Ittri Pastorali

Nibnu djarna fuq il-blat

Ittra Pastorali mill-Isqfijiet fil-festa tat-Twelid tal-Imqaddsa Verġni Marija

  • Messaġġ qasir mill-Isqfijiet

     

  •  

  • L-Ittra Pastorali mill-Isqfijiet

     

  • Għeżież,

    Fl‑okkażjoni tal‑festa nazzjonali tal‑Vitorja, li aħna l‑Maltin niċċelebraw fit‑8 ta’ Settembru, fil‑festa liturġika tat‑Twelid ta’ Marija Bambina nixtiequ naqsmu magħkom ftit riflessjonijiet dwar is‑sitwazzjoni tal‑housing f’pajjiżna. Qegħdin nirreferu għad‑diffikultà li qed isibu wħud mill‑familji tagħna, ħafna miż‑żgħażagħ tagħna, u diversi barranin fostna, biex isibu dar li jistgħu jikru jew jixtru…

  • Kompli aqra »

‘Ngħożżu dak li huwa sabiħ u tajjeb’ – Ittra Pastorali għar-Randan 2018

  • Messaġġ qasir mill-Arċisqof għar-Randan
  • 
  • L-Ittra Pastorali mill-Isqfijiet
  • Ta’ kull sena, fit‑Tieni Ħadd tar‑Randan, il‑Knisja tlaqqagħna mal‑esperjenza ta’ Ġesù u tliet dixxipli magħżula minnu, fuq muntanja għolja. Din insejħulha l‑esperjenza tat‑Trasfigurazzjoni.

    L‑Evanġelju ta’ San Mark jgħidilna li “Ġesù ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil Ġwanni, tellagħhom weħidhom fuq muntanja għolja, u tbiddel quddiemhom…

  • Kompli aqra »

Nerfgħu r-responsabbiltà tagħna

Ittra Pastorali għall-Elezzjoni Ġenerali 2017

  • L‑Elezzjoni Ġenerali hi ġrajja importanti ħafna fil‑ħajja tas‑soċjetà Maltija. Se nagħżlu lil min se nafdaw it‑tmexxija ta’ pajjiżna fis‑snin li ġejjin.

    Din hi responsabbiltà serja fuq spallejna li titlob minna li nippreparaw ruħna sew ħalli nagħmlu deċiżjoni infurmata.

    Hi responsabbiltà li titlob minna li nivvutaw skont il‑kuxjenza, li tfisser li quddiem Alla nagħrfu dak li hu veru u xieraq, u nagħżlu dak li hu tassew għall‑ġid komuni u għal soċjetà ġusta…

  • Kompli aqra »

Ittra Pastorali għar-Randan 2017: Għażliet skont il-qalb tal-Mulej

  • “Qumu. La tibżgħux” (Mt 17, 7). Dan huwa l-kliem li Ġesù jgħid lid-dixxipli tiegħu – lil Pietru, lil Ġakbu u lil ħuh Ġwanni – wara l-esperjenza tiegħu fuq it-Tabor. Huma xhieda tas-sebħ tiegħu, huma xhieda ta’ leħen il-Missier li jgħid fuq Ġesù: “Dan hu Ibni l-għażiż li fih sibt l-għaxqa tiegħi, isimgħu lilu. Id-dixxipli, kif semgħu dan, waqgħu wiċċhom fl-art, mimlijin bil-biża’…

  • Kompli aqra »

Cherishing Life – Pastoral Letter Solemnity of the Assumption of the Blessed Virgin Mary

  •   Upload

     

     

  • F’dawn l-aħħar ġimgħat konna xxukkjati b’diversi atti terroristiċi li ħesrem ħasdu bl-addoċċ il-ħajja ta’ ħafna nies. Fi ftit ġimgħat, fi Franza, fil-Ġermanja u fl-Iraq, saru attakki terroristiċi li qatlu tfal żgħar u l-ġenituri tagħhom, żgħażagħ u għexieren oħra ta’ nies. Kif nafu, ftit ġranet ilu saħansitra nqatel qassis anzjan waqt li kien qed jiċċelebra Quddiesa…
  • Kompli aqra »

Ngħożżu l-Ħajja – Ittra Pastorali fis-Solennità ta’ Sidtna Marija Mtellgħa s-Sema 2016

  • F’dawn l-aħħar ġimgħat konna xxukkjati b’diversi atti terroristiċi li ħesrem ħasdu bl-addoċċ il-ħajja ta’ ħafna nies. Fi ftit ġimgħat, fi Franza, fil-Ġermanja u fl-Iraq, saru attakki terroristiċi li qatlu tfal żgħar u l-ġenituri tagħhom, żgħażagħ u għexieren oħra ta’ nies. Kif nafu, ftit ġranet ilu saħansitra nqatel qassis anzjan waqt li kien qed jiċċelebra Quddiesa. Dawn l-atti krudili kontra l-ħajja jkexkxuna. Iżda kif fakkarna l-Papa Franġisku huwa u sejjer lura l-Vatikan mill-pellegrinaġġ li għamel maż-żgħażagħ fil-Polonja, id-dritt tal-ħajja huwa mhedded ukoll b’modi anqas drammatiċi iżda xorta terribbli, tant li l-Papa jsejħilhom “l-ewwel terroriżmu”…
  • Kompli aqra »

Ittra Pastorali għar-Randan 2016 – Kristu mediċina għall-mard tagħna

  • Min minna ma jafx x’inhu l‑mard? Kulħadd suġġett għall‑mard, imma mhux kulħadd jiffaċċja l‑mard bl‑istess mod: issib min jaċċettah, imma hemm min jitgħawweġ u jitkisser taħt il‑piż kiefer tiegħu; anzi, ħafna drabi, mal‑marid ibatu tal‑familja u ta’ madwaru. Barra l‑mard fiżiku hemm mard ieħor li kapaċi jherrina. Hemm mard li jmermer ir‑relazzjonijiet ta’ bejnietna, speċjalment dawk familjari, fil‑komunità ekkleżjali u fid‑diversi oqsma tas‑soċjetà. Hemm mard morali: għalkemm nafu x’inhu t‑tajjeb u x’inhu l‑ħażin, ħafna drabi nsibu ruħna qegħdin nagħmlu dak li ma nixtiqux li nagħmlu…
  • Kompli aqra »

Ittra Pastorali fil-Bidu tal-Ġublew tal-Ħniena – Inħennu Bħall-Missier

  • “Inħennu bħall-Missier”. Dan hu l-messaġġ importanti li jrid iwasslilna l-Ġublew għas-Sena tal-Ħniena li nieda l-Papa Franġisku. Hu Ġesù nnifsu li jagħmlilna din is-sejħa: “ħennu bħal ma hu ħanin Missierkom” (Lq 6:36). Il-ħniena: espressjoni tal-imħabba ta’ Alla L-Aħbar it-Tajba tista’ tinġabar fi kliem Ġesù: “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni biex kull min jemmen fih ma jintilifx imma jkollu l-ħajja ta’ dejjem (Ġw 3:16)…
  • Kompli aqra »

Messaġġ Pastorali għar-Randan 2015

  • Sawm: Stennija – Antiċipazzjoni – Wens – Maħfra
  • Għeżież ħuti Nsara, 

    Fil-bidu ta’ dan ir-Randan Imqaddes tas-sena 2015, u bi preparazzjoni għall-mixja li ser nagħmlu f’dan iż-żmien, xtaqt inwassal messaġġ qasir lil kull wieħed u waħda minnkom.

    Darba minnhom, il-Fariżej u l-kittieba staqsew lil Ġesù għaliex id-dixxipli tiegħu ma kinux qed isumu…

  • Kompli aqra »

Messaġġ Pastorali għall-Avvent 2014 – Ejjew nilqgħu d-dawl ta’ Ġesù

  • Insellem lill-poplu ta’ Alla fid-Djoċesi għażiża ta’ Malta, fil-bidu ta’ dan l-Avvent tal-2014. Huwa ta’ privileġġ għalija li bħala Amministratur Appostoliku ta’ Malta sakemm jinħatar Arċisqof ġdid, nindirizzakom fil-bidu ta’ dan iż-żmien importanti li jippreparana għall-festa kbira tal-Milied, it-twelid tal-Bambin Ġesù. Nixtieq naqsam magħkom ftit ħsibijiet li ġejjin minn qalbi, f’dan il-mument partikolari li għaddejjin minnu.

    L-ewwelnett, nixtieq mill-ġdid ningħaqad ma’ eluf minnkom li esprimejtu l-gratitudni tagħkom f’dawn l-aħħar jiem, għad-don kbir li Alla tana fil-persuna tal-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P…

  • Kompli aqra »