L-Aħbarijiet

Taħdita għal-Lajċi dwar it-Tama u r-Rikonċiljazzjoni

Nhar it-Tlieta 21 ta’ Mejju se ssir taħdita bl-Ingliż għal-lajċi dwar ir-Rikonċiljazzjoni u t-Tama. It-taħdita se ssir minn Prof. Johan de Tavernier fis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù, ir-Rabat fis-7pm. Min jixtieq jattendi jista’ japplika fuq https://parrocci.knisja.mt/lajci/.

Dwar Prof. Johan de Tavernier

Prof. Johan de Tavernier hu mill-Belġju u twieled fl-1957. Hu professur emeritu tat-Teoloġija Etika u Direttur ta’ Ethics@Arenberg fl-Università ta’ Louvain fil-Belġju… Kompli aqra »

Il-Papa: L-anzjani huma l-‘bażi soda’ tal-futur

In his Message for the Fourth World Day for Grandparents and the Elderly, which will take place on 28 July 2024, Pope Francis recognizes the situation of many elderly people today, and assures them: “God never abandons His children, never.”

“Do not cast me off in my old age” (cf. Ps 71:9): This sincere plea, taken from Psalm 71, is the theme of the Fourth World Day for Grandparents and the Elderly, which will take place on 28 July 2024… Kompli aqra »

L-Isqfijiet Maltin jifirħu lill-Isqof Angelo Falzon

L‑Arċisqof Charles J. Scicluna, l‑Isqof Anton Teuma u l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi jifirħu lil Patri Angelo Falzon li ġie maħtur mill‑Papa Franġisku bħala Isqof fid‑Djoċesi ta’ Comayagua fil‑Honduras nhar l-14 ta’ Mejju 2024.

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta u d‑Djoċesi ta’ Għawdex jingħaqdu fit‑talb għall‑Isqof Falzon biex il‑Mulej jagħtih l‑għajnuna f’din il‑missjoni ġdida afdata lilu.

Patri Angelo twieled in-Naxxar fil-15 taʼ Ottubru 1957 u daħal Franġiskan fit-2 taʼ Ottubru 1977 fil-Provinċja taʼ San Pawl Appostlu tal-Patrijiet Minuri… Kompli aqra »

Kunċert mill-Kor Jubilate Deo f’għeluq il-50 sena tiegħu

Il‑Kor Jubilate Deo

Il‑Kor Jubilate Deo, li huwa l‑kor tal‑Katidral tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, se jagħti kunċert f’għeluq il-50 anniversarju mit-twaqqif tiegħu, nhar l-Erbgħa li ġej 15 ta’ Mejju fil-Knisja tal-Erwieħ f’Ħal Tarxien.

Il-kunċert bl-isem ta’ ‘Faħħruh’ se jkun talb bil-mużika ta’ Taizé u kant Gregorjan. Id-direzzjoni mużikali se tkun f’idejn il-Maestro di Cappella Christopher Muscat, id-direttur tal-kor u d-Direttur Mużikali tal-Arċidjoċesi.

Flimkien mal-kor se jieħdu sehem il-Cappella Gregoriana Jubilate Deo, il-Pueri Cantores Jubilate Deo, kif ukoll il-Kor tal-Arċidjoċesi ta’ Malta li huwa kor magħmul minn koristi mill-parroċċi kollha… Kompli aqra »

Jitnieda l-ktieb ‘Gilbert Simiana: Fuq il-Passi ta’ Ġesù’

Waqt laqgħa Ġenerali tal-MUSEUM, tnieda l-ktieb Gilbert Simiana: Fuq il-Passi ta’ Ġesù, bijografija rriċerkata u miktuba minn Stephen Zammit, membru tas-Soċjetà.

Gilbert miet xahrejn qabel għalaq 16-il sena, u ħafna huma dawk li jixhdu għall-qdusija tiegħu, speċjalment fil-mard.

Għal din l-okkażjoni kienu mistiedna wkoll l-aspiranti u l-magħżulin tal-oqsma Maltin. Kienu preżenti wkoll il-mamà ta’ Gilbert, ħutu Loraine u Keith, flimkien ma’ qraba u ħbieb oħra… Kompli aqra »

L-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex fl-ewwel żjara ‘ad limina’ tagħhom fil-Vatikan

Mix-xellug: L-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma, l-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

L‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex illum ħallew Malta għal żjara ad limina Apostolorum fil‑Vatikan sabiex jagħtu rendikont dwar l‑istat taż‑żewġ djoċesijiet. Matul din iż‑żjara ta’ ħamest ijiem, l‑isqfijiet se jkollhom udjenza mal‑Papa Franġisku li se ssir nhar il‑Ġimgħa filgħodu.

Bi preparazzjoni għal din iż‑żjara, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta u d‑Djoċesi ta’ Għawdex ħejjew żewġ rapporti dwar il‑ħidma fid‑djoċesijiet li se jiġu ppreżentati lill‑Papa u lid‑diversi dekasteri tal‑Kurja Rumana… Kompli aqra »

Alla jassiguralna destin ta’ ferħ, paċi u qdusija – L-Arċisqof

Quddiesa għall-Kattoliċi kollha li jgħixu f'Malta

  IL-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

There is a phrase in the gospel that the deacon has just proclaimed that we celebrate today on the feast of the ascension. ‘Ascension’ comes from the Latin word ‘ascendere‘ which means ‘to be lifted/exalted/taken up’. The phrase used by the evangelist Mark is “After the Lord Jesus had spoken to them, he was taken up into heaven and he sat at the right hand of God” (Mk 16:19-20). This is what we say also in the Creed… Kompli aqra »

L-IA qed tqajjem lill-umanità minn raqda kkaġunata mill-illużjoni tal-omnipotenza – Il-Papa Franġisku

Dear brothers and sisters!

The development of systems of artificial intelligence, to which I devoted my recent Message for the World Day of Peace, is radically affecting the world of information and communication, and through it, certain foundations of life in society. These changes affect everyone, not merely professionals in those fields. The rapid spread of astonishing innovations, whose workings and potential are beyond the ability of most of us to understand and appreciate, has proven both exciting and disorienting… Kompli aqra »

60 sena ta’ servizz b’risq is-saċerdoti anzjani

Il-Qaddejja taċ-Ċenaklu jitkellmu dwar il-vokazzjoni tagħhom f'dokumentarju ta' Newsbook

F’għeluq is-60 anniversarju mill-ftuħ tad-Dar tal-Kleru u t-twaqqif tal-Qaddejja taċ-Ċenaklu, Newsbook Malta ħejja dokumentarju qasir li jħares lejn il-ħajja tas-saċerdoti f’din id-Dar u s-sabiħ ta’ dawn il-vokazzjonijiet li jaqdu l-bżonnijiet materjali u spiritwali tal-qassisin.

Tista’ ssegwi dan id-dokumentarju speċjali hawnhekk:

Id-dokumentarju jlaqqgħana ma’ Sr. Lorna, l-aħħar tfajla li daħlet għal din il-missjoni, ma’ Sr Nikolina li hi responsabbli mill-mediċina, ma’ Sr. Glorianne li sibniha fil-kċina tipprepara l-ingredjenti għall-ħelu u ma’ Sr Fortunata li tiftakar sew lil fundatur Monsinjur Salvu Grima… Kompli aqra »