L-Aħbarijiet

“Iż-żerriegħa tal-mibegħda tinżera’ meta ma jkunx hemm paċi fil-qalb” – l-Isqof Galea-Curmi

L-Isqof Joseph Galea-Curmi qal li fejn ikun hemm nuqqas ta’ rispett lejn xulxin fis-soċjetajiet tagħna huwa minħabba li “ma jkunx hemm paċi fil-qalb,” li jwassal biex “niżirgħu żerriegħa ta’ mibegħda.”

Waqt intervista fuq Għal Kulħadd fuq RTK103, ġie mistoqsi dwar l-attakk riċenti fuq il-pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom fil-Ħamrun, u l-Isqof ikkummenta li għalkemm nitkellmu dwar il-ġlied u l-gwerer f’pajjiżi differenti, il-ħarsa ewlenija għandha tkun fuq dak li jsir fil-gżejjer Maltin stess… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Ġesù jħarisna kontra l-qerq tax-xitan

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Dritt wara l-magħmudija tiegħu fil-Ġordan, “l-Ispirtu ħa lil Ġesù fid-deżert biex ix-Xitan iġarrbu” (Mt 4:1) – hekk jgħid il-Vanġelu ta’ Mattew. L-inizjattiva mhijiex tax-Xitan, imma ta’ Alla. Ġesù jmur fid-deżert biex jagħti widen għal tnebbiħa tal-Ispirtu s-Santu, mhux għax jaqa’ f’xi nasba tal-għadu, le! Ladarba jkun għeleb din il-prova, hu – naqraw – jerġa’ lura l-Galilija “bil-qawwa tal-Ispirtu” (Lq 4:14)… Kompli aqra »

Tliet Maltin jirrappreżentaw il-Knisja f’Malta f’konferenza fi Spanja dwar iż-żgħażagħ u l-edukaturi

Tliet Maltin li jaħdmu maż-żgħażagħ u l-edukaturi rrappreżentaw il-Knisja Maltija waqt laqgħa tal-Kunsill tal Konferenzi tal Isqfijiet Ewropej (CCEE) li saret f’Santiago de Compostela fi Spanja bejn id-19 u t-22 ta’ Settembru.

L-attività bit-tema “Iż-żgħażagħ jifirħu bit-tama: xhieda ta’ Kristu fl-Ewropa tal-lum” laqqgħet diversi membri tal-kummissjoni taż-żgħażagħ fi ħdan is-CCEE, żgħażagħ, edukaturi, rappreżentanti universitarji u dawk li jaħdmu fil-qasam tal-vokazzjonijiet.

F’isem Malta pparteċipaw Maria Emma Buhagiar li rrappreżentat liż-żagħżagħ, Silvana Cardona li rrappreżentat l-iżvilupp spiritwali fl-iskejjel, u Benjamin Flores Martin, id-Delegat tal-Arċisqof għaż-Żgħażagħ… Kompli aqra »

Malti li jħaddem Etjopjan detenut jitkarrab biex jeħilsuh – Dun D’Amato

L-immigrant għandu vulnerabbiltà doppja

Persuna li tħaddem wieħed mill-ħames Etjopjani li bħalissa jinsabu miżmuma fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni mar jitkarrab quddiem il-kamera jitlob biex ir-raġel jinħeles.

Dan l-episodju rrakkuntah id-Direttur tal-Kummissjoni Migranti Dun Anton D’Amato waqt il-programm Andrew Azzopardi on RTK103 li spjega kif il-persuna detenuta hija ta’ importanza kbira għal dan in-negozju taċ-ċittadin Malti.

Żied jgħid li l-komunità Etjopjana f’Malta li tlaħħaq madwar 700 ruħ, kienet ixxukkjata bl-arrest ta’ ħamsa minnhom, b’ħafna minnhom qed jibżgħu li jarrestaw lilhom ukoll u jkeċċuhom mill-pajjiż li ilhom jgħixu, jintegraw u jaħdmu fih għal kważi 20 sena… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Il-veru setgħa hi li wieħed jieħu ħsieb id-dgħajjef, b’hekk jikber!

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-Ħadd it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-liturġija tal-lum (Mk 9,30-37) ikellimna dwar Ġesù li jħabbar dak li kellu jiġri fi tmiem ħajtu: “Bin il-bniedem – jgħid Ġesù – se jingħata f’idejn il-bnedmin u joqtluh; u meta jkun maqtul, wara tlitt ijiem iqum mill-mewt” (v. 31).  Waqt li kienu mexjin wara l-Imgħallem, però, f’moħħ u f’fomm id-dixxipli kienet għaddejja xi ħaġa oħra.  Meta Ġesu jitlobhom jgħidulu x’kienu qed jiddiskutu, huma ma jweġbux… Kompli aqra »

L-Isqof Awżiljarju u żewġ żgħażagħ Maltin jattendu għal konferenza dwar il-Mediterran

L-Isqof Awżiljarju flimkien maż-żgħażagħ Maltin, mal-patrijiet Dumnikani u ma’ membru tal-MUSEUM

Mark Miruzzi u Giulia Buhagiar huma ż-żewġ żgħażagħ Maltin li attendew għal konferenza ta’ ġimgħa bl-isem ta’ MED24 organizzata f’Tirana l-Albanija mill-Knisja Kattolika. Għal din il-konferenza pparteċipaw 50 żagħżugħ u żagħżugħa mill-pajjiżi tal-Mediterran biex jindirizzaw l-isfidi u l-opportunitajiet tar-reġjun Mediterranju.

Matul il-laqgħat iddiskutew diversi temi fost il-paċi, id-djalogu interreliġjuż u kulturali id-dinjità umana kif ukoll il-migrazzjoni… Kompli aqra »

Franġisku dwar il-korruzzjoni

Message by Bishop Joseph Galea-Curmi

Corruption involves the abuse of entrusted power for private gain by individuals or institutions in the public and private sectors.It comes in many shapes and forms, such as bribery, embezzlement, kickbacks, double dealing, money laundering and fraud.

Pope Francis has consistently addressed the issue of corruption, accentuating its destructive impact on individuals and society. He describes corruption as a “grave sin” that not only harms personal integrity but also threatens the very foundations of social life… Kompli aqra »

Grazzi, Sinjur Alla – L-Arċisqof f’Jum l-Indipendenza

Pontifikal statali f'Jum l-Indipendenza

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Aħna u niċċelebraw is‑60 anniversarju minn meta pajjiżna kiseb l‑Indipendenza u sar stat sovran u awtonomu, xtaqt ninseġ ir‑riflessjonijiet tiegħi fuq tliet frażijiet għeżież li għallimna s‑saċerdot qaddis Malti San Ġorġ Preca (1880–1962):

Grazzi Sinjur Alla u aħfirli Sinjur Alla;

Sinjur Alla, jiena għandi bżonnok;

Ejjew inkunu Ħbieb tal‑Evanġelju.

I  |  Grazzi, Sinjur Alla u aħfirli, Sinjur Alla

Din it‑talba ta’ Dun Ġorġ, illum issir talba ta’ kull wieħed u waħda minna, tagħna lkoll: Grazzi, Sinjur Alla u aħfrilna, Sinjur Alla! … Kompli aqra »

Ċelebrazzjoni Interreliġjuża dwar il-Ħolqien

Illejla, 20 ta’ Settembru 2024 fis-19:30 f’Baħar iċ-Ċagħaq

Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent qed torganizza ċelebrazzjoni interreliġjuża tal-ħolqien, fl-20 ta’ Settembru 2024 fis-19:30, fil-Knisja ta’ Santa Marija tal-Angli f’Baħar iċ-Ċagħaq.

Dan l-avveniment qed isir sabiex irawwem iċ-ċelebrazzjoni u l-protezzjoni tal-ambjent, bil-ħsieb li jgħaqqad ir-reliġjonijiet ewlenin fi kollaborazzjoni sħiħa bejniethom. L-għan huwa sabiex tingħata importanza lill-“istaġun tal-ħolqien”, ċelebrazzjoni annwali ta’ talb u azzjoni għar-rispett u l-protezzjoni tal-ħolqien, iċċelebrata mill-Insara madwar id-dinja. L-istaġun tal-ħolqien jibda fl-1 ta’ Settembru, fil-Jum Dinji ta’ Talb għall-Ħarsien tal-Ħolqien, u jibqa’ għaddej sal-4 ta’ Ottubru, fil-festa ta’ San Franġisk t’Assisi… Kompli aqra »

Il-bżonn li tkompli tinfirex is-Soċjetà tal-MUSEUM

Waqt Laqgħa Ġenerali, f’Mejju 1961, San Ġorġ Preca kien stqarr mal-Membri: “Kemm hemm bżonn li s-Soċjetà tagħna tixtered, għax hemm bżonn kbir fid-dinja ta’ min jgħallem!”.

Din kienet it-tema tal-Laqgħa tal-Erbgħa tat-18 ta’ Settembru 2024 fl-Awditorjum, il-Blata l-Bajda. Waqt din il-laqgħa ġiet iċċelebrata s-Soċjetà Museumina speċjalment mill-aspett missjunarju tagħha. Flimkien mal-Membri u l-Kandidati, kien hemm preżenti l-Magħżulin u l-Aspiranti tad-Delegazzjoni ta’ Malta u Għawdex… Kompli aqra »