Ittri Pastorali

Messaġġ Pastorali għar-Randan 2015

  • Sawm: Stennija – Antiċipazzjoni – Wens – Maħfra
  • Għeżież ħuti Nsara, 

    Fil-bidu ta’ dan ir-Randan Imqaddes tas-sena 2015, u bi preparazzjoni għall-mixja li ser nagħmlu f’dan iż-żmien, xtaqt inwassal messaġġ qasir lil kull wieħed u waħda minnkom.

    Darba minnhom, il-Fariżej u l-kittieba staqsew lil Ġesù għaliex id-dixxipli tiegħu ma kinux qed isumu…

  • Kompli aqra »

Messaġġ Pastorali għall-Avvent 2014 – Ejjew nilqgħu d-dawl ta’ Ġesù

  • Insellem lill-poplu ta’ Alla fid-Djoċesi għażiża ta’ Malta, fil-bidu ta’ dan l-Avvent tal-2014. Huwa ta’ privileġġ għalija li bħala Amministratur Appostoliku ta’ Malta sakemm jinħatar Arċisqof ġdid, nindirizzakom fil-bidu ta’ dan iż-żmien importanti li jippreparana għall-festa kbira tal-Milied, it-twelid tal-Bambin Ġesù. Nixtieq naqsam magħkom ftit ħsibijiet li ġejjin minn qalbi, f’dan il-mument partikolari li għaddejjin minnu.

    L-ewwelnett, nixtieq mill-ġdid ningħaqad ma’ eluf minnkom li esprimejtu l-gratitudni tagħkom f’dawn l-aħħar jiem, għad-don kbir li Alla tana fil-persuna tal-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P…

  • Kompli aqra »

Ittra Pastorali għar-Randan

  • Ittra Pastorali għar-Randan

  • Sehemna Fil-Bini Tas-Soċjetà

  • Għeżież ħutna,

    ​Fil-mixja tagħna bħala poplu, għamilna passi u kisbiet kbar biex il-ġens tagħna jintiseġ bħala nazzjon u jkollu dinjità…

  • Kompli aqra »

Ittra Pastorali – Avvent 2013

  • Ittra Pastorali għall-Avvent 2013

  • Il-Milied Festa tal-Għerusija tal-Mulej mal-Poplu Tiegħu

  • Biex tara il-verżjoni għat-tfal, agħfas hawn

    Iż-żmien liturġiku tal-Avvent u l-Milied ifakkarna fl-istennija u  l-miġja tal-Mulej fostna…

  • Kompli aqra »

Ittra Pastorali għar-Randan 2013

[lang_en]

A Time of Prayer and Charity

Dear brothers and sisters,

The period of Lent has just commenced in the Liturgy of the Catholic Church.  The Catholic Church does not only follow the  civil calendar. Human time is sanctified when the Church lives the experience of the life of Jesus throughout the Liturgical year.  The Liturgical year, in its entirety, follows the Solemn Feast of Easter, that is, the authentic account of the suffering, death and resurrection of Jesus from the dead… Kompli aqra »

Ittra Pastorali dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali 2013

Rispett lejn il-Verità u lejn xulxin

Għeżież ħutna,

L-Elezzjonijiet Ġenerali huma mument ta’ importanza kbira fil-ħajja ta’ kull soċjetà demokratika. Kull ċittadin għandu jħossu fid-dmir li jipparteċipa b’mod ħieles u responsabbli; il-kandidati billi jagħżlu li jkunu ta’ servizz għal kulħadd u l-elettorat billi jesprimi l-vot tiegħu.

Il-Knisja tirrispetta l-awtonomija tal-Istat u timpenja ruħha li ddawwal il-kuxjenza libera taċ-ċittadini f’isem il-ġid komuni u f’isem il-ħarsien tad-dinjità ta’ kull persuna, hi min hi… Kompli aqra »

Ittra Pastorali tal-Avvent 2012

Verżjoni bil-Malti


Għeżież ħutna,

Waħda mill-kwalitajiet sbieħ li għandu l-bniedem hija l-kapaċità li jisma’.  M’humiex ftit dawk fostna li jixxenqu biex jisimgħu kelma bis-sens li jistgħu joqogħdu fuqha.  Fl-istess ħin, illum il-bniedem hu ttentat jagħlaq widnejh għax għejja jisma’ kliem li għandu ħoss ħelu imma vojt.  Il-kliem sar wisq irħis, tant li sar faċli nilagħbu bih.   … Kompli aqra »

Ittra Pastorali għat-Tfal – Avvent 2012

Għeżież tfal,

Waħda mill-karatteristiċi li għandu l-bniedem u li għandna aħna hija l-kapaċità li nisimgħu.  Ħafna drabi ħafna nies ikollhom ix-xewqa li jisimgħu kelma li tagħmel sens u tgħinhom f’ħajjithom allavolja hemm xi wħud li qishom jagħlqu widnejhom biex jisimgħu l-kelma sabiħa ta’ Kristu.

Għalhekk sar importanti iktar minn qatt qabel li aħna naqsmu mal-oħrajn il-kliem ta’ Ġesù.  Din hija l-missjoni tagħna bħala tfal insara… Kompli aqra »

Ittra Pastorali fl-okkażjoni tas-Sena tal-Fidi

Il-Papa Benedittu XVI din is-sena nieda Sena ta’ Fidi bid-dokument li jġib l-isem: “Il-Bieb tal-Fidi”. F’din is-sena huwa qiegħed iħeġġeġ lill-Insara kollha biex jikbru fil-fidi tagħhom. Is-Sena tal-Fidi tibda fil-11 ta’ Ottubru 2012 u tintemm fl-24 ta’ Novembru 2013, Festa ta’ Kristu Sultan. Il-Papa beda b’dan il-kliem: “Il-bieb tal-fidi (Att 14,27) huwa dejjem miftuħ għalina, iwassalna għal għaqda ma’ Alla u joffri d-dħul fil-Knisja”… Kompli aqra »

Ittra Pastorali – Niċċelebraw il-Ħajja Umana

L-Għożża tal-Ħajja

Hija ħaġa tassew pożittiva li fil-pajjiż hawn dibattitu dwar kif numru ta’ koppji jistgħu jindirizzaw id-diffikultà tal-infertilità. Din hija xhieda ta’ kemm ngħożżu l-ħajja umana. Dan napprezzawh aktar meta naraw li qed ngħixu fi żmien fejn kemm fl-Ewropa kif ukoll f’Malta, parti sewwa tas-soċjeta’ hija xħiħa mal-ħajja fis-sens li r-rata tat-twelid hija baxxa… Kompli aqra »