Il-Papa fl-Udjenza: il-mewt hi passaġġ li jwassalna għand il-Mulej
10/08/2022 Il-VatikanKatekeżi fuq ix-Xjuħija: 16. “Sejjer inħejjilkom post” (ara Ġw 14:2). Ix-xjuħija, żmien indirizzat lejn il-milja.
Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!
Wasalna issa fl-aħħar katekeżijiet iddedikati lix-xjuħija. Illum nidħlu fl-intimità kommoventi tat-tluq ta’ Ġesù minn mad-dixxipli tiegħu, li l-Vanġelu ta’ Ġwanni jirrakkontalna fil-wisa’. Id-diskors tat-tluq jiftaħ bi kliem ta’ faraġ u ta’ wegħda: “Tħallux qalbkom titħawwad!” (14:1); “Meta mmur u nħejjilkom post, nerġa’ niġi biex neħodkom miegħi biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll” (14:3)… Kompli aqra »
