IL-KURAĠĠ LI NIĠĠEDDU – AVVENT 2011
26/11/2011Ħutna,
Din l-ittra qed tasal għandkom fl-ewwel Ħadd tal-Avvent, iż-żmien li jwassalna għall-Milied. Il-Milied, fl-aspett uman, huwa r-rakkont ta’ kif żewġ ħajjiet – ta’ Marija u ta’ Ġużeppi – inbiddlu biex jidħol Ġesu` f’ħajjithom. It-tnejn ġew imnebbħin minn Alla. It-tweġiba ta’ Marija kienet “jiena l-qaddejja tal-Mulej, ħa jsir minni skont kelmtek”. It-tweġiba ta’ Ġużeppi kienet li jieħu lil Marija bħala martu… Kompli aqra »