L-Aħbarijiet

“Ivvotaw għall-kandidati li jirrappreżentaw il-valuri tal-Ewropa” – L-Isqfijiet Ewropej

Il-Kummissjoni tal-Konferenzi tal-Isfqijiet tal-Unjoni Ewropea (COMECE) appellat lill-Ewropej, speċjalment il-Kattoliċi, li se jivvotaw f’Ġunju biex jagħmlu dan b’responsabbiltà u jikkunsidraw jixħtu l-vot tagħhom għall-kandidati li jirrappreżentaw il-valuri tal-Ewropa.

Dan intqal fi stqarrija li kienet iffirmata lill-membri tal-COMECE, li wieħed minnhom huwa l-Isqof Awżiljarju ta’ Malta Joseph Galea-Curmi.

Huma ddikjaraw li l-Unjoni Ewropea hija magħquda bid-diversità, id-demokrazija u l-paċi u jeħtieġ li l-votanti jkunu responsabbli bil-vot tagħhom… Kompli aqra »

Restawrata n-niċċa ta’ San Pawl tas-Saqqajja fir-Rabat

Xogħol li kien ilu għaddej għall-aħħar xhur, u li sewa madwar €60,000 wassal biex tkun restawrata u konservata n-niċċa ta’ San Pawl, li tinsab bi prominenza fis-Saqqajja, fir-Rabat, Malta.

In-niċċa hi monument important fir-Rabat, li nbniet fl-1727 mill-Gran Mastru Manoel de Vilhena, li kien strumentali anki fir-riġenerazzjoni li kienet għaddiet minnha l-belt antika tal-Imdina fis-seklu 18.

Fit-2 ta’ Settembru tal-1798, il-poplu mdejjaq bil-ħakma tal-Franċiżi kien inġabar bi ħġaru quddiem din ix-xbieha biex jitlob l-għajnuna u l-protezzjoni ta’ Missierna San Pawl… Kompli aqra »

Taħdita għal-Lajċi dwar it-Tama u r-Rikonċiljazzjoni

Nhar it-Tlieta 21 ta’ Mejju se ssir taħdita bl-Ingliż għal-lajċi dwar ir-Rikonċiljazzjoni u t-Tama. It-taħdita se ssir minn Prof. Johan de Tavernier fis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù, ir-Rabat fis-7pm. Min jixtieq jattendi jista’ japplika fuq https://parrocci.knisja.mt/lajci/.

Dwar Prof. Johan de Tavernier

Prof. Johan de Tavernier hu mill-Belġju u twieled fl-1957. Hu professur emeritu tat-Teoloġija Etika u Direttur ta’ Ethics@Arenberg fl-Università ta’ Louvain fil-Belġju… Kompli aqra »

Il-Papa: L-anzjani huma l-‘bażi soda’ tal-futur

In his Message for the Fourth World Day for Grandparents and the Elderly, which will take place on 28 July 2024, Pope Francis recognizes the situation of many elderly people today, and assures them: “God never abandons His children, never.”

“Do not cast me off in my old age” (cf. Ps 71:9): This sincere plea, taken from Psalm 71, is the theme of the Fourth World Day for Grandparents and the Elderly, which will take place on 28 July 2024… Kompli aqra »

L-Isqfijiet Maltin jifirħu lill-Isqof Angelo Falzon

L‑Arċisqof Charles J. Scicluna, l‑Isqof Anton Teuma u l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi jifirħu lil Patri Angelo Falzon li ġie maħtur mill‑Papa Franġisku bħala Isqof fid‑Djoċesi ta’ Comayagua fil‑Honduras nhar l-14 ta’ Mejju 2024.

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta u d‑Djoċesi ta’ Għawdex jingħaqdu fit‑talb għall‑Isqof Falzon biex il‑Mulej jagħtih l‑għajnuna f’din il‑missjoni ġdida afdata lilu.

Patri Angelo twieled in-Naxxar fil-15 taʼ Ottubru 1957 u daħal Franġiskan fit-2 taʼ Ottubru 1977 fil-Provinċja taʼ San Pawl Appostlu tal-Patrijiet Minuri… Kompli aqra »

Kunċert mill-Kor Jubilate Deo f’għeluq il-50 sena tiegħu

Il‑Kor Jubilate Deo

Il‑Kor Jubilate Deo, li huwa l‑kor tal‑Katidral tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, se jagħti kunċert f’għeluq il-50 anniversarju mit-twaqqif tiegħu, nhar l-Erbgħa li ġej 15 ta’ Mejju fil-Knisja tal-Erwieħ f’Ħal Tarxien.

Il-kunċert bl-isem ta’ ‘Faħħruh’ se jkun talb bil-mużika ta’ Taizé u kant Gregorjan. Id-direzzjoni mużikali se tkun f’idejn il-Maestro di Cappella Christopher Muscat, id-direttur tal-kor u d-Direttur Mużikali tal-Arċidjoċesi.

Flimkien mal-kor se jieħdu sehem il-Cappella Gregoriana Jubilate Deo, il-Pueri Cantores Jubilate Deo, kif ukoll il-Kor tal-Arċidjoċesi ta’ Malta li huwa kor magħmul minn koristi mill-parroċċi kollha… Kompli aqra »

Jitnieda l-ktieb ‘Gilbert Simiana: Fuq il-Passi ta’ Ġesù’

Waqt laqgħa Ġenerali tal-MUSEUM, tnieda l-ktieb Gilbert Simiana: Fuq il-Passi ta’ Ġesù, bijografija rriċerkata u miktuba minn Stephen Zammit, membru tas-Soċjetà.

Gilbert miet xahrejn qabel għalaq 16-il sena, u ħafna huma dawk li jixhdu għall-qdusija tiegħu, speċjalment fil-mard.

Għal din l-okkażjoni kienu mistiedna wkoll l-aspiranti u l-magħżulin tal-oqsma Maltin. Kienu preżenti wkoll il-mamà ta’ Gilbert, ħutu Loraine u Keith, flimkien ma’ qraba u ħbieb oħra… Kompli aqra »

L-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex fl-ewwel żjara ‘ad limina’ tagħhom fil-Vatikan

Mix-xellug: L-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma, l-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

L‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex illum ħallew Malta għal żjara ad limina Apostolorum fil‑Vatikan sabiex jagħtu rendikont dwar l‑istat taż‑żewġ djoċesijiet. Matul din iż‑żjara ta’ ħamest ijiem, l‑isqfijiet se jkollhom udjenza mal‑Papa Franġisku li se ssir nhar il‑Ġimgħa filgħodu.

Bi preparazzjoni għal din iż‑żjara, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta u d‑Djoċesi ta’ Għawdex ħejjew żewġ rapporti dwar il‑ħidma fid‑djoċesijiet li se jiġu ppreżentati lill‑Papa u lid‑diversi dekasteri tal‑Kurja Rumana… Kompli aqra »