L-Aħbarijiet

SDS jipparteċipaw f’diskussjonijiet dwar Prayer Spaces f’Rotterdam

Prayer Spaces Round Table (28th & 29th October 2024)

Representatives from Spiritual Development in Schools (SDS) participated in a roundtable event held in Rotterdam on October 28–29. This gathering brought together national coordinators from Malta, Germany, the United Kingdom, Ireland, Austria, Australia, South Africa, and France to discuss the Prayer Spaces in Schools project.

The two-day roundtable at Europort International Church provided a platform for national coordinators to share updates on the Prayer Spaces in Schools initiative… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: L-Ispirtu s-Santu jgħinna meta nitolbu

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

L-azzjoni santifikatriċi tal-Ispirtu s-Santu, barra fil-Kelma ta’ Alla u fis-Sagramenti, tidher ukoll fit-talb, u hu lil dan li rridu niddedikaw ir-riflessjoni tal-lum: it-talb. L-Ispirtu s-Santu huwa fl-istess waqt suġġett u oġġett tat-talb Nisrani. Jiġifieri hu Dak li jagħtina t-talb u hu Dak li hu mogħti lilna permezz tat-talb. Aħna nitolbu biex nirċievu l-Ispirtu s-Santu u nirċievu l-Ispirtu s-Santu biex nistgħu nitolbu tassew, jiġifieri bħala wlied Alla, mhux ilsiera… Kompli aqra »

Il-Knisja tippubblika Safeguarding Policy ġdida għall-ħarsien tal-minuri u l-adulti vulnerabbli

Il‑Knisja f’Malta u Għawdex ippubblikat Safeguarding Policy ġdida li tistabbilixxi standards ogħla għall‑entitajiet tal‑Knisja u li tpoġġi l‑wellbeing tal‑vittmi fiċ‑ċentru tax‑xogħol li jsir mis‑Safeguarding Commissions f’Malta u Għawdex.

Il‑policy il‑ġdida tistabbilixxi standards ta’ safeguarding li l‑entitajiet kollha tal‑Knisja huma mistennija jimxu magħhom. Permezz tal‑policy inħolqu strutturi li jindirizzaw l‑allegazzjonijiet li jsiru kemm fil‑konfront ta’ membri tal‑kleru kif ukoll fil‑konfront ta’ lajċi impjegati jew voluntiera… Kompli aqra »

Valletta FC u Caritas Malta jniedu kollaborazzjoni ta’ għarfien u sapport għar-riabilitazzjoni mill-abbuż tad-droga

Il-Kollaborazzjoni tingħata t-tema Bounce Back

Valletta FC u Fondazzjoni Caritas Malta jħabbru l-kollaborazzjoni bi skop ta’ għarfien dwar riabilitazzjoni mill-abbuż ta’ droga u wkoll bħala sapport lejn persuni li jinsabu fl-irkupru tagħhom. Din l-inizjattiva tħabbret mid-Direttur ta’ Caritas Malta Anthony Gatt u Claudio Grech President tal-Valletta FC, li timmarka pass importanti fejn tgħaqqad l-isports mas-soċjal.

Il-kollaborazzjoni tiffaċilita l-qawwa tal-isport biex jitwassal messaġġ ta’ tama, resiljenza, u rkupru għall-persuni li huma dipendenti fuq sustanzi… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: L-imħabba hi l-għajn ta’ kollox

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-Ħadd it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum (Mk 12:28-34) ikellimna dwar waħda mill-bosta diskussjonijiet li kellu Ġesù fit-tempju ta’ Ġerusalemm. Wieħed mill-iskribi jersaq lejh u jsaqsih:”Liema wieħed fost il-kmandamenti kollha hu l-ewwel?” (v. 28). Ġesù jwieġeb billi jgħaqqad flimkien żewġ kelmiet fundamentali tal-liġi ta’ Mosè” “ħobb lill-Mulej Alla tiegħek” u “ħobb lil għajrek” (vv. 30-31)

Bil-mistoqsija tiegħu l-iskriba qed ifittex “l-ewwel” wieħed fost il-kmandamenti, jiġifieri l-prinċipju li hemm fis-sies tal-kmandamenti kollha; il-Lhud kellhom bosta preċetti u kienu jfittxu l-bażi tagħhom, wieħed li kien fundamentali; kienu jippruvaw isibu qbil dwar wieħed fundamentali, u kienu jiddiskutu dan bejniethom, diskussjonijiet tajbin għax kienu jfittxu l-verità… Kompli aqra »

It-tliet imħabbiet li għandu jkollna f’ħajjitna – L-Arċisqof

Quddiesa fil-31 Ħadd taż-żmien ta’ matul is-sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, il-Balluta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-mistoqsija li l-għaref tal-liġi għamel lil Ġesù, kienet mistoqsija importanti ħafna għal-Lhud taż-żmien Ġesù imma wkoll għal diversi ġenerazzjonijiet. Matul iż-żmien tant żviluppaw liġijiet li l-mistoqsija kienet: imma minn dan kollu, liema liġi hija l-iżjed importanti? Liema wieħed fost il-kmandamenti kollha huwa l-ewwel? Din hi l-mistoqsija li dan l-għaref tal-liġi għamel lil Ġesù. Għalkemm Ġesù kien iben mastrudaxxa, diġà kellu l-fama ta’ bniedem għaref u li jitkellem b’awtorità… Kompli aqra »

Il-Papa dwar il-gwerra: “It-tfal u l-familji huma l-ewwel vittmi”

“War is always, always, always a defeat.” With these words, Pope Francis prayed once again for an end to war around the world at the close of his General Audience.

Peace is a gift

Speaking to the thousands of people in St. Peter’s Square, the Pope remembered the countries racked with violence: “the martyred Ukraine, Palestine, Israel, Myanmar, North Kivu, and many countries in war.” He reiterated that no one wins with war and that “peace is a gift from the Holy Spirit.”

On October 29, the Palestinian Civil Defense reported “770 people were killed in the last 19 days alone.”

“Yesterday I saw that 150 innocent people were shot,” Pope Francis said, “What do children and families have to do with war?” he asked, “They are the first victims.”

Seven “mass casualty incidents” in less than a week

The United Nations recorded seven “mass casualty incidents” between October 24 and 29… Kompli aqra »

Iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi tal-Arċisqof Charles Scicluna f’Novembru 2024

Matul ix‑xahar ta’ Novembru, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta. Mit‑Tnejn sas‑Sibt tixxandar it‑talba tar‑rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook Malta, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta… Kompli aqra »

Reazzjoni ta’ Caritas Malta dwar il-Baġit 2025

Il-Baġit għas-sena 2025 jintroduċi diversi inizjattivi pożittivi biex isaħħaħ il-benesseri soċjali u l-inklużjoni. Caritas Malta tilqa’ bis-sħiħ it-titjib fis-sistemi ta’ appoġġ soċjali, sentejn krediti ta’ sigurtà soċjali għal dawk li jtemmu programmi ta’ riabilitazzjoni mid-droga, allowances aħjar għall-familji, żidiet għall-ħaddiema u r-reviżjonijiet li saru fit-taxxa, żieda partikolari fl-allowance għat-tfal u għall-pensjonanti, kif ukoll l-appoġġ għall-familji li jagħżlu jaddottaw jew jiffosterjaw, iktar appoġġ kif mistħoqq lil dawk fuq pensjonijiet ta’ diżabbilità, bil-għan li jtaffu l-pressjonijiet, kif ukoll li tkompliet il-COLA addizzjonali għall-familji bi dħul baxx… Kompli aqra »

Il-baġit mhux biżżejjed biex jindirizza t-tbatijiet ekonomiċi – Il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi

The Justice and Peace Commission, within the Archdiocese of Malta, welcomes the social measures in Malta’s 2025 Budget, but believes more should be done to secure a dignified standard of living for those facing economic hardships.

The Commission also stresses the need for ongoing improvements to address the broader social needs of vulnerable groups — especially the elderly, homeless, and migrant workers — who face significant barriers daily… Kompli aqra »