Impenji tal-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P.

2 – 8 ta’ Novembru

It-Tnejn

8.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tat-tifkira solenni tal-Mejtin Kollha, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġika tal-parroċċa ta’ San Pawl il-Baħar bħala parti miż-żjara pastorali f’din il-lokalita`.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni żgħażagħ u maż-żgħażagħ tal-istess parroċċa.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-laqgħa tal-Konferenza Episkopali fil-Kurja.

4.00 p.m… Kompli aqra »

26 ta’ Ottubru – 1 ta’ Novembru

It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija tal-Parroċċa tal-Mellieħa, bħala parti miż-żjara pastorali tiegħu f’din il-parroċċa.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija tal-istess parroċċa.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokjali, Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu, Kunsill Ekonomiku Parrokkjali tal-Mellieħa.

8.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ maż-żgħażagħ tal-parroċċa tal-Mellieħa fiċ-ċentru parrokkjali.

It-Tlieta

9.30 a.m… Kompli aqra »

19 – 25 ta’ Ottubru

(San Ġorġ)

It-Tnejn

9.00 a.m. L-Arċisqof jilqa’ lill-membri tal-kor ta’ DOMCHOR ta’ Paderborn, mill-Ġermanja.

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi b’mod individwali.

7.00 p.m. L-Arċisqof jattendi kunċert mill-kor ta’ Paderborn, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Konferenza Episkopali.

4.30 p.m… Kompli aqra »

12 – 18 ta’ Ottubru

L-impenji ta’ Monsinjur Arċisqof Pawlu Cremona sas-Sibt 17 ta’ Ottubru ġew ikkanċellati. L-impenji tiegħu għal Ħadd 18 ta’ Ottubru jitħabbru fil-jiem li ġejjin.

Kompli aqra »

5 – 11 ta’ Ottubru

It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippreżenta r-rapport ‘Nirrestawraw il-Festi Flimkien’ lill-Kulleġġ tal-Kappillani.

11.00 a.m. L-Arċisqof jippreżenta l-istess rapport lill-media.

6.30 p.m. L-Arċisqof jattendi għal riċeviment fl-okkażjoni tad-dsatax-il anniversarju mill-għaqda tal-Ġermanja fir-residenza ta’ l-ambaxxatur Ġermaniż, f’ħal Lija.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jattendi għall-konferenza bit-tema ‘Insahhu z-Zwieg u l-Familji’, organizzata mill-moviment ta’ Kana u miċ-Ċentru tal-Istudju fuq il-Familja tal-Universita ta’ Malta, fil-Palazz, il-Belt… Kompli aqra »

28 ta’ Settembru – 4 t’Ottubru

Il-Ħamis

L-Arċisqof jħalli Madrid għal Pariġi għall-Assemblea Ġenerali tal-Presidenti tal-Konferenzi Episkopali Ewropej.

Il-Ħadd

10.00p.m. L-Arċisqof jasal lura Malta minn Pariġi. Kompli aqra »

21 – 27 ta’ Settembru

Impenji tal-Arċisqof Settembru 21 –27 It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni ta’ Jum l-Indipendenza fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.

7.30 p.m. L-Arċisqof jinawgura u jbierek ċentru Pastorali ġdid fl-Imsida.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-għalliema tar-reliġjon, fl-Istitut Kattoliku, Floriana.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tat-800 sena tar-Regola ta’ San Franġisk, fil-Knisja ta’ Santa Marija tal-Anġli, Baħar iċ-ċagħaq… Kompli aqra »

14 – 20 ta’ Settembru

Impenji tal-Arċisqof Settembru 14 – 20 It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

It-Tlieta

7.30 p.m. L-Arċisqof mistieden tal-E.T. il-Kummissarju Għoli Ingliz tal-Ingilterra għal ċena f’ġieħ Rev. Can. Simon Godfrey, il-Kappillan ġdid tal-Pro-Kattidral ta’ San Pawl, Valletta.

L-Erbgħa

10.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ indivdwalment mas-saċerdoti tal-parroċċa tal-Gudja bħala parti miż-żjara pastorali, u wara joqgħod għall-ikel magħhom.

6.00 p.m… Kompli aqra »

7 – 13 ta’ Settembru

Impenji tal-Arċisqof Settembru 7 – 13 It-Tnejn

08.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann u jbierek l-oqbra fiċ-ċimiterju anness, fl-okkażjoni tat-tifkira tal-Assedju l-Kbir.

It-Tlieta

10.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-festa tal-Vitorja fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-Ħamsin anniversarju mill-professjoni ta’ tliet sorijiet tal-Karita’, fil-kunvent tagħhom, Ħal Balzan.

L-Erbgħa

10.00 a.m… Kompli aqra »