L-Aħbarijiet

Il-kardinali se jivvutaw dwar il-kanonizzazzjoni ta’ Carlo Acutis u 14-il persuna oħra

Pope Francis will preside at an Ordinary Public Consistory on July 1, when Cardinals present in Rome are set to give the final go-ahead for the canonization of 15 Blesseds.

On the night of 9-10 July 1860, eight Franciscan friars and three lay Christians of the Maronite rite were martyred in the Franciscan convent in Syria during a Druze uprising against local Christians.

Now, almost 100 years after Pope Pius XI beatified them, Emanuele Ruiz and his companions, including the brothers Francesco, Abdel-Mooti, and Raffaele Massabki, are one step away from sainthood.

On Monday, July 1, Pope Francis will preside at an Ordinary Public Consistory where Cardinals present in Rome are expected to give formal approval to proceed with their canonization… Kompli aqra »

Saċerdot u akkademiku mill-Università ta’ Malta elett bħala President tal-Équipe Européenne de Catéchèse

  Cluj-Napoca, Rumanija

Rev. Prof. Carl-Mario Sultana, Head of the Department of Pastoral Theology, Liturgy and Canon Law within the Faculty of Theology, has been elected President of the Équipe Européenne de Catéchèse for the next four years. 

The election took place during the bi-annual Congress of the Équipe held in Cluj-Napoca, Romania between 29 May and 3 June 2024. The theme of the congress was ‘Liturgy, Catechesis and Human Experience’… Kompli aqra »

“Tpoġġunix fuq pedestall imma żommuni f’talbkom!” – L-Isqof Henry Balzan

  Il-Katidral tal-Madonna tal-Ħniena f’La Serena, iċ-Ċilì

Nhar is-Sibt 15 ta’ Ġunju 2024 saret l-ordinazzjoni episkopali ta’ Dun Henry Balzan li nħatar mill‑Papa Franġisku bħala Isqof Awżiljarju tal-Arċidjoċesi ta’ La Serena, fiċ-Ċilì. F’diskors qasir fi tmiem il-quddiesa, l-Isqof Balzan irringrazzja lill-Papa Franġisku kif ukoll lill-Arċisqof tad-djoċesi tiegħu, li sab fih appoġġ u gwida. Semma wkoll is-sostenn li sab mid-Djoċesi ta’ Copiapó, l-ewwel parroċċa li laqagħtu fiċ-Ċilì u li għallmitu l-lingwa tal-post kif ukoll kif ikun tassew saċerdot… Kompli aqra »

120 sena mill-ftuħ tal-Iskola Salesjana St Patrick’s

Din is-sena l-Iskola Salesjana St Patrick’s tagħlaq 120 sena mill-ftuħ tal-bibien tagħha u din l-okkażjoni speċjali se titfakkar b’serata speċjali fil-bitħa tal-iskola fil-21 ta’ Ġunju fit-8pm.

Mistiedna jattendu il-membri kollha tal-familja Salesjana u dawk kollha li b’xi mod jew ieħor għandhom xi rabta ma’ din il-komunità edukattiva. Merħba lill-familja kollha. Is-serata se tiftaħ b’quddiesa ta’ radd il-ħajr li se tkun animata minn bosta żgħażagħ… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Kunu żerriegħa ġenerużi u kunfidenti tal-Evanġelju

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Illum l-Evanġelju tal-Liturġija jkellimna dwar Alla permezz tat-tixbiha taż-żerriegħa (ara Mk 4:26-34). Ġesù juża din is-similitudni diversi drabi (ara Mt 13:1-23; Mk 4:1-20; Lq 8:4-15), u llum jagħmel dan billi jistedinna nirriflettu partikolarment dwar atteġġjament importanti marbut mat-tixbiha taż-żerriegħa, u l-atteġġjament hu l-istennija fiduċjuża.

Infatti, waqt iż-żergħa, minkejja li l-bidwi jferrex żerriegħa tajba u abbundanti, iħejji kemm iħejji l-art, il-pjanti ma jinbtux mill-ewwel: jieħdu ż-żmien u hemm bżonn il-paċenzja! … Kompli aqra »

Arċipriet ġdid għall-parroċċa tal-Imdina

L-Arċipriet il-ġdid tal-Imdina Mons. Claude Portelli li se jibqa’ jokkupa wkoll il-kariga ta’ Delegat tal‑Arċisqof għall‑Kultura.

L‑Arċisqof Charles Scicluna qed jafda l‑ħidma pastorali tal‑parroċċa tal‑Katidral tal‑Imdina ddedikat lil San Pawl, f’idejn Mons. Claude Portelli bħala l‑arċipriet ta’ din il‑parroċċa. Hu rringrazzja lil Mons. Mario Tong li serva bħala arċipriet ta’ din il‑parroċċa.

Mons. Claude Portelli twieled fis‑6 ta’ Awwissu 1975. Beda l‑mixja għas‑saċerdozju fis‑Seminarju Maġġuri tal‑Arċisqof f’Tal‑Virtù fir‑Rabat u fl‑2001 ggradwa fil‑Filosofija u t‑Teoloġija mill‑Fakultà tat‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta… Kompli aqra »

Franġisku l-ewwel Papa li se jipparteċipa fis-Summit tal-G7

  Puglia, l-Italja

Illum waranofsinhar il-Papa Franġisku se jkun l-ewwel Papa fl-istorja li se jipparteċipa fis-Summit tal-G7, li qed jinżamm bħalissa fil-belt ta’ Borgo Egnazia, fir-reġjun Taljan tal-Puglia.

Stqarrija tal-Vatikan qalet li l-intervent tiegħu se jsir fis-Sessjoni ddedikata lill-Intelliġenza Artifiċjali (AI), tema li anki l-Knisja qed tħares lejha b’interess u serjetà.

Il-Grupp tal-aktar seba’ pajjiżi influwenti fid-dinja, taħt il-presidenza tal-Italja, qed jiltaqa’ bejn it-13 u l-15 ta’ Ġunju… Kompli aqra »

Live: L-ordinazzjoni episkopali ta’ Dun Henry Balzan, is-Sibt 15 ta’ Ġunju, 4:30pm

Għada s-Sibt 15 ta’ Ġunju 2024, fl-4:30pm (ħin ta’ Malta), se ssir il-quddiesa bl-ordinazzjoni episkopali ta’ Dun Henry Joseph Balzan, li nħatar mill‑Papa Franġisku bħala Isqof Awżiljarju tal-Arċidjoċesi ta’ La Serena, fiċ-Ċilì. Il-quddiea se ssir fil-Katidral tal-Madonna tal-Ħniena f’La Serena.

Jikkonċelebraw f’din il-quddiesa l-Isqof Awżiljarju ta’ Malta Joseph Galea-Curmi; Dun Gordon Refalo, il-Kappillan tal-Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Gżira; Dun Paul Buttigieg, li għamel numru ta’ snin missjunarju fiċ-Ċilì; u Dun Mark Mallia Pawley, saċerdot Malti li qed jaħdem fid-Djoċesi ta’ Copiapó fiċ-Ċilì… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: L-Ispirtu s-Santu jagħmel l-Iskrittura ħajja u attiva

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Katekeżi: L-Ispirtu u l-Għarusa. L-Ispirtu s-Santu jmexxi l-poplu ta’ Alla għal-laqgħa ma’ Ġesù t-tama tagħna. 3. “L-Iskrittura kollha hi mnebbħa minn Alla”. Nagħrfu l-imħabba ta’ Alla mill-kliem ta’ Alla

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Inkomplu bil-katekeżi fuq l-Ispirtu s-Santu li jmexxi lill-Knisja lejn Kristu t-tama tagħna. Huwa l-gwida. L-aħħar darba kkontemplajna l-opra tal-Ispirtu fil-ħolqien; illum se narawha fir-rivelazzjoni, li tagħha l-Iskrittura Mqaddsa hi xhieda mnebbħa minn Alla u awtorevoli… Kompli aqra »

Il-Kurja tal-Arċisqof hi l-ewwel istituzzjoni reliġjuża li tiffirma l-Malta Diversity and Inclusion Charter

Il‑Kurja tal‑Arċisqof fi ħdan l‑Arċidjoċesi ta’ Malta saret l‑ewwel istituzzjoni reliġjuża li approvat il‑Malta Diversity and Inclusion Charter.

Imniedni minn CORE Platform u appoġġjat mill‑Kunsill Malti għas‑Settur tal‑Volontarjat, dan iċ‑charter għandu l‑għan li jippromwovi d‑diversità u l‑inklużjoni f’diversi setturi tas‑soċjetà Maltija.

Waqt l‑iffirmar, id‑Direttur tal‑Riżorsi Umani, Dr Rebecca Gatt, enfasizzat l‑importanza ta’ ambjent inklussiv fi ħdan il‑Kurja u l‑Knisja.

“Bħala Knisja nemmnu bis‑sħiħ li l‑ħolqien ta’ ambjent akkoljenti u inklussiv huwa imperattiv, mhux biss għax kull individwu għandu jingħata r‑rispett u l‑valur mistħoqq, irrispettivament mill‑ambjent minn fejn ikun ġej jew l‑identità, iżda wkoll għax jirrifletti r‑rikkezza tat‑talenti tagħna miġbura flimkien,” qalet Dr Gatt… Kompli aqra »