Messaġġ Pastorali: Il-Quddiesa ta’ nhar ta’ Ħadd
Messaġġ pastorali mill-Isqfijiet ta' Malta u Għawdex
09/06/2023Għeżież,
Qegħdin niċċelebraw il-jum qaddis u solenni li fih aħna l-Insara nirringrazzjaw lil Alla għad-don sabiħ tal-Ewkaristija: tal-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesù li jingħata lilna għas-salvazzjoni tagħna. F’dan il-jum għażiż xtaqna naqsmu magħkom katekeżi sabiħa, prattika u profonda li tana l-Qdusija Tiegħu, il-Papa Franġisku, fit-13 ta’ Diċembru 2017. Il-Papa jirrispondi għall-mistoqsija importanti “Għaliex immorru l-Quddiesa l-Ħadd?”, u jgħid hekk:
“Iċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija tal-Ħadd hi fil-qalba tal-ħajja tal-Knisja (ara Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, n… Kompli aqra »