L-Aħbarijiet

Kappillan ġdid għall-parroċċa ta’ San Pawl il-Baħar

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ħatar lil Patri Joseph Mamo, Franġiskan,  bħala kappillan tal‑Parroċċa ta’ Marija Addolorata, San Pawl il‑Baħar.

Patri Joseph Mamo twieled fis‑16 ta’ Diċembru 1963 u trabba Birkirkara. Irċieva l‑edukazzjoni primarja fl‑iskola ta’ Santa Venera u l‑edukazzjoni sekondarja fil‑Kulleġġ Savio, Ħad‑Dingli. Kompla l‑edukazzjoni terzjarja fl‑INSERM, fis‑Seminarju tal‑Arċisqof, fil‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta u fil‑Kulleġġ Sant’Antonio Dottore f’Padova l‑Italja.

Huwa kien ordnat saċerdot fil‑5 ta’ Lulju 1991 u matul is-snin serva bħala Segretarju Provinċjali tal‑Franġiskani Konventwali, Gwardjan u Rettur tal‑istudenti fil‑kunvent ta’ San Franġisk Birkirkara, Kappillan tal‑Parroċċa ta’ San Pawl il‑Baħar, Kappillan tal‑Parroċċa ta’ Burmarrad, Viċi Kappillan tal‑Parroċċa tal‑Qawra u Ekonomu Provinċjali… Kompli aqra »

Live: L-ordinazzjoni ta’ żewġ djakni – 15 ta’ Mejju, 9:30am

  Is-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Il-pożizzjoni tal-Knisja f’Malta dwar il-festi 2021

Matul din is‑sena 2021, il‑festi parrokkjali u festi oħra reliġjużi li jsiru ġewwa l‑bini tal‑knisja jsiru fil‑ġranet li soltu jiġu ċċelebrati, b’rispett sħiħ lejn il‑miżuri indikati mill‑Awtoritajiet tas‑Saħħa għall‑ħarsien tas‑saħħa u tal‑ħajja ta’ kulħadd.

Rigward iċ‑ċelebrazzjonijiet ta’ barra l‑bini tal‑knisja, li normalment jiġu organizzati mill‑Knisja, bħalma huma l‑purċissjonijiet, dawn isiru biss jekk, fejn u meta l‑Awtoritajiet tas‑Saħħa jawtorizzawhom bħala attivitajiet permessi. Kompli aqra »

White Paper għall-użu responsabbli tal-Kannabis

Stqarrija mill-Caritas Malta dwar il-White Paper fuq il-Kannabis

Caritas taqbel mal-pożizzjoni li jekk persuna tuża l-kannabis jew tkun dipendenti fuq kannabis (jew xi drogi oħra) ma tintbagħatx il-ħabs u lanqas ma tiċċappas il-kondotta tagħha. Madankollu meta tqis il-potenzjal ta’ ħsara li tagħmel il-Kannabis, Caritas issaħħaħ il-pożizzjoni ġenerali tagħha li bħala soċjetà għandna nrażżnu kemm jista’ jkun l-użu tal-Kannabis (u drogi oħra), nipprevjenu l-popolarizzazzjoni tagħha u naħdmu bla waqfien biex niskoraġġixxu l-użu u ninkoraġġixxu għażla ta’ ħajja sana u wkoll għażliet sani ta’ rikreazzjoni… Kompli aqra »

Ktieb ġdid: San Ġorġ Preca Ħaj Bħal Qatt Qabel

Fl-okkażjoni tal-20 sena mill-beatifikazzjoni ta’ Dun Ġorġ (9 ta’ Mejju 2001) is-Soċjetà tal-MUSEUM, permezz ta’ Pubblikazzjoni Preca, għadha kif ippubblikat ktieb ġdid bl-isem ta’ San Ġorġ Preca: Ħaj Bħal Qatt Qabel tal-awtur Ġorġ Borg.

Dan il-volum jagħti stampa ċara u awtentika tal-ħajja u l-qdusija ta’ San Ġorġ Preca (1880-1962). Il-ktieb jiġbor fih kapitli fuq diversi suġġetti, b’iktar minn 350 titlu ta’ aneddoti fuq dan l-ewwel qaddis Malti… Kompli aqra »

Nibnu fuq it-tajjeb flok nippromwovu sustanzi ta’ ħsara

Stqarrija mill-MCYN dwar il-White Paper fuq il-Kannabis

Il‑Malta Catholic Youth Network (MCYN), entità tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta li taħdem maż‑żgħażagħ, ippublikat dokument ta’ pożizzjoni bħala parti mill‑proċess ta’ konsultazzjoni tal‑Gvern għall‑White Paper “Lejn it‑Tisħiħ tal‑Qafas Legali għall‑Użu Responsabbli tal‑Kannabis”.

L‑MCYN, li tirrappreżenta ’l fuq min 100 għaqda taż‑żgħażagħ u li matul is‑snin appoġġjat bis‑sħiħ attivitajiet rikreattivi li jgħinu l‑iżvilupp taż‑żgħażagħ u l‑bini tal‑komunità, hija kontra l‑użu ta’ sustanzi psikoattiva u/jew ta’ ħsara, legali jew illegali… Kompli aqra »

L-ordinazzjoni ta’ żewġ djakni

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jordna żewġ djakni ġodda nhar is‑Sibt li ġej, 15 ta’ Mejju 2021. Il‑quddiesa se ssir fis‑Santwarju tal‑Madonna tal‑Grazzja, Ħaż‑Żabbar, fid‑9:30 a.m. Din se tixxandar fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Iż‑żewġ seminaristi huma Sean Abela mill‑Parroċċa ta’ San Pawl, ir‑Rabat, u Jean Claude Attard mill‑Parroċċa ta’ Sant’Anna, Wied il‑Għajn.

Permezz ta’ din l‑ordinazzjoni, id‑djakni l‑ġodda jsiru xebh ma’ Ġesù Kristu li ried ikun ‘djaknu’, jiġifieri qaddej ta’ kulħadd… Kompli aqra »

Il-Papa jwaqqaf il-ministeru tal-katekiżmu

With a new Apostolic Letter issued “motu proprio,” Pope Francis establishes the lay ministry of catechist, intended to respond to an urgent need for the evangelisation of the modern world, and undertaken in a “secular” manner, avoiding clericalisation.

“Fidelity to the past and responsibility for the present are necessary conditions for the Church to carry out her mission in the world,” writes Pope Francis in the Apostolic Letter Antiquum ministerium, with which the Holy Father institutes the lay ministry of catechist… Kompli aqra »