura kollha hi mnebbħa minn Alla”. Nagħrfu l-imħabba ta’ Alla mill-kliem ta’ Alla

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Inkomplu bil-katekeżi fuq l-Ispirtu s-Santu li jmexxi lill-Knisja lejn Kristu t-tama tagħna. Huwa l-gwida. L-aħħar darba kkontemplajna l-opra tal-Ispirtu fil-ħolqien; illum se narawha fir-rivelazzjoni, li tagħha l-Iskrittura Mqaddsa hi xhieda mnebbħa minn Alla u awtorevoli… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Ġesù kien bniedem ħieles

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum (ara Mk 3:20-35) jgħidilna li wara li beda l-ministeru pubbliku tiegħu, Ġesù sab quddiemu reazzjoni doppja: dik ta’ qrabatu, li kienu mħassbin u beżgħu li forsi seta’ kien qed jiġġennen, u dik tal-awtoritajiet reliġjużi li kienu jakkużawh li dak li kien jagħmel kien iwettqu bis-saħħa ta’ spirtu malinn. Fil-verità Ġesù kien jippriedka u jfejjaq il-morda bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jagħti katekeżi lil 30 familja f’Ruma

Il-Papa Franġisku jagħti l-katekeżi f'Ruma

  Borgata Ottavia, Ruma

For his third appointment of the ‘School of Prayer’ preparing for the 2025 Jubilee, Pope Francis meets an unsuspecting group of about 30 families in a Roman condominium garage from a parish in the city’s western outskirts, and acknowledges that while fighting is normal, to try to make amends.

This time the venue was not a parish hall or theater, but rather a condominium garage with a gravel floor, brick walls, trees and ivy all around, with shutters hiding parked cars and residents peering from balconies… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Fejn hemm l-Ispirtu tal-Mulej hemm il-ħelsien

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Katekeżi. L-Ispirtu u l-Għarusa. L-Ispirtu s-Santu jmexxi l-poplu ta’ Alla għal-laqgħa
ma’ Ġesù t-tama tagħna. 2. “Ir-riħ fejn irid jonfoħ”. Fejn hemm l-Ispirtu ta’ Alla hemm il-ħelsien.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fil-katekeżi tal-lum nixtieq nirrifletti magħkom fuq l-isem li bih l-Ispirtu s-Santu huwa msejjaħ fil-Bibbja.

L-ewwel ħaġa li aħna nafu dwar persuna hija l-isem… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Ħajtu kollha Ġesù għamilha don

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-Ħadd it-tajjeb!

Fl-Italja u f’pajjiżi oħra, illum qed issir iċ-ċelebrazzjoni tas-Solennità ta’ Corpus Domini. L-Evanġelju tal-liturġija jirrakkonta l-Aħħar Ikla (Mk 14,12-26), li fiha l-Mulej jagħmel ġest ta’ għotja: infatti, fil-qsim tal-ħobż u fil-kalċi li joffri lid-dixxipli, hemm Hu nnifsu li qed jingħata għall-umanità kollha u qed joffri lilu nnifsu għall-ħajja tad-dinja.

F’dak il-ġest ta’ Ġesù li jaqsam il-ħobż, hemm aspett importanti li l-Evanġelju jispjegah bil-kliem “newwilhulhom” (v… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: L-Ispirtu s-Santu jmexxi l-poplu ta’ Alla għal-laqgħa ma’ Ġesù t-tama tagħna

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Katekeżi. L-Ispirtu u l-Għarusa. L-Ispirtu s-Santu jmexxi l-poplu ta’ Alla għal-laqgħa
ma’ Ġesù t-tama tagħna. 1. L-Ispirtu ta’ Alla kien jittajjar fuq wiċċ l-ibħra

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum, b’din il-katekeżi qed nibdew ċiklu ta’ riflessjonijiet li għandu bħala tema: “L-Ispirtu u l-Għarusa – l-Għarusa hija l-Knisja – L-Ispirtu s-Santu jmexxi l-poplu ta’ Alla għal-laqgħa ma’ Ġesù t-tama tagħna”… Kompli aqra »

“Hemm post għal kulħadd fil-Knisja” – Il-Papa Franġisku

  Il-Vatikan

Ritratt: Vatican Media

“Il-Papa qatt ma kellu l-intenzjoni li joffendi jew jesprimi lilu nnifsu f’termini omofobiċi, u jitlob apoloġija lil dawk li ħassewhom imweġġgħin mill-użu ta’ terminu, kif irrapportat minn oħrajn.”

Id-Direttur tal-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede, Matteo Bruni, għamel din l-istqarrija nhar it-Tlieta bi tweġiba għall-mistoqsijiet minn ġurnalisti dwar l-użu ta’ terminu dwar l-ammissjoni ta’ persuni omosesswali fis-seminarju.

“Il-Papa Franġisku hu konxju mill-artikli riċenti dwar konverżazzjoni privata li kellu mal-isqfijiet tal-Konferenza Episkopali Taljana… Kompli aqra »

Il-Papa jiċċelebra l-paċi mat-tfal għall-ewwel Jum Dinji tat-Tfal

  Stadio Olimpico, Ruma

Madwar 70,000 tifel u tifla minn diversi pajjiżi tad-dinja ħonqu l-Istadio Olimpico ta’ Ruma s-Sibt waranofsinhar biex jiltaqgħu mal-Papa Franġisku u jirriflettu flimkien miegħu dwar l-importanza tagħhom għall-futur tad-dinja, fl-ewwel Jum Dinji tat-Tfal, fejn it-tema prinċipali kienet il-paċi.

Il-Papa wasal fil-4.40pm bil-popemobile u ġie milqugħ b’applawsi kbar u bl-innu miktub apposta, “A Beautiful World”, kantat mill-Kor tad-Djoċesi ta’ Ruma.

Fit-tfal kollox jitkellem dwar ħajja u l-futur

Imbagħad hu indirizza lill-udjenza żagħżugħa tiegħu b’diskors qasir ta’ introduzzjoni fejn involva lit-tfal bit-tweġibiet tagħhom… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: L-Ispirtu s-Santu jakkumpanjana f’ħajjitna

Il-Quddiesa fil-Jum Dinji tat-Tfal

  Pjazza San Pietru, Il-Vatikan

Għeżież tfal, ninsabu hawn biex nitolbu, nitolbu flimkien, nitolbu lil Alla. Tajjeb? Taqblu ma’ dan? Iva? U nitolbu lil Alla, Alla l-Missier, Alla l-Iben, u Alla l-Ispirtu s-Santu. Kemm “allat” huma? Wieħed fi tliet persuni: il-Missier li ħalaqna lkoll, Alla li tant iħobbna u meta aħna nitolbu lil Alla l-Missier, liema hi t-talba, liema hi t-talba li lkoll nitolbu? [iwieġbu: il-Missierna]

Ejjew lil Alla nitolbuh dejjem il-Missierna, li takkumpanjana fil-ħajja u tgħinna nikbru… Kompli aqra »