Il-Qalb ta’ Ġesù turina t-triq fl-era moderna tal-AI, jgħid il-Papa fl-enċiklika ġdida “Dilexit nos”
24/10/2024Ħarġet illum ir-raba’ enċiklika tal-Papa Franġisku, Dilexit nos (“Huwa ħabbna”, Rum 8:37), b’sejħa għal għarfien imġedded tad-devozzjoni lejn il-Qalb ta’ Ġesù fl-era moderna u l-ħafna sfidi tagħha.
F’dan id-dokumet, il-Papa jargumenta li l-ispiritwalità tal-Qalb ta’ Ġesù toffri tweġiba vitali għal dik li hu jsejħilha “soċjetà likwida” ddominata mit-teknoloġija u l-konsumeriżmu.
Il-Papa jikteb: “Hekk kif qed ngħixu f’epoka ta’ superfiċjalità, ngħaġġlu mferfxin minn ħaġa għall-oħra mingħajr ma nafu eżattament għaliex, u nispiċċaw konsumaturi li ma jxebbagħna xejn u lsiera tal-mekkaniżmi ta’ suq li ma jimpurtahx mit-tifsira iktar profonda tal-ħajja tagħna, ilkoll għandna bżonn niskopru mill-ġdid l-importanza tal-qalb”… Kompli aqra »