L-Aħbarijiet

Live: Il-quddiesa tal-funeral ta’ Fra’ Matthew Festing

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Il-quddiesa tal-funeral tad-79 Gran Mastru Ordni Sovrana ta’ Malta se tiġi ċelebrata mill-Eminenza tiegħu Silvano Maria Cardinal Tomasi C.S., Delegat Speċjali tal-Papa Franġisku għall-Ordni Sovran ta’ Malta.

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd… Kompli aqra »

Ippubblikat ‘Annetto Depasquale – Wirt għażiż tal-Knisja f’Malta’

Ġabra ta' rakkonti, ritratti u kitbiet fl-10 sena mill-mewt tiegħu

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Il‑ktieb Annetto Depasquale – Wirt Għażiż tal‑Knisja f’Malta tnieda fl‑10 anniversarju mir‑ritorn tal‑Isqof Annetto Depasquale fid‑Dar tal‑Missier. It‑tnedija saret waqt serata kommemorattiva fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana, ippreseduta mill‑Arċisqof Charles Jude Scicluna fil‑preżenza tal‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi, u għadd ta’ qraba, saċerdoti u eks kollegi tal‑Isqof Depasquale. Qabel it-tnedija tal-ktieb, l‑Arċisqof Scicluna ċċelebra quddiesa fil‑Kurja stess, b’suffraġju għal ruħ l‑Isqof Depasquale li miet fid-29 ta’ Novembru 2011… Kompli aqra »

Avviż

Għada l-Ġimgħa 3 ta’ Diċembru 2021, il-Kurja tal-Arċisqof inkluż l-Uffiċċju Żwiġijiet, il-Furjana, u t-Tribunal Ekkleżjastiku, il-Belt Valletta, ser ikunu magħluqa l-ġurnata kollha minħabba rtir tal-Avvent għall-impjegati kollha.

Il-Kurja terġa’ tiftaħ għada s-Sibt, 4 ta’ Diċembru 2021. Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’Diċembru 2021

Matul ix‑xahar ta’ Diċembru, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta…
  • Kompli aqra »

L-Isqof Malti George Frendo jirriżenja minn arċisqof ta’ Tiranë-Durrës fl-Albanija

Ritratt: argumentum.al

Il-Papa Franġisku aċċetta t-talba tal-Isqof George Frendo biex jirriżenja minn arċisqof ta’ Tirane-Durres fl-Albanija. L-Isqof George Frendo din is-sena għalaq 75 sena.

Il-liġi kanonika tgħid li isqfijiet djoċesani huma mitluba jissottomettu r-riżenja tagħhom lill-Papa meta jagħlqu 75 sena.

L-Isqof Frendo kien inħatar Isqof Awżiljarju ta’ Tirane-Durres fl-2006 mill-Papa Benedittu XVI, u għaxar snin wara kien inħatar arċisqof tal-istess djoċesi mill-Papa Franġisku… Kompli aqra »

L-intenzjoni tat-talb tal-Papa għal Diċembru: il-katekisti

“Catechists have an invaluable mission for the transmission and growth of the faith,” says Pope Francis in The Pope Video for December.

Each month, the Pope’s Worldwide Prayer Network prepares The Pope Video, in which the Holy Father reveals his special prayer intentions for that month.

For December 2021, the Pope is praying “for the catechists, summoned to announce the Word of God: may they be its witnesses, with courage and creativity and in the power of the Holy Spirit, with joy and much peace.”

A vocation and a mission

In his video message, Pope Francis says, “The lay ministry of catechist is a vocation; it’s a mission… It’s an entire way of being.” He said the Church needs “good catechists who are both companions and teachers.”

Earlier this year, Pope Francis formally restored the lay ministry of catechists with the Apostolic Letter Antiquum ministerium, issued “motu proprio,” or on his own initiative… Kompli aqra »

Filmat: Għajnuna lill-ommijiet li għaddejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli waqt it-tqala

Servizz offrut lill-ġenituri minn entitajiet differenti

  Dar Nazaret, Ħal Tarxien

Minn għada t‑Tnejn, 29 ta’ Novembru 2021, fil‑parroċċa ta’ Ħal Tarxien se tibda tingħata għajnuna professjonali u emozzjonali lill‑ommijiet li għaddejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli waqt it‑tqala, kif ukoll lill‑missirijiet. Il‑ġenituri se jingħataw l‑għajnuna meħtieġa permezz ta’ appoġġ emozzjonali, kura pastorali u counselling, kif ukoll provvista ta’ oġġetti relatati ma’ qabel u wara t‑twelid tat‑tarbija. Dan is‑servizz se jingħata mill‑parroċċa ta’ Ħal Tarxien flimkien ma’ parroċċi oħra, u b’kollaborazzjoni ma’ LifeNetwork Foundation, St Jeanne Antide Foundation u Caritas Malta… Kompli aqra »

30 sena mill-ftehim bejn l-Istat u l-Knisja

Newsbook.com.mt jistaqsi x’importanza għandu llum dan il-ftehim

In-Nunzju Appostoliku l-Arċisqof Pier Luigi Celata u l-Prim Ministru ta’ Malta Eddie Fenech Adami jiffirmaw il-ftehim bejn is-Santa Sede u r-Repubblika ta’ Malta – 28 ta’ Novembru 1991

Bħal-lum tletin sena ilu ġew iffirmati żewġ ftehim bejn is-Santa Sede u r-Repubblika ta’ Malta, wieħed dwar l-iskejjel tal-Knisja u l-ieħor dwar trasferiment ta’ proprjetà tal-Knisja lill-Istat Malti. Dawn ġew iffirmati fit-28 ta’ Novembru 1991, fil-Berġa ta’ Kastilja, min-Nunzju Appostoliku Pier Luigi Celata f’isem is-Santa Sede, u mill-Prim Ministru Eddie Fenech Adami f’isem l-Istat Malti… Kompli aqra »

It-team tal-HR tal-Arċidjoċesi ta’ Malta mogħti l-HR Quality Mark

The HR Team of the Archbishop’s Curia – Archdiocese of Malta: (left) Dorianne Caruana, Ruth d’Amato, Dr Rebecca Gatt, Odienne Magro, Christine Sciberras

The human resources team of the Archbishop’s Curia – Archdiocese of Malta has been awarded the HR Quality Mark on Friday 12 November 2021 at the FHRD HR 2021 Conference. The award was launched and is administered by the Foundation for Human Resources Development (FHRD)… Kompli aqra »