Il-Papa Franġisku

Il-Papa fl-Anġelus: L-Omm Imbierka tmexxina lejn il-ħajja ta’ dejjem

Solennità tal-Beata Verġni Marija mtellgħa s-sema

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Illum qed niċċelebraw is-Solennità ta’ Tlugħ tal-Verġni Marija fis-Sema, u fl-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum nikkuntemplaw liż-żgħażugħa ta’ Nazaret, li malli rċeviet it-tħabbira mill-Anġlu, telqet fi vjaġġ biex tmur iżżur lil kuġinitha.

Sabiħa din l-espressjoni tal-Evanġelju: “marret tħaffef” (Lq 1,39). Ifisser li Marija ma tqisx li hu xi privileġġ l-aħbar li taha l-Anġlu, imma, għall-kuntrarju, toħroġ mid-dar u titlaq għal vjaġġ, bil-ħeffa ta’ min irid iħabbar dak il-ferħ lill-oħrajn u bil-premura li tkun ta’servizz għall-kuġina… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Il-fidi mhix vera jekk tkun ibbażata fuq il-preġudizzji tagħna

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-Ħadd it-tajjeb.

L-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum (Ġw 6,41-51) ikellimna dwar ir-reazzjoni tal-Lhud meta Ġesù afferma u qal: “Jiena nżilt is-sema” (Ġw 6,38). Jiskandalizzaw ruħhom.

Huma jgemgmu bejniethom: “Dan mhuwiex Ġesù bin Ġużeppi? Lil missieru u ’l ommu ma nafuhomx? Mela kif qiegħed jgħid: ‘Jiena nżilt mis-sema’?” (Ġw 6,42). U għalhekk bdew igemgmu. Niflu sew dak li qed jgħidu. Huma konvinti li Ġesù ma setax kien ġej mis-sema, għax hu bin mastrudaxxa u għaliex ommu u qrabatu huma nies komuni, nies li jafhom kulħadd, normali, bħal ħafna oħrajn… Kompli aqra »

Il-Vatikan iħabbar it-tema tal-Jum Dinji tal-Paċi 2025

“Only from a genuine conversion on all levels – personal, local and international – will true peace be able to flourish,” says the Dicastery for Promoting Integral Human Development in its statement on the theme for the 2025 World Day of Peace.

In Thursday’s statement, the Dicastery adds that peace comes not only from an end to conflicts, “but also in a new reality in which wounds are healed and each person’s dignity is recognized”… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Mingħajr l-Ispirtu s-Santu l-Knisja ma tistax tibqa’ miexja ’l quddiem

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Katekeżi. L-Ispirtu u l-Għarusa. L-Ispirtu s-Santu jmexxi l-poplu ta’ Alla għal-laqgħa ma’ Ġesù t-tama tagħna. 5. “Ħa l-ġisem bis-setgħa tal-Ispirtu s-Santu minn Marija Verġni”. Kif tnissel u tiled lil Ġesù

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Bil-katekeżi tal-lum nidħlu fit-tieni fażi tal-istorja tas-salvazzjoni. Wara li kkontemplajna l-Ispirtu s-Santu fl-opra tal-Ħolqien, issa għal xi ġimgħat se nikkontemplawh fl-opra tal-Fidwa, jiġifieri ta’ Ġesù Kristu… Kompli aqra »

Il-Papa jikteb ittra fuq kif il-letteratura teduka l-qalb u l-moħħ

Ktieb tajjeb jiftaħ il-moħħ, iqanqal il-qalb, u jippreparana għall-ħajja, jikteb il-Papa Franġisku f’ittra lil dawk li qed jitħejjew għas-saċerdozju, waqt li jżid li l-operaturi pastorali u l-Insara kollha japprezzaw “il-qari ta’ rumanzi u poeżiji bħala parti mit-triq tal-maturità personali”.

B’din l-ittra tiegħu fuq ir-rwol tal-letteratura fil-formazzjoni, miktuba fis-17 ta’ Lulju u ppubblikata l-Ħadd, il-Papa Franġisku jixtieq iħeġġeġ għal “imħabba ġdida għall-qari” u fuq kollox “jipproponi bidla radikali fir-rotta” tat-tħejjija tal-kandidati għas-saċerdozju, biex jingħata iktar lok għall-qari ta’ opri letterarji… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Il-gwerra hi biss telfa!

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti l-Ħadd it-tajjeb.

L-Evanġelju tal-lum jgħidilna li wara l-miraklu tal-ħobż u l-ħut, Ġesù jistieden lill-folla li qed tifttxu biex tirrifletti fuq dak li kien ġara biex jifhmu s-sens tiegħu (ara Ġw 6:24-35).

Kienu kielu l-ikel li kien tqassamilhom u setgħu jaraw kif, bi ftit riżorsi, bil-ġenerożità u l-kuraġġ ta’ tfajjel li kien offra lill-oħrajn dak li kellu, kulħadd kien kiel sax-xaba’ (ara Ġw 6:1-13)… Kompli aqra »

Il-Papa jirringrazzja lill-ħaddiema taċ-ċirku talli jġibu tbissima fuq fomm in-nies

  Ostia, l-Italja

Pope Francis took a break from his July “summer vacation” to spend the afternoon of Wednesday 31 July visiting with workers and those who offer pastoral assistance to them at a historic amusement park just about an hour southwest of Rome. Travelling to the Luna Park of Ostia Lido, the Pope gave them his warm wishes and support, saying he wished to personally express his gratitude as they help bring smiles on the faces of people… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Gawdu l-mirakli ta’ kuljum t’Alla

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-Ħadd it-tajjeb.

Illum l-Evanġelju tal-Liturġija jirrakkuntalna l-miraklu tal-ħobż u l-ħut (ara Ġw 6:1-15). Miraklu, jew aħjar “sinjal” li l-protagonisti tiegħu jagħmlu tliet ġesti li Ġesù jtenni waqt l-Aħħar Ikla. Liema huma dawn il-ġesti? L-offerta, ir-radd il-ħajr u l-qsim. L-ewwel: l-offerta. L-Evanġelju jitkellem dwar tifel li għandu ħames ħobżiet u żewġ ħutiet (ara Ġw 6:9). Hu ġest li bih nindunaw li lkoll għandna xi ħaġa tajba x’nagħtu, li ngħidu “l-iva” tagħna anki jekk dak li għandna hu ftit wisq ħdejn il-meħtieġ… Kompli aqra »

Ejja nimmaġinaw futur differenti għall-anzjani tagħna – Il-Papa

  San Giovanni in Laterano, Ruma

Għeżież ħuti!

Alla ma jabbandunax lil uliedu, qatt.  Lanqas fl-età avvanzata u meta l-forzi jiddagħjfu, meta x-xagħar jibjad u l-irwol soċjali ma jibqax dak li jkun, meta l-ħajja ssir anqas produttiva u tidħol f’riskju li tidher inutli.  Hu ma jħarisx lejn is-sura (cfr 1 Sam 16,7) u xejn ma jiddejjaq jagħżel lil dawk li f’għajnejn ħafna jidhru irrilevanti.  Ma jiskarta ebda ġebla, anzi, “dawk l-aktar xjuħ” huma l-bażi żgura li l-ġebel “il-ġdid” jista’ jistrieh fuqhom biex ilkoll flimkien jibnu d-dar spiritwali (cfr 1 Pt 2,5)… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku sejjer jara x-xita ta’ ward f’Santa Maria Maggiore

Ritratt: Vatican News

Il-Papa Franġisku se jattendi għaċ-ċerimonja tat-tfigħ tal-petali tal-ward abjad fil-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore fil-5 ta’ Awwissu.

Kull sena f’dik il-ġurnata l-Knisja Kattolika tiċċelebra lil “Sidtna Marija tas-Silġ”, devozzjoni Marjana marbuta ma’ din il-Bażilika li ilha ġejja mis-snin bikrin tal-Knisja.

Il-Papa se jieħu sehem fl-Għasar li jibda fil-5.30pm u jkun preżenti għat-tifkira tal-“Miraklu tas-Silġ”.

Mirakolużament, fis-seklu 4, fl-eqqel tas-sajf Ruman, fil-5 ta’ Awwissu kienet għamlet xita ta’ borra u silġ fuq l-Għolja Eskwilina, il-post futur tal-bażilika… Kompli aqra »