L-Aħbarijiet

Bible & Beer fuq id-dipendenza: Nifhmu aktar dwar l-“għaliex”

Ftit tal-ġranet ilu saret it-tmien edizzjoni tas-sensiela MSSP Oratory Youth’s Bible & Beer li żvolġiet bħala lejla ta’ riflessjoni u ispirazzjoni. Dawk li attendew inġabru biex jesploraw it-tema tal-vizzju – kif drawwiet li jidhru żgħar, bħal scrolling kontinwu jew binge-watching, jistgħu jikbru u jaffetwaw is-saħħa mentali, ir-relazzjonijiet, u s-sens ta’ skop tagħna. 

Ir-riflessjonijiet ġew immexxija minn tliet kelliema li offrew għarfien dwar il-kumplessitajiet tal-vizzju.  … Kompli aqra »

Pubblikazzjoni ġdida minn Prof. Stanley Fiorini dwar l-Istorja Ekkleżjastika ta’ Malta

Professor Stanley Fiorini’s latest volume, The Landed Property of the Religious Orders in Malta 1600, will be launched on Tuesday, 10th December 2024, at 6:30 pm. The event will take place at The Immacolata Oratory, Jesuits’ Church, Valletta, and will feature addresses by distinguished scholars, including Prof. Petra Caruana Dingli and Rev. Dr. Nicholas Joseph Doublet.

Prof. Fiorini’s most recent publication in the Documentary Sources of Maltese History series published by the Archdiocese of Malta, dives into the fascinating history of ecclesiastical properties in Malta… Kompli aqra »

“Inkunu strument ta’ paċi fejn il-ġnus jiltaqgħu biex jitkellmu b’onestà u jaħdmu għall-paċi” – L-Arċisqof

Ċelebrazzjoni Djoċesana tas-Solennità ta' Kristu Re

  Il‑Bażilika Minuri ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jidher quddiem Pilatu fi stat ta’ arrest, umiljat, quddiem il-poter ċivili. “X’għamilt?” (Ġw 18:35), jistaqsih Pilatu. Aħna u nippreparaw għas-Sena tal-Ġublew, sena li l-Papa jixtieqha tkun, kif qalilna lilna l-isqfijiet fis-17 ta’ Mejju li għadda, meta ltqajna miegħu fil-Vatikan. Xtaq li s-Sena tal-Ġublew, li se nibdew minn hawn u ftit ġimgħat oħra, ħa nikkwota lill-Papa bit-Taljan kif kellimna: ‘Una grande festa di misericordia’, ‘festa kbira ta’ ħniena’… Kompli aqra »

Live: Ċelebrazzjoni djoċesana fil-festa ta’ Kristu Re, 24 ta’ Novembru 2024, 5pm

  Il‑Bażilika Minuri ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid

Illum, 24 ta’ Novembru 2024, issir iċ‑ċelebrazzjoni djoċesana ta’ Kristu Re, ippreseduta mill‑Arċisqof Charles Scicluna. Iċ‑ċelebrazzjoni djoċesana tibda fil‑5pm u se ssir fil‑Bażilika Minuri ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid, fejn jingħad l‑għasar (it‑talba ta’ filgħaxija) u tingħata l‑barka sagramentali. Waqt l‑għasar, l‑Arċisqof iwassal il‑messaġġ tiegħu f’din il‑festa tant importanti għall‑Insara. Iċ‑ċelebrazzjoni tixxandar fuq Knisja.mtNewsbook Malta u radju RTK 103… Kompli aqra »

Il-libertà tagħna trid tibda mill-qalb – L-Arċisqof lill-persuni li jgħixu l-ħabs

Quddiesa fil-festa ta' Kristu Re

  Il-kappella tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, Raħal Ġdid

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju li ntgħażel din is-sena għall-festa ta’ Kristu Re jippreżenta lil Ġesù taħt arrest. Wara lejl ta’ interrogazzjoni mis-Sinedriju, u l-kundanna tal-poplu tiegħu, jinġieb quddiem Pilatu għax il-Lhud kienu interessati li lil Ġesù jakkużawh b’xi ħaġa li twasslu għall-mewt. Id-djalogu bejn din il-persuna arrestata u ttorturata (li hu Ġesù) u l-poter Ruman hu djalogu, li llum jipprova jispjegalna min hu Ġesù Sultan… Kompli aqra »

“Ngħinu 60 familja bil-lunches tat-tfal” – il-Fondazzjoni St Jeanne Antide

Il-prezzijiet tal-kirjiet qed iwasslu għal aktar faqar

Ritratt: Unsplash

Il-Ħadd li għadda kien il-Jum Assoċjat mal-Fqar, u f’Malta l-faqar ġerħa daqskemm hu ġerħa f’pajjiżi oħra żviluppati anke jekk forsi hawn min jaħseb li kollox ward u żahar.

Waqt What’s On Newsbook fuq RTK103 tkellimna ma’ Miriam Grech, family support worker mal-Fondazzjoni Santa Antida f’Ħal Tarxien. Din il-fondazzjoni tgħin lill-familji vulnerabbli permezz ta’ erba’ ħaddiema soċjali u għajnuna strutturata. Huma jgħinu lill-familja kollha b’mod olistiku mhux l-individwu biss li jitlob l-għajnuna… Kompli aqra »

“Il-Knisja hi bħal sptar f’kamp tal-battalja; iddewwi bil-balzmu tal-kelma” – Mons. Hector Scerri

Fil-Kurja tal-Arċisqof saret it-tnedija ta' żewġ kotba, wieħed ta' Mons. Scerri u ieħor tal-Isqof Alfred Xuereb

Mons. Hector Scerri ppubblika ktieb bl-isem ‘Chiesa, Vieni Fuori’ li jitratta riflessjoni dwar il-Knisja li reġgħet inġabret mill-ġdid.

Waqt it-tnedija ta’ żewġ kotba, wieħed tiegħu u l-ieħor ta’ Mons. Alfred Xuereb dwar l-esperjenza tiegħu mal-Papa Benedittu XVI fir-Refettorju tal-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana, Scerri qal li l-Knisja nġabret mill-ġdid wara li għaddiet “minn dak li nsejħulu eżilju eżistenzjali.”

Kompla li “fid-dawl tal-kelma ta’ Alla anki f’dak li nsibu fil-kotba ta’ Neħemija u Eżra hija l-Knisja li tinġabar mill-ġdid kif għamlu l-profeti fit-testment il-qadim li ġabru l-Knisja mill-ġdid”… Kompli aqra »

Knisja li tħares b’tama u ħniena

Assemblea Djoċesana 2024

  Is-Sala taċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni (ĊAK), Birkirkara

L-Arċidjoċesi ta’ Malta laqqgħet l-assemblea djoċesana annwali li matulha ngħata rendikont tal-ħidma tal-Knisja f’Malta fil-kuntest tal-proċess ta’ tiġdid ekkleżjali ‘Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed’, kif ukoll it-tħejjija għall-Ġublew tat-Tama li se jiġi ċċelebrat is-sena d-dieħla.

Fid-diskors tiegħu, l-Arċisqof Charles Scicluna tkellem fuq il-prijoritajiet tal-ħidma tal-Knisja f’Malta u fuq kif qed twieġeb għall-ħtiġijiet tas-soċjetà, fosthom permezz tad-djar tat-tfal u l-anzjani, il-ftuħ ta’ ċentri tal-komunità, is-sapport fil-kura paljattiva, l-għajnuna lil min hu bil-ġuħ, u l-promozzjoni ta’ żvilupp u empowerment għat-tfal u żgħażagħ b’diżabbiltà… Kompli aqra »

Sena ta’ tama u ħniena – L-Arċisqof

  Is-Sala taċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni, Birkirkara

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan id-diskors fl-Assemblea Djoċesana jagħtini l-opportunità biex naqsam magħkom ilkoll l-ispirtu ta’ żewġ avvenimenti ekkleżjali importanti li ġraw matul din is-sena u li ħerqan nistenna magħkom is-Sena Mqaddsa 2025.

L-ewwel avveniment ekkleżjali li ħalla marka fuq l-esperjenza tagħna bħala Knisja f’Malta, bħala l-Poplu t’Alla pellegrin f’Malta, kienet iż-żjara tal-Ad Limina tal-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex f’Mejju li għadda… Kompli aqra »

L-ewwel jum tal-Assemblea Djoċesana: il-futur tal-Knisja f’sinodalità

  Is-Sala taċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni, Birkirkara

Il-Ħamis 21 ta’ Novembru 2024 ingħata bidu għall-Assemblea Djoċesana 2024. Din bdiet permezz b’mument ta’ talb u riflessjoni minn persuna mhux Maltija, li saret Kattolika wara tliet snin tgħix Malta, u li għamlet dan meta bdiet tirrealizza li hemm vojt f’ħajjitha.

L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi introduċa l-Assemblea u spjega x’se jiġri matul l-assemblea ta’ din is-sena, is-sinodu djoċesan li ilu għaddej 25 sena u kif il-Knisja f’Malta se tkompli taħdem biex tgħix f’sinodalità, “li tibqa’ dejjem ta’ sfida kbira għall-Knisja li ngħaqqdu flimkien il-parteċipazzjoni u l-kreattività mal-unità, mal-armonija, fid-direzzjoni u fil-ħidma”… Kompli aqra »