100 sena mit-talba ‘Vestis Honoris’
21/11/2024Fl-anniversarju tal-100 sena tat-talba miktuba minn San Ġorġ Preca, Vestis Honoris (Libsa ta’ Ġieħ), is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija ċċelebrat din l-okkażjoni b’ċelebrazzjoni ta’ ringrazzjament lil Alla u lil Madonna fil-Kolleġġjata tal-Immakulata Kunċizzjoni f’Bormla. Nhar l-Erbgħa 20 ta’ Novembru, 2024, il-membri u l-kandidati kollha ta’ Malta inġabru biex jirringrazzjaw lil Alla għall-fatt li San Ġorġ Preca kien ispirat li jikteb dan l-innu ta’ ġieħ lill-Madonna quddiem ix-xbiha tal-kwadru titulari tal-Kunċiżżjoni fl-istess Kolleġjata… Kompli aqra »