L-Aħbarijiet

Jeħtieġ li naħdmu għal tmiem dinjituż tal-ħajja u mhux fl-antiċipazzjoni tal-mewt – L-Arċisqof

L-Arċisqof Charles Scicluna saħaq li hemm ħtieġa li jsir iktar investiment għal tmiem dinjituż tal-ħajja u mhux fl-antiċipazzjoni tal-mewt.

Waqt il-programm Għal Kulħadd fuq RTK103, l-Arċisqof għamel referenza għall-abbozz ta’ liġi li qed tiġi diskussa fil-Parlament tal-Ingilterra dwar ‘assisted dying’. L-Arċisqof spjega li din il-liġi tantiċipa l-mewt għal dawk il-persuni li jinsabu f’kura paljattiva.

Dan ifisser li jekk persuna tkun f’sitwazzjoni diffiċli, ikollha l-għażla li ttemm ħajjitha qabel iż-żmien, filwaqt li tkun assistita biex twettaq dan… Kompli aqra »

Min jishar ma jitlifx l-opportunità li jħobb illum – L-Arċisqof

Quddiesa fl-Ewwel Ħadd tal-Avvent

  Il-kappella Marija Omm il-Knisja f’Ta’ Mlit, il-Mosta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Bdejna sena ġdida ta’ laqgħat flimkien. U dis-sena hi ddedikata lil San Luqa, li fit-Testment il-Ġdid, kiteb żewġ kotba: l-Evanġelju skont San Luqa, u l-Atti tal-Appostli. Aħna midjunin ħafna ma’ San Luqa għax kien hu li f’kapitlu 28 tat-tieni ktieb tiegħu, tal-Atti tal-Appostli, ifakkar il-miġja ta’ San Pawl fostna. U tana wkoll ċertifikat sabiħ. Jalla ngħixuh dan iċ-ċertifikat li tana San Luqa, meta qal: “in-nies tagħha ġabu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha” (Atti 28:2)… Kompli aqra »

Iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi tal-Arċisqof Charles Scicluna f’Diċembru 2024

Ritratt: Ian Noel Pace

Matul ix‑xahar ta’ Diċembru, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta. Mit‑Tnejn sas‑Sibt tixxandar it‑talba tar‑rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook Malta, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta… Kompli aqra »

Għaliex iva?! | Ep. 5: Dun Franco Fenech

F’dan l-episodju niltaqgħu ma’ Dun Franco Fenech li twieled u trabba l-Marsa. Ilu saċerdot għal dawn l-aħħar 30 sena, li kważi nofshom qattagħhom f’ħidma dedikata mar-residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Jgħid ukoll għaliex għażel jimxi minn patri Franġiskan u għal saċerdot djoċesan. Dawn huma ftit mill-ħafna esperjenzji mill-ħajja mżewqa ta’ Dun Franco; inkluż r-ribelljoni kbira li kellu lejn Alla wara l-mewt ta’ ħuh.

Għaliex iva?! … Kompli aqra »

L-importanza tan-nisa fi rwoli tat-tmexxija

Konferenza ta' CORE Platform fil-Kurja tal-Arċisqof

Photo: CORE Platform

The Archbishop’s Curia reaffirmed its commitment to fostering diversity and inclusion during the latest CORE Platform conference, at the Archbishop’s Curia in Floriana for Malta Diversity & Inclusion Charter Signatories.

Focusing on the theme “Women on Board,” the conference opened with an address by European Parliament President Roberta Metsola. She emphasised the importance of diversity at all levels and stressed the need to support more women in senior leadership roles… Kompli aqra »

115-il persuna fid-Dar tal-Providenza jiddependu minnek

Fil-ġimgħat li ġejjin se jkunu qed isiru diversi attivitajiet b’risq id-Dar tal-Providenza li se jwasslu għall-Festa ta’ Ġenerożità fl-ewwel ta’ Jannar li ġej. Dan kollu biex 115-il resident jibqgħu jirċevu l-aqwa servizz.

Dan tħabbar illum waqt konferenza stampa minn Fr. Martin Micallef flimkien mal-amministratur tad-dar Nadine Camilleri Cassano.

Fr. Micallef ħabbar li s-sena 2025 se tkun speċjali għad-Dar tal-Providenza għax hija s-sena li fiha tagħlaq 60 sena minn meta twaqqfet u tat servizz lil mijiet ta’ persuni bi bżonnijiet speċjali… Kompli aqra »

Is-sabiħ li tagħti lura: St Jeanne Antide b’kampanja għall-Avvent

St. Jeanne Antide Foundation is inviting the public to join the annual Reverse Advent Calendar Campaign. This initiative reimagines the holiday tradition, focusing on giving rather than receiving, and provides much-needed support to the community’s families and individuals in need.

Once again, essential food items and toiletries are being collected to distribute to those who depend on their services. These contributions will comfort and relieve vulnerable families during this special time of year… Kompli aqra »

It-teoloġija Mediterranja ta’ Dun Karm

Jitnieda ktieb minn Dun Jean Claude Attard

  Il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Ritratt: Ian Noel Pace

Il-ktieb ta’ Dun Jean Claude Attard, Dun Karm’s Beyond Self as a theology from the Mediterranean, ippubblikat minn Kite Group, tnieda fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana.

Dun Jean Claude Attard iqabbel u jikkuntrasta lil Dun Karm Psaila ma’ Albert Camus, u janalizza l-poeżija Il-Jien u Lil hinn Minnu bħala l-kapolavur ta’ poeta li kien ukoll qassis… Kompli aqra »

Sinjali ta’ Tama: L-Assemblea Ġenerali tal-Azzjoni Kattolika Maltija

Ġiet organizzata l-Assemblea Ġenerali tal-Azzjoni Kattolika Maltija (AKM), fejn kien hemm ‘l fuq minn 150 persuna li pparteċipaw f’din l-attività li saret fl-Oratorju tal-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija fl-Imġarr.

Din l-attività seħħet is-Sibt 16 ta’ Novembru, fejn il-membri, il-voluntiera u l-ħaddiema attendew quddiesa u kellhom diskussjoni.

Il-quddiesa kienet ikkonċelebrata minn Dun Frans Abdilla, Fr Reuben Gauci, Fr Martin Micallef, Fr Sean Abela u Fr Paul Chetcuti u d-diskussjoni li saret wara pparteċipaw fiha Dr Nadia Delicata u Fr Reuben Gauci, u tmexxiet minn Andreas Muscat, membru taż-ŻAK Imġarr… Kompli aqra »

Bible & Beer fuq id-dipendenza: Nifhmu aktar dwar l-“għaliex”

Ftit tal-ġranet ilu saret it-tmien edizzjoni tas-sensiela MSSP Oratory Youth’s Bible & Beer li żvolġiet bħala lejla ta’ riflessjoni u ispirazzjoni. Dawk li attendew inġabru biex jesploraw it-tema tal-vizzju – kif drawwiet li jidhru żgħar, bħal scrolling kontinwu jew binge-watching, jistgħu jikbru u jaffetwaw is-saħħa mentali, ir-relazzjonijiet, u s-sens ta’ skop tagħna. 

Ir-riflessjonijiet ġew immexxija minn tliet kelliema li offrew għarfien dwar il-kumplessitajiet tal-vizzju.  … Kompli aqra »